EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2093

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2093/2000 tat-28 ta' Settembru 2000 li jipprojbixxi l-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku (Xiphias gladius) li joriġina fil-Belize u fil-Honduras

OJ L 249, 4.10.2000, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 004 P. 334 - 334

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/05/2004; Imħassar b' 32004R0828

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2093/oj

32000R2093



Official Journal L 249 , 04/10/2000 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2093/2000

tat-28 ta' Settembru 2000

li jipprojbixxi l-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku (Xiphias gladius) li joriġina fil-Belize u fil-Honduras

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-riżorsi tas-sajd, li huma riżors naturali li jispiċċa, għandhom jiġu protetti fl-interess ta' l-ekwilibri bijoloġiċi u tas-sigurtà globali ta' ikel.

(2) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (ICCAT), li tagħha l-Komunità Ewropea hija Parti Kontraenti, addottat fl-1995, Pjan ta' Azzjoni sabiex jiżgura l-effettività tal-Programm ta' konservazzjoni għat-Tonn ta' l-Atlantiku, għalbiex tiżgura l-konservazzjoni effettiva ta' din l-ispeċi.

(3) Il-ħażna interessata ma tistax tiġi mmaniġġjata b'mod effettiv mill-partijiet kontrattanti ta' l-ICCAT, li s-sajjieda tagħhom huma obbligati jnaqqsu l-qabdiet tagħhom tal-pixxispad ta' l-Atlantiku, għajr jekk il-partijiet mhux kontrattanti kollha jikkoperaw ma' l-ICCAT u jikkonformaw mal-miżuri tal-konservazzjoni u l-maniġġjar tagħha (il-ħażna).

(4) Fl-1998 il-ICCAT identifikat lill-Belize u lill-Honduras bħala pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għall-pixxispad ta' l-Atlantiku f'manjiera li tnaqqas l-effettività tal-miżuri ta' l-organizzazzjoni għall-konservazzjoni tal-pixxispad, billi ssostanzjat l-iskoperti tagħha b'informazzjoni li tirrigwarda l-qabdiet, il-kummerċ u l-osservazzjoni tal-bastimenti.

(5) It-tentattivi ta' l-ICCAT sabiex tħajjar liż-żewġ pajjiżi jħarsu l-miżuri għall-konservazzjoni u l-maniġġjar tal-pixxispad ta' l-Atlantiku ma swew għalxejn.

(6) Il-ICCAT rrakkommandat lill-partijiet kontrattanti sabiex jieħdu l-miżuri xierqa għalbiex jipprojbixxu l-importazzjonijiet mill-Belize u mill-Honduras tal-prodotti, f'kull għamla, mill-pixxispad ta' l-Atlantiku; dawn il-miżuri jridu jitneħħew hekk kif jiġi stabbilit illi l-pajjiżi fil-kwistjoni ġiebu l-prattiċi tas-sajd tagħhom f'linja waħda mal-miżuri ta' l-ICCAT; dawn il-miżuri iridu għalhekk jiġu implimentati mill-Komunità, li waħedha għandha l-kompetenza f'din il-materja.

(7) Dawn il-miżuri jaqblu ma' l-obbligi tal-Komunità skond ftehimijiet internazzjonali oħra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Huwa hawnhekk ipprojbit ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-pixxispad ta' l-Atlantiku (Xiphias gladius) tal-kodiċi NM ex03019990, 03026987, 03037987, ex03041038, ex03041098, 03042087, 03049065, ex03052000, ex03053090, ex03054980, ex03055990, ex03056990, ex16041991, ex16041998 u ex16042070 li joriġinaw fil-Belize u fil-Honduras.

Huwa hawnhekk ipprojbit it-tniżżil l-art tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan tat-transitu fil-Komunità.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-kwantitajiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(1) li jistgħu jintwerew għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti illi kienu fi triqthom lejn territorju tal-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu (ir-Regolament) u li jiġu rilaxxjati fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa mhux iktar tard minn 14-il jum wara din id-data.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Vaillant

--------------------------------------------------

Top