EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0527

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 1501) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 191, 13.7.2001, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 004 P. 90 - 91
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 004 P. 109 - 110
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 004 P. 109 - 110

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/527/oj

32001D0527



Official Journal L 191 , 13/07/2001 P. 0043 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Ġunju 2001

li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej

(innotifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 1501)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/527/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Billi:

(1) Il-libertà ta' provvediment ta' servizzi u l-moviment liberu tal-kapital jikkostitwixxu għanijiet ta' prijorità tal-Komunità, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat tal-KE.

(2) Il-bini ta' suq intern ġenwin għas-servizzi finanzjarji huwa kruċjali għaż-żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi fil-Komunità.

(3) Il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għas-servizzi finanzjarji [1] jidentifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġi eżawrit is-suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji.

(4) Fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona f'Marzu 2000, il-Kunsill ta' l-Ewropa talab għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni sal-2005.

(5) Fis-17 ta' Lulju 2000 il-Kunsill stabbilixxa l-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa dwar ir-regolament tas-swieq tat-Titoli Ewropej.

(6) Fir-rapport final tiegħu, il-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa talab għall-istabbiliment ta' żewġ kumitati, il-Kumitat tat-Titoli Ewropej, li jinkludi r-rappreżentanti ta' livell għoli ta' l-Istati Membri u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, li jinkludu r-rappreżentanti għoljin mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli sabiex, inter alia, jagħtu parir lill-Kummissjoni.

(7) Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-regolament tas-suq aktar effettiv tat-Titoli fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni b'mod formali sabiex tistabbilixxi kumitat ta' regolaturi indipendenti, kif propost fir-rapport tal-Kumitat ta' Rġiel Għorriefa.

(8) Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u pariri għall-Kummissjoni fil-qasam tat-Titoli.

(9) Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni konsistenti u filwaqt ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità fl-Istati Membri billi jassigura kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, li jwettqu analiżi ta' livell għoli u jippromwovu l-aħjar prattiċi [2].

(10) Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jorganizza l-arranġamenti li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma tiegħu stess u jżomm rabtiet ta' ħidma mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej. Għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

(11) Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jikkonsulta b'mod estensiv u f'fażi bikrija mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti-finali tas-suq b'mod miftuħ u trasparenti.

(12) Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess u jirrispetta għal kollox il-prerogattivi ta' l-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbillit bit-Trattat [3],

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Grupp konsultattiv indipendenti dwar it-Titoli fil-Komunità, imsejjaħ "il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej" (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala "il-Kumitat"), huwa b'dan stabbilit.

L-Artikolu 2

Ir-rwol tal-Kumitat għandu jkun li jagħti pariri lill-Kummissjoni, jew fuq talba mill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi skond l-urġenza tal-ħaġa, jew fuq l-inizjattiva tal-Kumitat stess, b'mod partikolari għall-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' miżuri implimentattivi fil-qasam tat-Titoli.

L-Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-Titoli. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta' livell għoli mill-awtorità kompetenti tiegħu sabiex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.

Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta' livell għoli sabiex jipparteċipa fid-dibattiti kollha tiegħu.

Il-Kumitat għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu.

Il-Kumitat jista' jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu għal-laqgħat tiegħu.

L-Artikolu 4

Il-Kumitat għandu jżomm rabtiet ta' ħidma mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

Jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma.

L-Artikolu 5

Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu, il-Kumitat għandu jikkonsulta b'mod estensiv u f'fażi bikrija mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti-finali tas-suq b'mod miftuħ u trasparenti.

L-Artikolu 6

Il-Kumitat għandu jippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 7

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti tal-ħidma tiegħu.

L-Artikolu 8

Il-Kumitat għandu jibda' x-xogħol tiegħu nhar is-7 ta' Ġunju 2001.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] COM(1999) 232 finali.

[2] It-Test meħud mit-tielet paragrafu tal-punt 6 tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Stokkolma.

[3] It-Test meħud mill-aħħar paragrafu tal-preambolu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Stokkolma.

--------------------------------------------------

Top