EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0286

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta'April 2001 timplementa Pożizzjoni Komuni 1999/533/CFSP dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tad-dħul fis-seħħ bikri tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni ta' Testijiet Nukleari (CTBT)

OJ L 99, 10.4.2001, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Estonian: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Latvian: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Lithuanian: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Hungarian Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Maltese: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Polish: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Slovak: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Slovene: Chapter 18 Volume 001 P. 177 - 177
Special edition in Bulgarian: Chapter 18 Volume 001 P. 141 - 141
Special edition in Romanian: Chapter 18 Volume 001 P. 141 - 141
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 002 P. 16 - 16

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/286/oj

32001D0286



Official Journal L 099 , 10/04/2001 P. 0003 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

tad-9 ta'April 2001

timplementa Pożizzjoni Komuni 1999/533/CFSP dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tad-dħul fis-seħħ bikri tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni ta' Testijiet Nukleari (CTBT)

(2001/286/CFSP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 1999/533/CFSP tad-29 ta' Lulju 1999 dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tad-dħul fis-seħħ bikri dwar il-Projbizzjoni ta' Testijiet Nukleari (CTBT) [1], u speċjalment l-Artikolu 1 u 4 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 1999/533/CFSP, l-Unjoni Ewropea ħadet ħsieb li tħeġġeġ l-Istati kollha, li għadhom m'għamlux dan, biex jiffirmaw u jirratifikaw is-CTBT mingħajr dewmien, speċjalment dawk l-Istati tal-lista 44, li għalihom ir-ratifika hija neċessarja għad-dħul fis-seħħ tas-CTBT.

(2) Huwa xieraq li nikkontribwixxu għal rizultat tajjeb tat-tieni konferenza skond l-artikolu XIV tas-CTBT, li se jsir fi New York mill-25 sas-27 Settembru 2001, bl-iskop li jaċċellera l-proċess ta' ratifika tas-CTBT sabiex jiffaċilita d-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fil-qafas ta' l-appoġġ għad-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni1999/533/CFSP, l-Unjoni Ewropea għandha tħeġġeġ l-Istati kollha biex jiffirmaw u jirratifikaw is-CTBT mingħajr dewmien.

Għal dan l-iskop, l-Unjoni Ewropea għandha tħeġġeġ:

(a) bħala l-ewwel priorità, dawk l-Istati fuq il-lista 44, li l-firma u r-ratifika tagħhom hija neċessarja għad-dħul fis-seħħ tas-CTBT;

(b) dawk l-Istati li ffirmaw, imma ma rratifikawx, is-CTBT, speċjalment dawk l-Istati li se jkollhom stazzjonijiet tas-Sistema ta' Kontroll Internazzjonali (IMS);

(ċ) dawk l-Istati li ma ffirmawx is-CTBT, speċjalment, l-Istati li se jkollhom stazzjonijiet ta' l-IMS.

Artikolu 2

L-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa s-sejħa tal-Konferenza fuq livell politiku.

Artikolu 3

Sabiex taċċellera l-proċess tar-ratifika u tiffaċilita d-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT, l-Unjoni Ewropea tista' tikkuntattja organizzazzjonijiet reġjonali (bħall-OAU, l-OAS, l-ASEAN).

Artikolu 4

Il-Presidenza għandha tinforma lis-Segretarjat Tekniku Proviżorju tas-CTBT dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 u 2.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta' April 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU L 204, ta' l-4.8.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top