EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2037

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

OJ L 244, 29.9.2000, p. 1–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 005 P. 190 - 215
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 006 P. 108 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 006 P. 108 - 133

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009R1005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2037/oj

32000R2037



Official Journal L 244 , 29/09/2000 P. 0001 - 0024


Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' Ġunju 2000

dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura imniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], u fid-dawl tat-test konġunt approvat fil-5 ta' Mejju 2000 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni,

Billi:

(1) Huwa stabbilit li l-emissjonijiet kontinwi ta' sostanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu fil-livelli preżenti joħolqu ħsara sinifikanti lis-saff ta' l-ożonu. It-ħsara fl-ożonu fil-ħemisfera tan-nofs-in-nhar fl-1998 laħqet livelli akbar minn qatt qabel. Fi tlieta minn erba' rebbiegħa riċenti il-ħsara fl-ożonu seħħ fir-reġjun ta' l-Artiku. Żieda fir-radjazzjoni UV-B li tirriżulta mill-ħsara fl-ożonu toħloq theddida sinifikanti għas-saħħa u l-ambjent. Jinħtieġu għalhekk jittieħdu aktar miżuri effiċjenti sabiex tkun imħarsa s-saħħa umana u l-ambjent kontra l-effetti ħżiena li jirriżultaw minn emissjonijiet bħal dawn.

(2) In vista tar-responsabbiltajiet dwar l-ambjent u l-kummerċ, il-Komunità, bis-saħħa tad-Deċiżjoni 88/540/KEE [4], saret Parti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Protezzjoni tas-Saff ta' l-Ożonu u tal-Protokoll ta' Montreal dwar Sostanzi li Jnaqqsu s-saff ta' l-Ożonu, kif emendat mill-Partijiet tal-Protokoll fit-tieni laqgħa tagħhom ġewwa Londra u fir-raba' laqgħa tagħhom ġewwa Copenhagen.

(3) Miżuri addizjonali għall-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu kienu adottati mill-Partijiet tal-Protokoll ta' Montreal fis-seba' laqgħa tagħhom ġewwa Vjenna f'Diċembru 1995 u fid-disa laqgħa tagħhom f'Montreal f'Settembru 1997, li fihom ipparteċipat il-Komunità.

(4) Huwa meħtieġ li sabiex tittieħed azzjoni fil-livell ta' Komunità sabiex jitwettqu l-obbligi tal-Komunità skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-aħħar emendi u aġġustamenti għall-Protokoll ta' Montreal, partikolarment biex gradwalment titneħħa l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' bromid tal-metil fil-Komunità u biex tipprovdi għal sistema ta' liċenzjar mhux biss għall-importazzjoni imma wkoll għall-esportazzjoni ta' sostanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu.

(5) In vista tat-teknoloġiji li huma disponibbli aktar kmieni milli kien mistenni biex jinbidlu is-sostanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu, huwa xieraq f'ċerti każi li jkunu provduti miżuri ta' kontroll li jkunu aktar stretti minn dawk li hemm provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu [5] u aktar stretti minn dawk tal-Protokoll ta' Montreal.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 3093/94 irid ikun modifikat sostanzjalment. Huwa fl-interess tal-kjarezza legali u t-trasparenza li jkun rivedut dak ir-Regolament kompletament.

(7) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 3093/94 il-produzzjoni ta' klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji aloġenati sħaħ oħra, aloni, karbonju-tetrachloride, 1,1,1-tri-kloroetanu u idrobromofluworokarbonji kienu ġew imneħħija gradwalment. Il-produzzjoni ta' dawk is-sostanzi kontrollati huwa b'hekk projbit, soġġett għall-possibiltà ta' deroga għal użu essenzjali u biex jintlaħqu l-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta' Montreal. Huwa issa wkoll xieraq li progressivament ikun projbit it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' dawk is-sostanzi u prodotti u tagħmir li jkun fihom dawk is-sostanzi.

(8) Anki wara t-tneħħija gradwali ta' sostanzi kontrollati il-Kummissjoni tista' taħt ċerti kundizzjonijiet tagħti eżenzjoni għal użu essenzjali.

(9) Id-disponibbiltà dejjem akbar ta' alternattivi għal bromid tal-metil għandha tkun riflessa f'aktar tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni u l-konsum tiegħu meta paragunat mal-Protokoll ta' Montreal. Il-produzzjoni u l-konsum ta' bromid tal-metil għandu jieqaf kompletament, soġġett għall-possibiltà ta' deroga għal użu kritiku determinat fil-livell tal-Komunità wara kriterji stabbiliti permezz tal-Protokoll ta' Montreal. Ukoll, l-użu ta' bromid tal-metil għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina u qabel it-tagħbija għandu jkun kontrollat. Użu bħal dan m'għandux jeċċedi l-livelli kurrenti u fl-aħħar mill-aħħar ikun imnaqqas fid-dawl ta' l-iżvilupp tekniku u żviluppi taħt il-Protokoll ta' Montreal.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 3093/94 jipprovdi għal kontrolli fuq il-produzzjoni tas-sostanzi l-oħra kollha li jagħmlu ħsara lill-ożonu iżda mhux għall-kontrolli fuq il-produzzjoni ta' idroklorofluworokarbonji. Huwa xieraq li tkun introdotta din id-dispożizzjoni biex tassigura li idroklorofluworokarbonji ma jkomplux jiġu użati fejn jeżistu alternattivi li ma jagħmlux ħsara lill-ożonu. Miżuri għall-kontroll tal-produzzjoni ta' idroklorofluworokarbonji għandhom jittieħdu mill-Partijiet kollha għall-Protokoll ta' Montreal. Waqfien assolut fuq il-produzzjoni ta' idroklorofluworokarbonji ikun jirrifletti dik il-ħtieġa u d-determinazzjoni tal-Komunità li tieħu rwol minn ta' quddiem f'dan ir-rigward. Il-kwantitajiet prodotti għandhom ikunu adattati għat-tnaqqis maħsub ta' tqegħid fuq is-suq tal-Komunità ta' idroklorofluworokarbonji u ta' tnaqqis fit-talba madwar id-dinja kollha bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-konsum ta' idroklorofluworokarbonji meħtieġ mill-Protokoll.

(11) Il-Protokoll ta' Montreal, fl-Artikolu 2F(7), jinħtieġ li l-Partijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jassiguraw li l-użu ta' idroklorofluworokarbonji ikun limitat għal dawk l-applikazzjonijiet fejn sostanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar adattati għall-ambjent ma jkunux disponibbli. In vista tad-disponibilità ta' teknoloġiji alternattivi u sostituti, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' idroklorofluworokarbonji u prodotti li jkun fihom il-idroklorofluworokarbonji tista' tkun aktar limitata. Id-Deċiżjoni VI/13 tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal tipprovdi li l-evalwazzjoni ta' alternattivi għal idroklorofluworokarbonji għandhom jieħdu kont ta' fatturi bħalma hu l-potenzjal ta' taħsir ta' l-ożonu, l-effiċjenza fl-enerġija, il-potenzjal ta' ħruq, it-tossiċità u s-sħana globali u l-impatt potenzjali fuq l-użu effettiv u t-tneħħija gradwali ta' klorofluworokarbonji u aloni. Il-kontrolli fuq il-idroklorofluworokarbonji permezz tal-Protokoll ta' Montreal għandu jkun konsiderevolment issikkat biex ikun protett is-saff ta' l-ożonu u biex jirrifletti d-disponibilità ta' alternattivi.

(12) Kwoti għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' sostanzi kontrollati għandhom ikunu allokati biss għal użu limitat tas-sostanzi kontrollati. Sostanzi kontrollati u prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati minn Stati li mhumiex Parti għall-Protokoll ta' Montreal m'għandhomx ikunu impurtati.

(13) Is-sistema ta' liċenzjar għal sostanzi kontrollati għandha tkun estiza biex tinkludi l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ta' sostanzi kontrollati, sabiex ikunu sorveljati is-sostanzi li jħassru l-ożonu u biex jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Partijiet.

(14) Għandha ssir dispożizzjoni għall-irkupru ta' sostanzi kontrollati diġà użati, u biex ma jħallix tnixxija ta' sostanzi kontrollati.

(15) Il-Protokoll ta' Montreal jinħtieġ rapurtar dwar il-kummerċ f'sostanzi li jħassru l-ożonu. Rapurtaġġ annwali għandu għalhekk ikun meħtieġ minn produtturi, importaturi jew esportaturi ta' sostanzi kontrollati.

(16) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(17) Id-Deċiżjoni X/8 tal-10 laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal tinkoraġġixxi lill-Partijiet biex jieħdu l-miżuri attivament, kif xieraq, biex jiskoraġġixxu l-produzzjoni u l-kummerċ ta' sostanzi ġodda li jħassru l-ożonu u partikolarment ta' bromochloromethane. Għal dan il-għan għandu jkun stabbilit mekkaniżmu biex jipprovdi għal sostanzi ġodda li jkunu meqjusa b'dan ir-Regolament. Il-produzzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' bromochloromethane għandu jkun projbit.

(18) It-tibdil lejn teknoloġiji ġodda jew prodotti alternattivi, meħtieġa minħabba li l-produzzjoni u l-użu ta' sostanzi kontrollati għandu jkun imneħħi gradwalment, jista' jwassal għal problemi għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SME). L-Istati Membri għandhom għalhekk jikkunsidraw li jipprovdu tipi xierqa ta' għajnuna speċifika biex jgħinu lis-SME sabiex jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

L-Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fuq is-suq, l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ u r-reklamar u l-qerda ta' klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji aloġenati sħaħ oħra, aloni, karbonju-tetrachloride, 1,1,1-tri-kloroetanu, bromid tal-metil, idrobromofluworokarbonji u idroklorofluworokarbonji, għar-rappurtaġġ ta' informazzjoni dwar dawn is-sostanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li jkun fihom dawn is-sostanzi.

Dan ir-Regolament għandu wkoll japplika għall-produzzjoni, importazzjoni, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' sostanzi fl-Anness II.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

- "Protokoll" tfisser il-Protokoll ta' Montreal tal-1987 dwar Sostanzi li Jnaqqsu s-Saff ta' l-Ożonu, kif l-aħħar emendat u aġġustat,

- "Parti" tfisser kull min huwa parti għall-Protokoll,

- "Stat li mhuwiex Parti għall-Protokoll", f'dak li għandu x'jaqsam ma' sostanza partikolari kontrollata, tinkludi kull Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li ma jkunx qabel li jkun marbut bid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli għal dik is-sostanza,

- "sostanzi kontrollati" tfisser klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji aloġenati oħra sħaħ, karbonju-tetrachloride, 1,1,1-tri-kloroetanu, bromid tal-metil, idrobromofluworokarbonji u idroklorofluworokarbonji, kemm jekk waħedhom jew f'taħlita, u kemm jekk huma puri, rkuprati, tiċiklati jew reklamati. Din id-definizzjoni m'għandiex tkopri xi sostanza kontrollata li tkun fi prodott manifatturat apparti minn kontenitur li jkun użat għat-trasport jew il-ħażna ta' dik is-sostanza, jew kwantitajiet insinifikanti ta' xi sostanza kontrollata, li toriġina minn produzzjoni b'kumbinazzjoni jew b'koinċidenza matul il-proċess tal-manifattura, minn ħażniet li ma jkunux ġew trattati, jew minn użu ta' aġent tal-proċessar li jkun preżenti fis-sostanzi kimiċi bħala traċċi ta' impuritajiet, jew li joħroġ matul il-manifattura tal-prodott jew waqt li jkun maniġġat,

- "klorofluworokarbonji" (CFC) tfisser is-sostanzi kontrollati elenkati fi Grupp I ta' l-Anness I, inkluż l-iżomeri tagħhom,

- "halogenated klorofluworokarbonji aloġenati sħaħ oħra" tfisser is-sostanzi kontrollati elenkati fi Grupp II ta' l-Anness I, inkluż l-iżomeri tagħhom,

- "aloni" tfisser is-sostanzi kontrollati elenkati fi Grupp III ta' l-Anness I, inkluż l-iżomeri tagħhom,

- "karbonju-tetrachloride" tfisser is-sostanza kontrollata speċifikata fi Grupp IV ta' l-Anness I,

- "1,1,1-tri-kloroetanu" tfisser is-sostanza kontrollata speċifikata fi Grupp V ta' l-Anness I,

- "bromid tal-metil" tfisser is-sostanza kontrollata speċifikata fi Grupp VI ta' l-Anness I,

- "idrobromofluwokarbonji" tfisser is-sostanzi kontrollati elenkati fi Grupp VII ta' l-Anness I, inkluż l-iżomeri tagħhom,

- "idrobromofluwokarbonji" (HCFC) tfisser is-sostanzi kontrollati elenkati fi Grupp VIII ta' l-Anness I, inkluż l-iżomeri tagħhom,

- "sostanzi ġodda" tfisser sostanzi elenkati fl-Anness II. Din id-definizzjoni għandha tkopri s-sostanzi kemm jekk waħedhom jew f'taħlita, u kemm jekk huma puri, irkuprati, riċiklati jew reklamati. Din id-definizzjoni m'għandiex tkopri sostanz li tkun fi prodott manifatturat apparti minn kontenitur użat għall-ġarr jew il-ħażna ta' dik is-sostanza, jew kwantitajiet insinifikanti ta' xi sostanza ġdida, li toriġina minn produzzjoni b'kumbinazzjoni jew koinċidentali matul proċess ta' manifattura jew minn sostanza użata għall-produzzjoni,

- "sostanza użata għall-produzzjoni" tfisser xi sostanza kontrollata jew sostanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament konvertita mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha jkunu insinifikanti,

- "aġent tal-ipproċessar" tfisser sostanzi kontrollati użati bħala aġenti kimiċi ta' proċessar f'dawk l-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness VI, fi stallazzjonijiet eżistenti fl-1 ta' Settembru 1997, u fejn l-emissjonijiet huma insinifikanti. Il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta' dawk il-kriterji u bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tistabbilixxi lista ta' intrapriżi li fihom l-użu ta' sostanzi kontrollati bħala aġenti ta' proċessar għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi livelli massimi ta' emissjoni għal kull intrapriża konċernata. Tista', bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), temenda l-Anness VI kif ukoll il-lista ta' intrapriżi riferiti hawn fuq fid-dawl ta' informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi, inkluż ir-reviżjoni provduta fid-Deċiżjoni X/14 tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll,

- "produttur" tfisser kull persuna naturali jew legali li timmanifattura sostanzi kontrollati fil-Komunità,

- "produzzjoni" tfisser l-ammont ta' sostanzi kontrollati prodotti, li minnhom jitnaqqas l-ammont distrutt b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet u li minnhom jitnaqqas l-ammont kompletament użat bħala materjal jew bħala aġent ta' proċessar fil-manifattura ta' kimiċi oħra. L-ebda ammont irkuprat, riċiklat jew reklamat m'għandu jkun meqjus bħala "produzzjoni",

- "bil-potenzjal li jagħmel ħsara lill-ożonu" tfisser iċ-ċifra speċifikata fit-tielet kolonna ta' l-Anness I li tirrapreżenta l-effett potenzjali ta' kull sostanza kontrollata fuq is-saff ta' l-ożonu,

- "livell kalkuat" tfisser kwantità determinata billi tkun multiplikata l-kwantità ta' kull sostanza kontrollata bil-potenzjal tagħha li tagħmel ħsara lill-ożonu u biż-żieda flimkien, għal kull grupp ta' sostanzi kontrollati fl-Anness I separatament, iċ-ċifri li jirriżultaw,

- "razjonalizzazzjoni industrijali" tfisser it-trasferiment jew bejn Partijiet jew fi Stat Membru ta' kollox jew ta' porzjon tal-livell kalkulat tal-produzzjoni ta' produttur wieħed lill-ieħor, għall-iskop ta' ottimizzazzjoni ta' l-effiċjenza ekonomika jew li jwieġeb għal nuqqasijiet antiċipati fil-fornitura bħala riżultat tal-għeluq ta' impjanti,

- "tqegħid fuq is-suq" tfisser il-fornitura jew li jkun provdut lil partijiet terzi, kontra pagament jew mingħajr ħlas, ta' sostanzi kontrollati jew prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati koperti b'dan ir-Regolament,

- "użu" tfisser l-utilizzazzjoni ta' sostanzi kontrollati fil-produzzjoni jew manteniment, partikolarment fil-mili, ta' prodotti jew tagħmir jew fi proċessi oħra ħlief għal materjal użat għall-produzzjoni u l-użu ta' aġent ta' proċessar,

- "sistema riversibbli ta' arja kondizzjonata/pompa tas-sħana" tfisser l-għamla flimkien ta' partijiet inter-konnessi li jkun fihom refriġerant li jikkostitwixxu ċirkuwitu magħluq ta' rifriġerazzjoni, li fihom ir-rifriġerant ikun ċirkulat għall-iskopijiet li jestratta u jneħħi s-sħana (i.e. li tkessaħ, li ssaħħan), proċessi li huma riversibbli billi l-evaporaturi u l-kondensaturi huma disinjati li jinbidlulhom il-funzjonijiet tagħhom,

- "proċessar il-ġewwa" tfisser il-proċedura provduta fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [7],

- "irkupru" tfisser il-ġbir u l-ħażna ta' sostanzi kontrollati minn, per eżempju, makkinarju, tagħmir jew reċipjent matul it-tiswija jew qabel ma jkun imneħħi,

- "riċiklaġġ" tfisser l-użu mill-ġdid ta' sostanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata wara proċess bażiku ta' tindif bħalma hu permezz ta' filtru jew tnixxif. Għal refriġeranti, ir-riċiklaġġ normalment jinvolvi il-mili mill-ġdid fit-tagħmir li ta' spiss isir fuq il-post,

- "reklamazzjoni" tfisser ir-riproċessar u t-titjib ta' sostanza kontrollata li tkun irkuprata permezz ta' proċessi bħalma huma bil-filtru, bit-tnixxif, bid-distillazzjoniu bi trattament kimiku sabiex jerġa' jġib is-sostanza għal-livell speċifikat ta' eżekuzzjoni, li ta' spiss tinvolvi proċessar mhux fuq il-post imma f'faċilità ċentrali,

- "impriża" tfisser kull persuna naturali jew legali li tipproduċi, tirriċikla biex tqiegħed fuq is-suq jew tuża sostanzi kontrollati għal skopijiet industrijali jew kummerċjali fil-Komunità, li tirrilaxxa dawk is-sostanzi impurtati għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, jew li tesporta dawk is-sostanzi mill-Komunità għal skopijiet industrijali jew kummerċjali.

IL-KAPITOLU II

SKEDA TA' ELIMINAZZJONI GRADWALI

L-Artikolu 3

Kontroll tal-produzzjoni ta' sostanzi kontrollati

1. Soġġett għall-paragrafi 5 sa 10, il-produzzjoni ta' dawn li ġejjin għandha tkun projbita:

(a) klorofluworokarbonji;

(b) klorofluworokarbonji aloġenati sħaħ oħra;

(ċ) aloni;

(d) karbonju-tetrachloride;

(e) 1,1,1-tri-kloroetanu;

(f) idrobromofluwokarbonji.

Fid-dawl tal-proposti magħmula mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tapplika l-kriterji imniżżla fid-Direttiva IV/25 tal-Partijiet sabiex tiddetermina kull sena l-użu essenzjali li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta' sostanzi kontrollati riferiti fl-ewwel sottoparagrafu tista' tkun permessa fil-Komunità u min huma dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ ta' dak l-użu essenzjali. Din il-produzzjoni u l-importazzjoni għandha titħalla biss jekk l-ebda alternattiva adegwata jew riċiklata jew reklamata riferita fl-ewwel sottoparagrafu ma tkun disponibbli minn xi wieħed mill-Partijiet.

2. (i) Soġġett għall-paragrafi 5 sa 10, kull produttur għandu jassigura li:

(a) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru 1999 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 75 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fl-1991;

(b) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru 2001 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 40 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fl-1991;

(ċ) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru 2003 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 25 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' bromid tal-metil fl-1991;

(d) ma jipproduċix ebda bromid tal-metil wara l-31 ta' Diċembru 2004.

Il-livelli kalkulati riferiti fis-sottoparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) m'għandhomx jinkludu l-ammont ta' bromid tal-metil prodott għall-applikar ta' kwarantina jew ta' qabel it-tagħbija.

(ii) Fid-dawl tal-proposti magħmula mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tapplika l-kriterji imniżżla fid-Deċiżjoni IX/6 tal-Partijiet, flimkien mal-kriterji l-oħra relevanti mifthiema mill-partijiet, sabiex ikun determinat kull sena l-użu kritiku li għalih il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-użu ta' bromid tal-metil jista' jkun permess fil-Komunità wara l-31 ta' Diċembru 2004, il-kwantitajiet u l-użu li għandu jkun permess u l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ ta' l-eżenzjoni kritika. Din il-produzzjoni u l-importazzjoni għandha titħalla biss jekk l-ebda alternattiva adegwata jew bromid tal-metil riċiklat jew reklamat ma jkunx disponibbli minn xi wieħed mill-Partijiet.

F'emerġenza, meta jinqala' mingħajr mistenni xi pesti jew mard partikolari u hekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni, fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, tista tawtorizza l-użu temporanju ta' bromid tal-metil. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jeċċedix 120 jum u għal kwantità li ma teċċedix 20 tunnellata.

3. Soġġett għall-paragrafi 8, 9 u 10 kull produttur għandu jassigura li:

(a) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Dicembru 2000 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(b) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Dicembru 2008 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 35 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(ċ) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2014 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 20 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(d) il-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Dicembru 2020 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 15 % tal-livell kalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(e) ma jipproduċix ebda idroklorofluworokarbonji wara l-31 ta' Diċembru 2025.

Qabel il-31 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-livell tal-produzzjoni ta' idroklorofluworokarbonji bl-iskop li tiddetermina:

- jekk in-nuqqas fil-produzzjoni qabel is-sena 2008 għandux ikun propost, u/jew

- jekk tibdil fil-livelli tal-produzzjoni kif provdut taħt (b), (ċ) u (d) għandux ikun propost.

Din ir-reviżjoni għandha tieħu kont ta' l-iżvilupp tal-konsum mad-dinja kolla ta' idrochlorofluorocarbon, l-esportazzjoni ta' idrochlorofluorocarbon mill-Komunità u minn pajjiżi oħra ta' l-OECD u d-disponibiltà teknika u ekonomika ta' sostanzi jew teknloġiji alternattivi kif ukoll ta' l-iżviluppi relevanti internazzjonali taħt il-Protokoll.

4. Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji lill-utenti identifikati skond it-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2(ii) u għandha tinnotifikahom bl-użu li għalih huma jkunu ġew awtorizzati u s-sostanzi u l-kwantitajiet tagħhom li huma jkunu awtorizzati li jużaw.

5. Produttur jista' jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-produzzjoni relevanti tal-produttur tkun tinsab sabiex jipproduċi sostanzi kontrollati riferiti fil-paragrafi 1 u 2 bil-għan li jintlaħqu t-talbiet, liċenzjati skond il-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummisssjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.

6. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni relevanti tal-produttur tista' tawtorizza lil dak il-produttur biex jeċċedi l-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jissodisfa il-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tal-Protokoll, kemm-il darba l-livelli żejda kalkulati tal-produzzjoni ta' l-Istat Membru konċernat ma jeċċedix dawk permessi għal dak il-għan bl-Artikoli 2A sa 2E u 2H tal-Protokoll għall-perjodi in kwistjoni. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummisssjoni bl-intenzjoni tagħha li tagħti din l-awtorizzazzjoni.

7. Sal-limitu permess bil-Protokoll, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni relevanti tal-produttur, tista' tawtorizza lil dak il-produttur biex jeċċedi l-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 sabiex tissodisfa l-użu essenzjali, jew kritiku tal-Partijiet fuq talba tagħhom. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummisssjoni bl-intenzjoni tagħha li tagħti din l-awtorizzazzjoni.

8. Sal-limitu permess mill-Protokoll, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni relevanti tal-produttur, tista' tawtorizza lil dak il-produttur biex jeċċedi l-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għall-iskop ta' razjonalizzazzjoni industrijali fl-Istat Membru konċernat, kemm-il darba l-livelli kalkulati tal-produzzjoni ta' dak l-Istat Membru ma jeċċedux is-somma tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għall-perjodi in kwistjoni. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.

9. Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni relevanti tal-produttur, tawtorizzah biex jeċċedi l-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 8 għall-iskop ta' razjonalizzazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri, kemm-il darba l-livelli totali kalkulati tal-produzzjoni ta' dak l-Istat Membru konċernat ma jeċċedix is-somma tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 8 għall-perjodi in kwistjoni. Il-ftehim ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun hemm l-intenzjoni li titnaqqas il-produzzjoni hija wkoll meħtieġa.

10. Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista', bi ftehim kemm mal-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-produzzjoni relevanti tal-produttur tkun tinsab u wkoll mal-gvern tal-Parti terza konċernata, tawtorizza lil produttur li jgħaqqad il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 9 mal-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lil produttur f'terza Parti taħt il-Protokoll u li l-leġislazzjoni nazzjonali tal-produttur għall-iskop ta' razjonalizzazzjoni industrijali ma terza Parti, kemm-il darba l-kalkolu flimkien tal-livelli tal-produzzjoni miż-żewġ produtturi ma jeċċedix is-somma kalkulata tal-livelli permessi lill-produttur tal-Komunità taħt il-paragrafi 1 sa 9 u l-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lit-terza Parti taħt il-Protokoll u l-leġislazzjoninazzjonali relevanti.

L-Artikolu 4

Kontroll tat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' sostanzi kontrollati

1. Soġġett għall-paragrafi 4 u 5, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' dawn is-sostanzi kontrollati għandu jkun projbit:

(a) klorofluworokarbonji;

(b) klorofluworokarbonji aloġenati sħaħ oħra;

(ċ) aloni;

(d) karbonju-tetrachloride;

(e) 1,1,1-tri-kloroetanu; u

(f) idrobromofluwokarbonji.

Il-Kummissjoni tista', wara talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u bi qbil mal-proċedura referita fl-Artikolu 18(2), tawtorizza eżenzjoni temporanja sabiex tħalli l-użu ta' klorofluworokarbonji sal-31 ta' Diċembru 2004 f'mekkaniżmi ta' konsenja għal tagħmir li jkun ermetikament siġillat biex ikunu impjantati fil-ġisem uman għall-kunsinna ta' dożi mkejla ta' medikazzjoni, u sal-31 ta' Diċembru 2008, f'applikazzjonijiet eżistenti militari, meta jkun muri li, għal użu partikolari, sostanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu teknikament u ekonomikament prattiċi ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jintużaw.

2. (i) Soġġett għall-paragrafi 4 u 5, kull produttur u importatur għandu jassigura li:

(a) il-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li hu jqiegħed fuq is-suq jew li juża huwa stess fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 1999 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 75 % tal-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li hu qiegħed fuq is-suq jew uża huwa stess fl-1991;

(b) il-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li huwa jqiegħed fuq is-suq jew li juża huwa stess fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 40 % tal-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li huwa qiegħed fuq is-suq jew huwa stess uża fl-1991;

(ċ) il-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li hu jqiegħed fuq is-suq jew li juża huwa stess fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jeċċedix 25 % tal-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li hu qiegħed fuq is-suq jew huwa stess uża fl-1991;

(d) ma jpoġġi l-ebda bromid tal-metil fuq is-suq jew juża huwa stess wara l-31 ta' Diċembru 2004.

Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, wara talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tagħmel aġġustament għal-livell kalkulat ta' bromid tal-metil riferit fl-Artikolu 3(2)(i)(ċ) u s-sottoparagrafu (ċ) fejn ikun muri li dan ikun meħtieġ biex jilħaq il-ħtiġiet ta' dak l-Istat Membru, minħabba li alternattivi jew sostituti teknikament u ekonomikament prattiċi, li huma aċċettabli mill-punto di vista ta' l-ambjent u s-saħħa ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jintużaw.

Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp, inkluż ir-riċerka, u l-użu ta' alternattivi għall-bromid tal-metil malajr kemm jista jkun.

(ii) Soġġett għall-paragrafu 4, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' bromid tal-metil minn intrapriżi apparti minn produtturi jew importaturi għandu jkun projbit wara l-31 ta' Diċembru 2005.

(iii) Il-livelli kalkulati riferiti fis-sottoparagrafi (i)(a), (b), (ċ) u (d) u (ii) m'għandhomx jinkludu l-ammont ta' bromid tal-metil prodott jew impurtat għall-użu ta' kwarantina jew ta' qabel il-kunsinna. Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 u għal kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar, kull produttur jew importatur għandu jassigura li l-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li huwa jqiegħed fuq is-suq jew juża huwa stess għal użu ta' kwarantina jew ta' qabal jintbagħtu m'għandux jeċċedi il-medja tal-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li huwa qiegħed fuq is-suq jew li huwa stess uża għall-kwarantina u qabel il-kunsinna għas-snin 1996, 1997 u 1998.

Kull sena l-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni tal-kwantitajiet ta' bromid tal-metil awtorizzat għall-kwarantina u għal qabel il-kunsinna użat fir-territorju tagħhom, għalfejn intuża l-bromid tal-metil, u l-progress fl-evalwazzjoni u l-użu ta' alternattivi.

Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tieħu miżuri sabiex tnaqqas il-livell kalkulat ta' bromid tal-metil li produtturi u importaturi jistgħu jpoġġu fuq is-suq jew jużaw huma stess għall-kwarantina u għal qabel il-kunsinna fid-dawl ta' sostanzi jew teknoloġiji alternattivi teknikament u ekonomikament disponibbli u ta' l-iżviluppi internazzjonali relevanti taħt il-Protokoll.

(iv) Il-limiti total kwantitattivi għat-tqegħid fuq is-suq jew ta' l-użu minnhom stess minn produtturi u importaturi ta' bromid tal-metil huma mniżżla fl-Anness III.

3. (i) Soġġett għall-paragrafi 4 u 5 u għall-Artikolu 5(5):

(a) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew li jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 1995 u fil-perjodu ta' wara ta' 12-il xahar m'għandux jeċċedi is-somma ta':

- 2.6 % tal-livell kalkulat ta' klorofluworokarbonji li produtturi u importaturi qiegħdu fuq is-suq jew użaw huma stess fl-1989, u

- il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi qiegħdu fuq is-suq jew użaw huma stess fl-1989;

(b) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 m'għandux jeċċedi is-somma ta':

- 2,0 % tal-livell kalkulat ta' klorofluworokarbonji li produtturi u importaturi qiegħdu fuq is-suq jew użaw huma stess fl-1989, u

- il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi qiegħdu fuq is-suq jew użaw huma stess fl-1989;

(ċ) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2002 m'għandux jeċċedi 85 % tal-livell kalkulat skond is-sottoparagrafu (b);

(d) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003 m'għandux jaċċedi 45 % tal-livell kalkulat skond is-sottoparagrafu (b);

(e) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004 m'għandux jeċċedi 30 % tal-livell kalkulat skond is-sottoparagrafu (b);

(f) il-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li produtturi u importaturi jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 u f'kull perjodu ieħor ta' wara ta' 12-il xahar m'għandux jeċċedi 25 % tal-livell kalkulat skond is-sottoparagrafu (b);

(g) produtturi u importaturi m'għandhomx ipoġġu idroklorofluworokarbonji fuq is-suq jew jużawhom huma stess wara l-31 ta' Diċembru 2009;

(h) kull produttur u importatur għandu jassigura li l-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li huwa jqiegħed fuq is-suq jew li juża huwa stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 u fil-perjodu ta' wara ta' 12-il xahar m'għandux jeċċedi, bħala persentaġġ tal-livelli kalkulati stabbiliti f(a) sa (ċ), is-sehem perċentwali mis-suq fl-1996.

(ii) Qabel l-1 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tiddetermina mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta' kwoti lil kull produttur u importatur tal-livelli kalkulati stabbiliti f'(d) sa (f), applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003 u f'kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar.

(iii) Fil-każ ta' produtturi, il-kwantitajiet riferiti f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-ammonti ta' idroklorofluworokarbonji puri li huma jqiegħdu fuq is-suq jew jużaw huma stess fil-Komunità u li kienu ġew prodotti fil-Komunità.

(iv) Il-limiti totali kwantitattivi għat-tqegħid fuq is-suq jew għall-użu tagħhom stess minn produtturi u importaturi ta' idroklorofluworokarbonji huma mniżżla fl-Anness III.

4. (i) (a) Il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx ikunu applikabbli għat-tqegħid fuq is-suq ta' sostanzi kontrollati għal distruzzjoni fil-Komunità b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet;

(b) il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għat-tqiegħid fuq is-suq u l-użu ta' sostanzi kontrollati jekk:

- dawn ikunu wżati bħala materjal għall-produzzjoni jew bħala aġent ta' proċessar; jew

- ikunu wżati biex jilħqu t-talbiet liċenzjati għall-użu essenzjali ta' dawk l-utenti identifikati kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) u biex jilħqu t-talbiet liċenzjati ta' użu kritiku ta' dawk l-utenti identifikati kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) jew biex jilħqu t-talbiet għal applikazzjonijiet temporanji ta' emerġenza bi qbil mal-Artikolu 3(2)(ii).

(ii) Il-paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli għat-tqegħid fuq is-suq, minn intrapriżi apparti minn produtturi, ta' sostanzi kontrollati għall-manteniment jew għas-servizz lil tagħmir ta' rifreġerazzjoni jew ta' arja kundizzjonata sal-31 ta' Diċembru 1999.

(iii) Il-paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli għall-użu ta' sostanzi kontrollati għall-manteniment jew biex jagħtu servizz lil tagħmir ta' rifreġerazzjoni jew ta' l-arja kundizzjonata jew fi proċessi ta' fingerprinting sal-31 ta' Diċembru 2000.

(iv) Il-paragrafu 1(ċ) m'għandux ikun applikabbli għat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' aloni li jkunu ġew irkuprati, riċiklati jew riklamati f'sistemi eżistenti ta' protezzjoni kontra n-nar sal-31 ta' Diċembru 2002 jew għat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' aloni għal użu kritiku kif stabbilit fl-Anness VII. Kull sena l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' aloni użati għal użu kritiku, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas l-emmissjoni tagħhom u stima ta' dawn l-emmissjonijiet, u l-attivitajiet kurrenti biex ikunu identifikati u jintużaw alternattivi adegwati. Kull sena il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-użu kritiku mniżżla fl-Anness VII u, jekk meħtieġ, tadotta modifiki bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2).

(v) Ħlief għall-użu mniżżla fl-Anness VIII, sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li jkun fihom aloni, għandhom ikunu dikommissjonati qabel il-31 ta' Diċembru 2003, u l-aloni għandhom ikunu rkuprati skond l-Artikolu 16.

5. Kull produttur jew importatur intitolat biex iqiegħed sostanzi kontrollati riferiti f'dan l-Artikolu fuq is-suq jew li jagħmel użu minnhom huwa stess jista' jittrasferixxi dak id-dritt f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet kollha jew parti minnhom ta' dak il-grupp ta' sostanzi stabbiliti skond dan l-Artikolu, lil xi produttur jew importatur ieħor ta' dak il-grupp ta' sostanzi fil-Komunità. Kull trasferiment bħal dan għandu jkun notifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni. It-trasferiment tad-dritt li jqiegħed fuq is-suq jew li juża m'għandux jimplika d-dritt l-ieħor li jipproduċi jew li jimporta.

6. L-importazzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti jew tagħmir li jkun fihom il-klorofluworokarbonji, jew halogenated klorofluworokarbonji sħaħ oħra għandu jkun projbit, bl-eċċezzjoni ta' prodotti u tagħmir li dwarhom l-użu tas-sostanza kontrollata rispettiva tkun ġiet awtorizzata skond it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) jew li hu elenkat fl-Anness VII. Prodotti u tagħmir murija li kienu ġew manifatturati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu koperti b'din il-projbizzjoni.

L-Artikolu 5

Kontrol ta' l-użu ta' idroklorofluworokarbonji

1. Soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin, l-użu ta' idroklorofluworokarbonji għandu jkun projbit:

(a) fl-aerosols;

(b) bħala solventi:

(i) fl-użu ta' solventi mhux f'kontenituri inkluż sostanzi li jnaddfu li jkunu f'kontenturi bit-tapp jinfetaħ u sistemi ta' tneħħija ta' l-ilma li jkunu f'kontenituri bit-tapp jinfetaħ mingħajr żoni ta' rifreġerazzjoni, f'adesivi u aġenti li jaqilghu il-forma meta ma jintużawx f'apparat magħluq, għat-tindif ta' katusi meta il-idroklorofluworokarbonji ma jkunux irkuprati;

(ii) mill-1 ta' Jannar 2002, fl-użu tas-solventi kollha, bl-eċċezzjoni ta' tindif bi preċiżjoni ta' komponenti elettriċi u komponenti oħra fl-applikazzjonita' l-aerospazjali u aeronawtika meta l-projbizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008;

(ċ) bħala rifreġeranti:

(i) f'tagħmir prodott wara l-31 ta' Diċembru 1995 għall-użu li ġejjin:

- f'sistemi ta' evaporazzjoni diretta li ma jkunux fil-magħluq,

- f'friġġijiet u freezers domestiċi,

- f'sistemi ta' l-arja kundizzjonata ta' vetturi bil-mutur, u vetturi off-road jew trailers li joperaw b'xi sors ta' enerġija, ħlief għall-użu militari meta l-projbizzjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008,

- fis-sistema ta' l-arja kundizzjonata tat-trasport pubbliku,

(ii) fl-arja kundizzjonata tat-trasport bil-ferrovija, f'tagħmir prodott wara l-31 ta' Diċembru 1997;

(iii) mill-1 ta' Jannar 2000, f'tagħmir prodott wara l-31 ta' Diċembru 1999 għall-użu li ġejjin:

- fi mħażen tal-friża u magazzinaġġi pubbliċi u ta' distribuzzjoni,

- f'tagħmir ta' 150 kw jew aktar, shaft input,

(iv) mill-1 ta' Jannar 2001, fl-apparat l-ieħor kollu ta' rifreġerazzjoni u ta' arja kundizzjonata prodotti wara l-31 ta' Diċembru 2000, bl-eċċezzjoni ta' tagħmir imwaħħal ta' arja kundizzjonata, b'kapaċità li jkessaħ ta' anqas minn 100 kw, meta l-użu ta' idroklofluworokarbonji għandu jkun projbit mill-1 ta' Lulju 2002 f'tagħmir prodott wara t-30 ta' Ġunju 2002 u f'sistemi riversibbli ta' arja kondizzjonata/pompa tas-sħana meta l-użu ta' idroklorofluworokarbonji għandu jkun projbit mill-1 ta' Jannar 2004 fit-tagħmir kollu prodott wara l-31 ta' Diċembru 2003;

(v) mill-1 ta' Jannar 2010, l-użu ta' idroklorofluworokarbonji puri għandu jkun projbit fil-manteniment u l-għoti ta' servizzi lill-apparat ta' rifreġerazzjoni u arja kundizzjonata li jkun jeżisti f'dik id-data; il-idroklorofluworokarbonji kollha għandhom ikunu projbiti mill-1 ta' Jannar 2015.

Qabel il-31 ta' Diċembru 2008 il-Kummissjoni għandha tirrevedi id-disponibilità teknika u ekonomika ta' l-alternattivi għal idroklorofluworokarbonji riċiklati.

Ir-reviżjoni għandha tieħu kont tad-disponibilità ta' alternattivi tekniċi u ekonomiċi prattiċi għall-idroklorofluworokarbonji f'tagħmir eżistenti ta' rifreġerazzjoni bil-għan li jkun evitat it-tneħħija mhux xierqa ta' tagħmir.

Alternattivi għall-konsiderazzjoni għandu jkollhom effett ta' ħsara sinifikament inqas fuq l-ambjent mill-idroklorofluworokarbonji.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hi għandha, kif xieraq, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tieħu deċiżjoni dwar jekk taddattax id-data tal-1 ta' Jannar 2015;

(d) għall-produzzjoni ta' foams:

(i) għall-produzzjoni tal-foams kollha ħlief ta' foams għal ġilda integrali għall-użu f'applikazjonijiet u foams riġidi ta' insular;

(ii) mill-1 ta' Ottubru 2000, għall-produzzjoni ta' foams ta' ġilda integrali għall-użu f'applikazzjonijiet ta' sigurezza u għall-foams ta' polyethylene riġida għall-insular;

(iii) mill-1 ta' Jannar 2002, għall-produzzjoni ta' polystyrene riġida estruża ta' foams għall-insular, ħlief meta użati għat-trasport insulat;

(iv) mill-1 ta' Jannar 2003, għall-produzzjoni ta' foams tal-polyurethane għal tagħmir, ta' foams ta' polyurethane flessibbli miksi b'laminati u għal pannelli sandwich tal-polyurethane, ħlief meta dawn it-tnejn ta' l-aħħar ikunu użati għat-trasport insulari;

(v) mill-1 ta' Jannar 2004, għall-produzzjoni tal-foams kollha, inkluż foams ta' polyurethane spray u block;

(e) bħala gass li jinġarr għal sterilizzazzjoni f'sistemi magħluqa, f'tagħmir prodott wara l-31 ta' Diċembru 1997;

(f) fl-applikazzjonijiet l-oħra kollha.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-użu ta' idroklorofluworokarbonji għandu jkun permess:

(a) fl-użu fil-laboratorju, inkluż ir-riċerka u l-iżvilupp;

(b) bħala materjal użat għall-produzzjoni;

(ċ) bħala aġent tal-proċessar.

3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-użu ta' idroklorofluworokarbonji bħala aġent fil-ġlieda kontra n-nar f'sistemi eżistenti tal-protezjoni kontra n-nar jista' jkun permess għal tibdil ta' aloni f'applikazzjonijiet elenkati fl-Anness VII taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- aloni li jkunu jinstabu f'dawn is-sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar għandhom jinbidlu kompletament,

- aloni imneħħija għandhom jiġu distrutti,

- 70 % ta' l-ispejjeż tad-distruzzjoni għandha tkun koperta mill-fornitur tal-idroklorofluworokarbonji,

- kull sena, l-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' stallazjonijiet u l-kwantitajiet ta' aloni konċernati.

4. L-importazzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti u tagħmir li jkun fih idroklorofluworokarbonji li dwaru hemm restrizzjoni ta' użu taħt dan l-Artikolu għandu jkun projbit mid-data li fiha ir-restrizzjoni ta' l-użu tidħol fis-seħħ. Prodotti u tagħmir muri li kien manifatturat qabel id-data tar-restrizzjoni ta' l-użu m'għandhiex tkun koperta b'din il-projbizzjoni.

5. Sal-31 ta' Diċembru 2009, ir-restrizzjonijiet ta' l-użu taħt dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu applikabbli għall-użu ta' idroklorofluworokarbonji għall-produzzjoni ta' prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi fejn l-użu ta' idroklorofluworokarbonji f'dawk il-prodotti għadu permess.

6. Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), fid-dawl ta' l-esperjenza fl-operat ta' dan ir-Regolament jew biex tirrifletti l-progress tekniku, timmodifika l-lista u d-dati stabbiliti fil-paragrafu 1, imma fl-ebda każ ma testendi l-perjodi hemmhekk stabbiliti, mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet provduti fil-paragrafu 7.

7. Il-Kummissjoni tista', wara talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), tawtorizza eżenzjoni ta' limitu ta' żmien sabiex tippermetti l-użu u t-tqegħid fuq is-suq ta' idroklorofluworokarbonji b'deroga mill-paragrafu 1 u l-Artikolu 4(3) meta jkun muri li, għal użu partikolari, sostanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu teknikament u ekonomikament fejjieda ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jintużaw. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri b'kull eżenzjoni mogħtija.

IL-KAPITOLU III

KUMMERĊ

L-Artikolu 6

Liċenzji biex issir importazzjoni minn pajjiżi terzi

1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità jew il-proċessar il-ġewwa ta' sostanzi kontrollati għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni. Dawn il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara verifika ta' twettieq mal-Artikoli 6, 7, 8 u 13. Il-Kummissjoni għandha twassal kopja ta' kull liċenzja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih is-sostanzi konċernati jkunu ġew impurtati. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti għal dak l-iskop. Sostanzi kontrollati elenkati fi gruppi I, II, III, IV u V kif imniżżla fl-Anness I m'għandhomx ikunu mpurtati għal proċessar il-ġewwa.

2. Il-liċenzja, meta tkun marbuta ma' proċedura ta' proċessar il-ġewwa, għandha tkun maħruġa biss jekk is-sostanzi kontrollati se jkunu użati fit-territorju doganali tal-Komunità permezz ta' sistema ta' sospensjoni provduta fl-Artikolu 114(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u taħt il-kundizzjoni li l-prodotti kumpensati jkunu esportati mill-ġdid lejn Stat fejn il-produzzjoni, il-konsum jew l-importazzjoni ta' dik is-sostanza kontrollata ma jkunx projbit. Il-liċenzja għandha tinħareġ biss wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-operazzjoni ta' proċessar il-ġewwa tkun sejra sseħħ.

3. Talba għal liċenzja għandha tistqarr:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-importatur u l-esportatur;

(b) il-pajjiż esportatur;

(ċ) il-pajjiż destinatarju finali jekk is-sostanzi kontrollati jkunu se jiġu użati fit-territorju doganali tal-Komunità permezz ta' proċedura ta' proċessar il-ġewwa kif riferit fil-paragrafu 2;

(d) deskrizzjoni ta' kull materjal kontrollat inkluż:

- id-deskrizzjoni kummerċjali,

- id-deskrizzjoni u l-kodiċi NM kif imniżżel fl-Anness IV,

- in-natura tas-sostanza (pura, irkuprata jew reklamata),

- il-kwantità tas-sostanza f'kilogrammi;

(e) l-iskop ta' l-importazzjoni proposta;

(f) jekk magħruf, il-post u d-data ta' l-importazzjoni proposta u, fejn rilevanti, it-tibdil għal din l-informazzjoni.

4. Il-Kummissjoni tista' teħtieġ ċertifikat li jafferma n-natura tas-sostanzi li għandhom ikunu impurtati.

5. Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), timmodifika l-lista ta' l-oġġetti imsemmija fil-paragrafu 3 u l-Anness IV.

L-Artikolu 7

Importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' sostanzi kontrollati

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' sostanzi kontrollati impurtati minn pajjiżi terzi għandu jkun soġġett għal limiti kwantitattivi. Dawk il-limiti għandhom ikunu determinati u l-kwoti allokati lill-intrapriżi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999 u għal kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2). Dawn għandhom ikunu allokati biss:

(a) għal sostanzi kontrollati ta' gruppi VI u VIII kif riferit fl-Anness I;

(b) għal sostanzi kontrollati jekk ikunu użati għal użu essenzjali jew kritiku jew għal applikazzjoni ta' kwarantina u t-trattament ta' qabel jiġu trasportati;

(ċ) għal sostanzi kontrollati jekk ikunu użati bħala materjal użat għall-produzzjoni jew bħala aġenti ta' proċessar; jew

(d) lill-intrapriżi li jkollhom faċilitajiet ta' distruzzjoni ta' sostanzi kontrollati irkuprati jekk is-sostanzi kontrollati jkunu użati għal distruzzjoni fil-Komunità b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet.

L-Artikolu 8

Importazzjoni ta' sostanzi kontrollati minn Stat li mhux parti mill-Protokoll

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità jew proċessar 'il gewwa ta' sostanzi kontrollati impurtati minn xi Stat li mhux Parti mill-Protokoll għandu jkun projbit.

L-Artikolu 9

Importazzjoni ta' prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati minn Stat li mhux parti mill-Protokoll

1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' prodotti u tagħmir li jkun fih sostanzi kontrollati impurtati minn xi Stat li mhux Parti mill-Protokoll għandu jkun projbit.

2. Lista ta' prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati u tal-kodiċi tan-Nomenklatura Kumbinata hija mogħtija fl-Anness V għall-gwida ta' l-awrtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), iżżid ma, tħassar oġġetti minn jew temenda din il-lista fid-dawl tal-listi stabbiliti mill-Partijiet.

L-Artikolu 10

Importazzjoni ta' prodotti li ġew prodotti bl-użu ta' sostanzi kontrollati minn Stat li mhux parti mill-Protokoll

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Partijiet, il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta regoli applikabbli għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' prodotti li kienu prodotti bl-użu ta' sostanzi kontrollati imma li ma jkunx fihom sostanzi li jistgħu jkunu pożittivament identifikati bħala sostanzi kontrollati, impurtati minn xi Stat li mhux Parti mill-Protokoll. L-identifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

L-Artikolu 11

Esportazzjoni ta' sostanzi kontrollati jew prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati

1. Esportazzjoni mill-Komunità ta' klorofluworokarbonji, halogenated klorofluworokarbonji sħaħ oħra, aloni, karbonju-tetrachloride, 1,1,1-tri-kloroetanu u idrobromofluworokarbonji jew prodotti u tagħmir, apparti minn effetti personali, li jkun fihom dawn is-sostanzi jew li l-funzjoni kontinwa tagħhom tistrieħ fuq il-forniment ta' dawk is-sostanzi għandha tkun projbita. Din il-projbizzjoni m'għandiex tkun applikabbli għal esportazzjoni ta':

(a) sostanzi kontrollati prodotti permezz ta' l-Artikolu 3(6) biex jissodisfaw il-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tal-Protokoll;

(b) sostanzi kontrollati prodotti permezz ta' l-Artikolu 3(7) biex jissodisfaw l-użu essenzjali jew kritiku tal-Partijiet;

(ċ) prodotti u tagħmir li jkun fihom sostanzi kontrollati prodotti permezz ta' l-Artikolu 3(5) jew impurtati permezz ta' l-Artikolu 7(b);

(d) prodotti u tagħmir li jkun fihom alon, biex jissodisfaw l-użu kritiku mniżżla fl-Anness VII;

(e) sostanzi kontrollati biex jintużaw bħala materjal għall-produzzjoni u l-applikar ta' aġenti ta' proċessar.

2. Esportazzjoni mill-Komunità ta' bromid tal-metil lejn xi Stat li mhux Parti għall-Protokoll għandu jkun projbit.

3. Mill-1 ta' Jannar 2004, esportazzjoni mill-Komunità ta' idroklorofluworokarbonji lejn xi Stat li mhux Parti mill-Protokoll għandu jkun projbit. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), teżamina d-data ta' hawn fuq fid-dawl ta' l-iżviluppi internazzjonali relevanti taħt il-Protokoll u timmodifikha kif xieraq.

L-Artikolu 12

Awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni

1. Esportazzjoni mill-Komunità ta' sostanzi kontrollati għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni. Awtorizzazzjoni bħal din għall-esportazzjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-intrapriżi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2001 u għal kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 11. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi kopja ta' kull awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.

2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tistqarr:

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-esportatur u tal-produttur, meta dan ma jkunx l-istess wieħed;

(b) deskrizzjoni tas-sostanza(i) kontrollata(i) intenzjonati għall-esportazzjoni, inkluż:

- id-deskrizzjoni kummerċjali,

- id-deskrizzjoni u l-kodiċi NM kif imniżżla fl-Anness IV,

- in-natura tas-sostanza (pura, irkuprata jew reklamata);

(ċ) il-kwantità totali ta' kull materjal li se jkun esportat;

(d) il-pajjiż/pajjiżi destinatarju/i finali tas-sostanza(i) kontrollata(i);

(e) l-iskop ta' l-esportazzjoni.

3. Kull esportatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'xi tibdiliet li jistgħu iseħħu matul il-perjodu tal-validità ta' l-awtorizzazzjoni b'relazzjoni mall-informazzjoni notifikata taħt il-paragrafu 2. Kull esportatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19.

L-Artikolu 13

Awtorizzazzjoni eċċezzjonali sabiex isir kummerċ ma' Stat li mhux parti mill-Protokoll

B'deroga mill-Artikoli 8, 9(1), 10, 11(2) u (3), kummerċ ma' xi Stat li mhux Parti għall-Protokoll, f'sostanzi kontrollati u prodotti li jkun fihom jew li huma prodotti permezz ta' xi wieħed jew aktar minn dawk is-sostanzi jista jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, sal-limitu li l-Istat li mhux Parti mill-Protokoll jkun determinat b'laqgħa tal-Partijiet li jkun f'konformità sħieħa mal-Protokoll u jkun issottometta informazzjoni għal dak l-effett kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2) ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 14

Kummerċ ma' territorju li mhux kopert mill-Protokoll

1. Soġġett għal xi deċiżjoni meħudha permezz tal-paragrafu 2, l-Artikoli 8, 9 u 11(2) u (3) għandhom japplikaw għal kull territorju li mhux kopert mill-Protokoll bħalma japplikaw għal xi Stat li mhux Parti mill-Protokoll.

2. Meta l-awtoritajiet ta' territorju li mhux kopert bil-Protokoll ikunu konformi mal-Protokoll u jkunu ssottomettew informazzjoni għal dak l-iskop kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li uħud minn jew id-dispożizzjonijiet kollha ta' l-Artikoli 8, 9 u 11 ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu applikabli għal dak it-territorju.

Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2).

L-Artikolu 15

Notifika ta' Stati Membri

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tinnotifika lill-Istati Membri b'kull miżura li hi tadotta bis-saħħa ta' l-Artikoli 6, 7, 9, 12, 13 u 14.

IL-KAPITOLU IV

KONTROLL TA' L-EMMISSJONIJIET

L-Artikolu 16

Irkupru ta' sostanzi kontrollati li jkunu wżati

1. Sostanzi kontrollati li jkunu jinstabu fi:

- tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u tagħmir tas-sħana, ħlief għal friġġijiet u freezers domestiċi,

- tagħmir li jkun fih solventi,

- sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar,

għandhom ikunu rkuprati għal distruzzjoni b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet jew b'xi teknoloġija ta' distruzzjoni oħra aċċettabbli ambjentalment, jew għal riċiklaġġ jew reklamazzjoni matul it-tiswija u l-manteniment ta' tagħmir jew qabel il-ħatt jew it-tneħħija tat-tagħmir.

2. Sostanzi kontrollati li jkunu jinstabu f'friġġijiet u freezers domestiċi għandhom ikunu rkuprati u trattati kif provdut fil-paragrafu 1 wara l-31 ta' Diċembru 2001.

3. Sostanzi kontrollati li jkunu jinstabu fi prodotti, stallazzjonijiet u tagħmir apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu irkuprati, jekk applikabbli, u trattati kif provdut fil-paragrafu 1.

4. Sostanzi kontrollati m'għandhomx ikunu mqiegħda fuq is-suq f'kontenituri li jintremew, ħlief għal użu essenzjali.

5. Stati Membri għandhom jieħdu passi biex iħeġġu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u d-distruzzjoni ta' sostanzi kontrollati u għandhom jassenjaw lill-utenti, lit-tekniċi tar-rifreġerazzjoni jew korpi oħra xierqa ir-responsabbiltà sabiex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1. Stati Membri għandhom jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni għall-ħaddiema li jkunu involuti. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2001, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-programmi relatati mal-ħtiġiet tal-kwalifiki ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri. Fid-dawl ta' din l-evalwazzjoni u ta' informazzjoni teknika u informazzjoni oħra relevanti, il-Kummissjoni, kif xieraq, għandha tipproponi miżuri dwar dawk il-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jagħtu rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2001 dwar is-sistemi stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-irkupru ta' sostanzi kontrollati użati, inkluż il-faċilitajiet disponibbli u l-kwantitajiet ta' sostanzi kontrollati użati li jkunu rkuprati, riċiklati, reklamati jew distrutti.

7. Dan l-Artikoli għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [8] jew għall-miżuri adottati permezz ta' l-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.

L-Artikolu 17

Tnixxija ta' sostanzi kontrollati

1. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' sostanzi kontrollati. Partikolarment, tagħmir imwaħħal b'karika ta' likwidu rifreġeranti ta' aktar minn 3 kg għandu jkun eżaminat għal tnixxija darba kull sena. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni għall-ħaddiema involuti. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2001, l-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummisjoni dwar il-programmi relatati mal-ħtiġiet tal-kwalifiki ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri. Fid-dawl ta' din l-evalwazzjoni u ta' l-informazzjoni teknika u informazzjoni oħra relevanti, il-Kummissjoni, kif xieraq, għandha tipproponi miżuri dwar dawk il-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi t-tħejjija ta' normi Ewropej li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll ta' tnixxija u rkupru ta' sostanzi li jnixxu minn apparat kummerċjali jew industrijali ta' l-arja kundizzjonata jew refriġerazzjoni, minn sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u minn tagħmir li jkun fih solventi kif ukoll, kif xieraq, sa ħtiġiet tekniċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' aċċertazzjoni ta' projbizzjoni ta' tnixxija fis-sistemi ta' refriġerazzjoni.

2. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' bromid tal-metil minn stallazzjonijiet ta' fumigazzjoni jew operazzjonijiet li fihom il-bromid tal-metil ikun użat. Kull meta jkun użat il-bromid tal-metil fil-fumigazzjoni tal-ħamrija, l-użu ta' folji li huma impenetrabbli kważi għal kollox għal żmien suffiċjenti, jew tekniki oħra li jassiguraw mill-anqas l-istess livell ta' protezzjoni ambjentali għandha tkun mandatorja. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni għall-ħaddiema involuti.

3. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' sostanzi kontrollati użati għall-produzzjoni jew bħala aġenti ta' proċessar.

4. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' sostanzi kontrollati prodotti b'kumbinazzjoni matul il-manifattura ta' kimiċi oħra.

5. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kif xieraq u tassigura it-tixrid ta' noti li jiddeskrivu l-aħjar teknoloġiji disponibbli u l-aħjar prattiċi ambjentali dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tnixxija u l-emissjoni ta' sostanzi kontrollati.

IL-KAPITOLU V

KUMITAT, RAPURTAĠĠ, SPEZZJONI U PENALITAJIET

L-Artikolu 18

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikun applikabbli, billi jingħata każ tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar wieħed.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

L-Artikolu 19

Rapurtaġġ

1. Kull sena qabel il-31 ta' Marzu, kull produttur, importatur u esportatur ta' sostanzi kontrollati għandu jikkomunika mal-Kummissjoni, jibgħat kopja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, l-informazzjoni kif speċifikata hawn taħt għal kull sostanza kontrollata b'referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

Il-format ta' dan ir-rapport għandu jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2).

(a) Kull produttur għandu jikkomunika:

- il-produzzjoni totali tiegħu ta' kull sostanza kontrollata,

- il-produzzjoni mqiegħda fuq is-suq jew użata mill-produttur stess fil-Komunità, waqt li separatament tidentifika l-produzzjoni ta' sostanzi li jintużaw għall-produzzjoni, l-aġenti ta' proċessar, il-kwarantina u qabel tintbagħat u użu ieħor,

- kull produzzjoni biex tlaħħaq mal-użu essenzjali fil-Komunità, liċenzjati skond l-Artikolu 3(4),

- kull produzzjoni awtorizzata permezz ta' l-Artikolu 3(6) biex tissodisfa l-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tal-Protokoll,

- il-produzzjoni awtorizzata taħt l-Artikolu 3(7) biex tissodisfa l-użu essenzjali jew kritiku tal-Partijiet,

- kull żieda fil-produzzjoni awtorizzata permezz ta' l-Artikolu 3(8), (9) u (10) b'konnessjoni mar-razjonalizzazzjoni industrijali,

- kull kwantitajiet riċiklati, reklamati jew distrutti,

- il-ħażniet.

(b) Kull importatur, inkluż xi produtturi li jimpurtaw ukoll, għandhom jikkomunikaw:

- il-kwantitajiet rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, waqt li separatament jiddentifikaw l-importazzjoni ta' sostanzi għal użu fil-produzzjoni u użu ta' aġenti ta' proċessar, għal użu essenzjali jew kritiku, liċenzjati skond l-Artikolu 3(4), għal użu fi kwarantina jew applikazzjonijiet ta' qabel jintbagħtu u għal distruzzjoni,

- il-kwantitajiet ta' sostanzi kontrollati li jidħlu fil-Komunità permezz ta' proċedura ta' proċessar il-ġewwa,

- il-kwantitajiet ta' sostanzi kontrollati użati, impurtati għal riċiklaġġ jew reklamazzjoni,

- il-ħażniet.

(ċ) Kull esportatur, inkluż xi produtturi li jesportaw ukoll, għandhom jikkomunikaw:

- il-kwantitajiet ta' sostanzi kontrollati esportati mill-Komunità, inkluż sostanzi li jkunu esportati mill-ġdid permezz ta' proċedura ta' proċessar il-ġewwa, waqt li separatament jidentifikaw il-kwantitajiet esportati lil kull pajjiż destinatarju u l-kwantitajiet esportati għall-użu fil-produzzjoni u użu ta' aġenti ta' proċessar, użu essenzjali, użu kritiku, kwarantina u użu qabel jintbagħatu, sabiex jilħqu l-ħtiġiet bażi domestiċi tal-Partijiet skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll u għad-distruzzjoni,

- xi kwantitajiet ta' sostanzi kontrollati użati, esportati għal riċiklaġġ jew reklamazjoni,

- xi ħażniet.

2. Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jibagħtu lura lill-Kummissjoni d-dokumenti tal-liċenzji użati ttimbrati.

3. Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, kull utent li jkun ġie awtorizzat sabiex jieħu vantaġġ minn eżenzjoni ta' użu essenzjali permezz ta' l-Artikolu 3(1) għandu, għal kull sostanza li dwaru jkun irċieva awtorizzazzjoni, jagħmel rapport lill-Kummissjoni, billi jibgħat kopja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, in-natura ta' l-użu, il-kwantitajiet użati matul is-sena ta' qabel, il-kwantitajiet li jkollu maħżuna, il-kwantitajiet riċiklati jew distrutti, u l-kwantità ta' prodotti li jkun fihom dik is-sostanza li jkunu tqiegħdu fuq is-suq tal-Komunità u/jew esportati.

4. Kull sena qabel il-31 ta' Marzu, kull intrapriża li tkun ġiet awtorizzata sabiex tgħamel użu minn sostanzi kontrollati bħala aġent ta' proċessar għandha tagħmel rapport lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet użati matul is-sena ta' qabel, u stima ta' l-emmissjonijiet li jkunu seħħu matul dak l-użu.

5. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni sottomessa lilha.

6. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 18(2), timmodifika l-ħtiġiet tar-rapporti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, sabiex tissodisfa l-impenji taħt il-Protokoll jew biex ittejjeb l-applikazzjoni prattika ta' dawk il-ħtiġiet ta' rapurtaġġ.

L-Artikolu 20

Spezzjonar

1. Fit-twettieq tad-doveri assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' takkwista l-informazzjoni kollha mill-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u mill-intrapriżi.

2. Meta titlob informazzjoni minn xi intrapriża il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab l-intrapriża, flimkien ma' stqarrija bir-raġunijiet il-għala dik l-informazzjoni tkun meħtieġa.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu iwettqu l-investigazzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa taħt dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom ukoll ta' kull tant iwettqu verifiki fuq l-importazzjoni ta' sostanzi kontrollati, u jikkomunikaw l-iskedi u r-riżultati ta' dawk il-verifiki lill-Kummissjoni.

4. Soġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu sejrin isiru l-investigazzjonijiet, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-uffiċjali ta' dik l-awtorità fit-twettieq tad-doveri tagħhom.

5. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa biex tinkoraġġixxi l-iskambju xieraq ta' informazzjoni u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni akkwistata taħt dan l-Artikolu.

L-Artikolu 21

Penali

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali meħtieġa li jkunu applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2000 u għandhom ukoll jinnotifikawha mingħajr dewmien b'xi emendi sussegwenti li jaffettwaw dawn id-dispożizzjonijiet.

IL-KAPITOLU VI

SOSTANZI ĠODDA

L-Artikolu 22

Sostanzi ġodda

1. Il-produzzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità u l-proċessar il-ġewwa, it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' sostanzi ġodda fl-Anness II huma projbiti. Din il-projbizzjoni m'għandiex tkun applikabbli għal sostanzi ġodda jekk dawn jintużaw fil-produzzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tinkludi fl-Anness II is-sostanzi li ma jkunux sostanzi kontrollati imma li jinstabu mis-Scientific Assessment Panel taħt il-Protokoll li jkollhom potenzjal sinifikanti ta' ħsara ta' l-ożonu, inkluż il-possibiltà ta' eżenzjoni mill-paragrafu 1.

IL-KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 23

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 3093/94 għandu jkun imħassar mill-1 ta' Ottubru 2000.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala li huma referenzi għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

M. Marques Da Costa

[1] ĠU C 286, tal-15.9.1998, p. 6 andĠU C 83, tal-25.3.1999, p. 4.

[2] ĠU C 40, tal-15.2.1999, p. 34.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU C 98, tad-9.4.1999, p. 266), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru 1999, Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 1999 (ĠU C 123, ta' l-4.5.1999, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 1999 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2000 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2000.

[4] ĠU L 297, tal-31.10.1988, p. 8.

[5] ĠU L 333, tat-22.12.1994, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 955/1999 (ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1).

[8] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p.32).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Sostanzi kontrollati koperti

Il-Grupp | Is-Sustanza | Il-Potenzjal tat-tnaqqis ta' l-ożonu |

| |

Grupp I | CFCl3 | (CFC-11) | 1,0 |

CF2Cl2 | (CFC-12) | 1,0 |

C2F3Cl3 | (CFC-113) | 0,8 |

C2F4Cl2 | (CFC-114) | 1,0 |

C2F5Cl | (CFC-115) | 0,6 |

Grupp II | CF3Cl | (CFC-13) | 1,0 |

C2FCl5 | (CFC-111) | 1,0 |

C2F2Cl4 | (CFC-112) | 1,0 |

C3FCl7 | (CFC-211) | 1,0 |

C3F2Cl6 | (CFC-212) | 1,0 |

C3F3Cl5 | (CFC-213) | 1,0 |

C3F4Cl4 | (CFC-214) | 1,0 |

C3F5Cl3 | (CFC-215) | 1,0 |

C3F6Cl2 | (CFC-216) | 1,0 |

C3F7Cl | (CFC-217) | 1,0 |

Grupp III | CF2BrCl | (alon-1211) | 3,0 |

CF3Br | (alon-1301) | 10,0 |

C2F4Br2 | (alon-2402) | 6,0 |

Grupp IV | CCl4 | (carbon tetracholoride) | 1,1 |

Grupp V | C2H3Cl3 | (1,1,1-tri-kloroetanu) | 0,1 |

Grupp VI | CH3Br | (bromid tal-metil) | 0,6 |

Grupp VII | CHFBr2 | | 1,00 |

CHF2Br | | 0,74 |

CH2FBr | | 0,73 |

C2HFBr4 | | 0,8 |

C2HF2Br3 | | 1,8 |

C2HF3Br2 | | 1,6 |

C2HF4Br | | 1,2 |

C2H2FBr3 | | 1,1 |

C2H2F2Br2 | | 1,5 |

C2H2F3Br | | 1,6 |

C2H3FBr2 | | 1,7 |

C2H3F2Br | | 1,1 |

C2H4FBr | | 0,1 |

C3HFBr6 | | 1,5 |

C3HF2Br5 | | 1,9 |

C3HF3Br4 | | 1,8 |

C3HF4Br3 | | 2,2 |

C3HF5Br2 | | 2,0 |

C3HF6Br | | 3,3 |

C3H2FBr5 | | 1,9 |

C3H2F2Br4 | | 2,1 |

C3H2F3Br3 | | 5,6 |

C3H2F4Br2 | | 7,5 |

C3H2F5Br | | 1,4 |

C3H3FBr4 | | 1,9 |

C3H3F2Br3 | | 3,1 |

C3H3F3Br2 | | 2,5 |

C3H3F4Br | | 4,4 |

C3H4FBr3 | | 0,3 |

C3H4F2Br2 | | 1,0 |

C3H4F3Br | | 0,8 |

C3H5FBr2 | | 0,4 |

C3H5F2Br | | 0,8 |

C3H6FBr | | 0,7 |

Grupp VIII | CHFCl2 | (HCFC− 21) | 0,040 |

CHF2Cl | (HCFC− 22) | 0,055 |

CH2FCl | (HCFC− 31) | 0,020 |

C2HFCl4 | (HCFC− 121) | 0,040 |

C2HF2Cl3 | (HCFC− 122) | 0,080 |

C2HF3Cl2 | (HCFC− 123) | 0,020 |

C2HF4Cl | (HCFC− 124) | 0,022 |

C2H2FCl3 | (HCFC− 131) | 0,050 |

C2H2F2Cl2 | (HCFC− 132) | 0,050 |

C2H2F3Cl | (HCFC− 133) | 0,060 |

C2H3FCl2 | (HCFC− 141) | 0,070 |

CH3CFCl2 | (HCFC− 141b) | 0,110 |

C2H3F2Cl | (HCFC− 142) | 0,070 |

CH3CF2Cl | (HCFC− 142b) | 0,065 |

C2H4FCl | (HCFC− 151) | 0,005 |

C3HFCl6 | (HCFC− 221) | 0,070 |

C3HF2Cl5 | (HCFC− 222) | 0,090 |

C3HF3Cl4 | (HCFC− 223) | 0,080 |

C3HF4Cl3 | (HCFC− 224) | 0,090 |

C3HF5Cl2 | (HCFC− 225) | 0,070 |

CF3CF2CHCl2 | (HCFC− 225ca) | 0,025 |

CF2ClCF2CHClF | (HCFC− 225cb) | 0,033 |

C3HF6Cl | (HCFC− 226) | 0,100 |

C3H2FCl5 | (HCFC− 231) | 0,090 |

C3H2F2Cl4 | (HCFC− 232) | 0,100 |

C3H2F3Cl3 | (HCFC− 233) | 0,230 |

C3H2F4Cl2 | (HCFC− 234) | 0,280 |

C3H2F5Cl | (HCFC− 235) | 0,520 |

C3H3FCl4 | (HCFC− 241) | 0,090 |

C3H3F2Cl3 | (HCFC− 242) | 0,130 |

C3H3F3Cl2 | (HCFC− 243) | 0,120 |

C3H3F4Cl | (HCFC− 244) | 0,140 |

C3H4FCl3 | (HCFC− 251) | 0,010 |

C3H4F2Cl2 | (HCFC− 252) | 0,040 |

C3H4F3Cl | (HCFC− 253) | 0,030 |

C3H5FCl2 | (HCFC− 261) | 0,020 |

C3H5F2Cl | (HCFC− 262) | 0,020 |

C3H6FCl | (HCFC− 271) | 0,030 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Sostanzi ġodda

Bromoklorometanu

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Limiti kwantitattivi totali fuq il-produtturi u l-importaturi li jqiegħdu sostanzi kontrollati fuq is-suq u li jużawhom huma stess fil-Komunità

(livelli kalkulati espressi f'tunnellati ta' ODP)

Substance Għal perjodi ta' 12-il xahar mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru | Grupp I | Grupp II | Grupp III | Grupp IV | Grupp V | Grupp VI Għal utilitajiet ta' xort' oħra minn applikazzjonijiet ta' kwarantina ta' qabel jiġu trasportatiu | Grupp VI Għal applikazzjonijiet ta' kwarantina u ta' qabel jiġu trasportati | Grupp VII | Grupp VIII |

1999 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 8665 | | 0 | 8079 |

2000 | | | | | | 8665 | | | 8079 |

2001 | | | | | | 4621 | 607 | | 6678 |

2002 | | | | | | 4621 | 607 | | 5676 |

2003 | | | | | | 2888 | 607 | | 3005 |

2004 | | | | | | 2888 | 607 | | 2003 |

2005 | | | | | | 0 | 607 | | 2003 |

2006 | | | | | | | 607 | | 2003 |

2007 | | | | | | | 607 | | 2003 |

2008 | | | | | | | 607 | | 1669 |

2009 | | | | | | | 607 | | 1669 |

2010 | | | | | | | 607 | | 0 |

2011 | | | | | | | 607 | | 0 |

2012 | | | | | | | 607 | | 0 |

2013 | | | | | | | 607 | | 0 |

2014 | | | | | | | 607 | | 0 |

2015 | | | | | | | 607 | | 0 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Gruppi, Kodiċi ta' Nomenklatura Kumbinata 1999 (NM 99) [1]u deskrizzjonijiet għas-sostanzi riferiti fl-Annessi I u III

Group | Il-Kodiċi NM 99 | Deskrizzjoni |

Grupp I | 29034100 | — — — Trichlorofluoromethane |

29034200 | — — Dichlorodifluoromethane |

29034300 | — — Trichlorotrifluoroethanes |

29034410 | — — — Dichlorotetrafluoroethanes |

29034490 | — — — Chloropentafluoroethane |

Grupp II | 29034510 | — — — Chlorotrifluoromethane |

29034515 | — — — Pentachlorofluoroethane |

29034520 | — — — Tetrachlorodifluoroethanes |

29034525 | — — — Heptachlorofluoropropanes |

29034530 | — — — Hexachlorodifluoropropanes |

29034535 | — — — Pentachlorotrifluoropropanes |

29034540 | — — — Tetrachlorotetrafluoropropanes |

29034545 | — — — Trichloropentafluoropropanes |

29034550 | — — — Dichlorohexafluoropropanes |

29034555 | — — — Chloroheptafluoropropanes |

Grupp III | 29034610 | — — — Bromochlorodifluoromethane |

29034620 | — — — Bromotrifluoromethane |

29034690 | — — — Dibromotetrafluoroethanes |

Grupp IV | 29031400 | — — Karbonju-tetrachloride |

Grupp V | 29031910 | — — - 1,1,1-Tri-kloroetanu (methylchloroform) |

Grupp VI | 29033033 | — — — Bromomethane (bromid tal-metil) |

Grupp VII | 29034930 | — — — — Idrobromofluoromethanes, -ethanes jew -propanes |

Grupp VIII | 29034910 | — — — — Idrochlorofluoromethanes, -ethanes jew -propanes |

ex38247100 | — — Taħlitiet li jikkontjenu sostanza waħda jew iktar li jaqgħu f'dan il-kodiċi NM 29034100 sa 29034555 |

ex38247900 | — — Taħlitiet li jikkontjenu sostanza waħda jew iktar li jaqgħu f'dan il-kodiċi NM 29034610 sa 29034690 |

ex38249095 | — — — — Taħlitiet li jikkontjenu sostanza waħda jew iktar li jaqgħu f'dan il-kodiċi NM 29031400, 29031910, 29033033, 29034910 jew 29034930 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda (NM) għal prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati [1]

1. Unitajiet ta' arja kundizjonata għal vetturi u trakkijiet

Kodiċi NM

87012010-87019090

87021011-87029090

87031011-87039090

87041011-87049000

87051000-87059090

87060011-87060099

2. Refriġerazzjoni u tagħmir ta' arja kundizzjonata/pompa tas-sħana domestiċi u kummerċjali

Friġġijiet:

Kodiċi NM

84181010-84182900

84185011-84185099

84186110-84186999

Freezers:

Kodiċi NM

84181010-84182900

84183010-84183099

84184010-84184099

84185011-84185099

84186110-84186190

84186910-84186999

Deumidifikanti:

Kodiċi NM

84151000-84158390

84796000

84798910

84798998

Apparat li jkessaħ l-ilma u unitajiet li jillikwifikaw il-gass:

Kodiċi NM

84196000

84198998

Magni tas-silġ:

Kodiċi NM

84181010-84182900

84183010-84183099

84184010-84184099

84185011-84185099

84186110-84186190

84186910-84186999

Unitajiet ta' arja kundizzjonata u pompi tas-sħana:

Kodiċi NM

84151000-84158390

84186110-84186190

84186910-84186999

84189910-84189990

3. Prodotti ta' l-aerosol, bl-eċċezzjoni ta' aerosols mediċi

Prodotti ta' l-ikel:

Kodiċi NM

04049021-04049089

15179010-15179099

21069092

21069098

Żebgħa u verniċ, imħejijja b'pigment ta' l-ilma u kulur:

Kodiċi NM

32081010-32081090

32082010-32082090

32089011-32089099

32091000-32099000

32100010-32100090

32129090

Perfumerija, kosmetiċi jew preparazzjonijiet tat-twaletta:

Kodiċi NM

33030010-33030090

33043000

33049900

33051000-33059090

33061000-33069000

33071000-33073000

33074900

33079000

Preparazzjonijiet attivi fil-wiċċ:

Kodiċi NM

34022010-34022090

Preparazzjonijiet lubrifikanti:

Kodiċi NM

27100081

27100097

34031100

34031910-34031999

34039100

34039910-34039990

Preparazzjonijiet domestiċi:

Kodiċi NM

34051000

34052000

34053000

34054000

34059010-34059090

Oġġetti ta' sostanzi kombustibbili:

Kodiċi NM

36061000

Insettiċidi, liebriċidi, fungiċidi, ħerbiċidi, eċċ.:

Kodiċi NM

38081010-38081090

38082010-38082080

38083011-38083090

38084010-38084090

38089010-38089090

Aġenti li jtemmu, eċċ.:

Kodiċi NM

38091010-38091090

38099100-38099300

Tħejjijiet u mili għal estingwituri tan-nar; grenades mimlija għat-tifi tan-nar:

Kodiċi NM

38130000

Solvent organiku kompost, eċċ.:

Kodiċi NM

38140010-38140090

Fluwidi imħejjija għat-tneħħija tas-silġ:

Kodiċi NM

38200000

Prodotti ta' l-industriji kimiċi jew li għandhom x'jaqsmu magħhom:

Kodiċi NM

38249010

38249035

38249040

38249045-38249095

Silicones f'għamla primarja:

Kodiċi NM

39100000

Armi tan-nar:

Kodiċi NM

93040000

4. Estingwituri portabbli tan-nar

Kodiċi NM

84241010-84241099

5. Pjanċi, pannelli insulatriċi u koperti tal-kanen

Kodiċi NM

39172110-39174090

39201023-39209990

39211100-39219090

39251000-39259080

39269010-39269099

6. Pre-polymers

Kodiċi NM

39011010-39119099

[1] Dawn il-kodiċi doganali huma mogħtija bħala gwida lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Proċessi li bihom sostanzi kontrollati jkunu użati bħala aġenti tal-proċessar

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride għall-eliminazzjoni ta' triklorur tan-nitroġenu fil-produzzjoni tal-klorur u caustic soda,

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride għall-irkupru ta' klorur fit-tail gass mill-produzzjoni ta' klorur,

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride fil-manifattura ta' lastiku klorinat,

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride fil-manifattura ta' isobutyl acetophenone (ibuprofen-analgesic),

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride fil-manifattura ta' polyphenyleneterephtalamide,

- L-użu ta' CFC-11 fil-manifattura ta' folja fina tal-fibra sintetika tal-polyolefin,

- L-użu ta' CFC-113 fil-manifattura ta' vinorelbine (prodott farmaċewtiku),

- L-użu ta' CFC-12 fis-sintesi foto-kemikali ta' perfluoropolyetherpolyperoxide precursors ta' Z-perfluoropolyethers u derivattivi difunzjonali,

- L-użu ta' CFC-113 fit-tnaqqis ta' perfluoropolyetherpolyperoxide intermedjarju għall-produzzjoni ta' perfluoropolyether diesters,

- L-użu ta' CFC-113 fil-preparazzjoni ta' perfluoropolyether diols b'funzjonalità għolja,

- L-użu ta' karbonju-tetrachloride fil-produzzjoni ta' tralomethrine (insettiċida).

Ukoll l-użu tal-HCFC fil-proċessi ta' hawn fuq meta jkun użat biex jieħu post is-CFC jew il-karbonju-tetrachloride.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII:

Użu kritiku ta' l-alon

Użu ta' alon 1301:

- f'ajruplani għall-protezzjoni tal-kompartimenti ta' l-ekwipaġġ, nacelles tal-magni, l-istiva tal-merkanzija u stivi xotti,

- f'vetturi militari fuq l-art u vapuri tal-flotta għall-protezzjoni ta' spazji okkupati mill-ekwipaġġ u l-kompartimenti tal-magni,

- biex jagħmlu inattivi l-ispazji okkupati fejn il-likwidu fjammabbli u/jew ir-rilaxx ta' gass jista' jseħħ fis-setturi militari u taż-żejt, setturi tal-gass u petro-kimiċi, u fl-istivi eżistenti ta' vapuri,

- biex jagħmlu inattivi ċ-ċentri ta' komunikazzjoni li jkunu mħaddma min-nies u tal-kmandi tal-forzi armati u oħrajn, essenzjali għas-sigurtà nazzjonali,

- biex jagħmlu inattivi l-ispazji fejn jista' jkun hemm riskju ta tixrid ta' materjal radjuattiv,

- fiċ-Channel Tunnel u stallazzjonijiet assoċjati u l-oġġetti li jgħaddu minnha.

Użu ta' alon 1211:

- f'estingwituri ta' kontra n-nar li jinżammu fl-idejn u apparat ta' estingwituri mwaħħla għall-magni, biex jintużaw abbord l-ajruplani,

- f'ajruplani għall-protezzjoni tal-kompartimenti ta' l-ekwipaġġ, nacelles tal-magni, l-istiva tal-merkanzija u stivi xotti,

- f'estingwituri tan-nar essenzjali għas-sigurtà personali użati fit-tifi inizjali mill-korp tat-tifi tan-nar,

- f'estingwituri tan-nar militari u tal-pulizija għal użu fuq persuni.

--------------------------------------------------

Top