EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1610
Commission Regulation (EC) No 1610/2000 of 24 July 2000 amending Regulation (EEC) No 3769/92 implementing and amending Council Regulation (EEC) No 3677/90 laying down measures to be taken to discourage the diversion of certain substances to the illicit manufacture of narcotic drugs and psychotropic substances
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1610/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3769/92 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1610/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3769/92 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
OJ L 185, 25.7.2000, p. 30–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 005 P. 115 - 118
No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2005; Imħassar b' 32005R1277
Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0030 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1610/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3769/92 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 3769/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 3769/92, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2093/97 [3], li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90, Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-prekursuri u sostanzi kimiċi konklużi bejn il-Komunità u ċ-Ċili [4], Wara li kkunsidrat it-Taqsima 7(a)(i) tal-Parti B tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti S-20/4 kif adottata fl-20 Sessjoni Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn in-notifiki ta' pre-esportazzjoni jistgħu jintalbu għall-anidride aċetika u l-permanganat tal-potassju billi jkunu kuntrattati partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu f'Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi, Filwaqt li: (1) L-Komunità hi l-parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi [5]. (2) L-obbligi mill-Ftehim imsemmi fuq kif ukoll it-talbiet imsemmija għal notifiki ta' pre-esportazzjoni għall-anidride aċetika u l-permanganat tal-potassju jista' biss ikun hemm konformità magħhom sa fejn il-ħtiġijiet minn qabel ta' l-awtoriżżazzjoni għall-esportazzjoni huma introdotti għas-sostanzi u l-pajjiżi kkonċernati indikati f'L-Anness A mal-Ftehim jew imsemmija fit-talbiet ta' notifika ta' pre-esportazzjoni. (3) l-Arġentina, l-Benin, il-Bolivja, l-Brażil, il-Gżejjer Cayman, il-Kosta Rika, Ċipru, r-Repubblika Ċeka, l-Etjopja, l-Indoneżja, l-Ġappun, il-Ġordan, il-Makaw, il-Malasja, il-Moldova, n-Niġerja, l-Paragwaj, il-Peru, l-Filippini, l-Federazzjoni Russa, l-Arabja Sawdita, s-Sud Afrika, s-Sri Lanka, t-Tajikistan, it-Turkija u l-Venezwela invokaw l-Artikolu 12.10 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi billi talbu notifiki ta' pre-esportazzjoni għal sostanzi fit-Tabella 1 għal dik il-Konvenzjoni, u f'numru ta' każijiet, l-anidride aċetika u l-permanganat tal-potassju. (4) l-Annessi II and III għal dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġornati biex tassigura konformita sħiħa ma' l-Ftehim imsemmi hawn fuq u t-talbiet għal notifika ta' pre-esportazzjoni. (5) Għall-iskopijiet ta' trasparenza, dawn l-Annessi għandhom bżonn jiġu sostitwiti. (6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prekursuri tad-Drogi, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi II u III mar-Regolament (KEE) Nru 3769/92 huma sostitwiti bl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-24 Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1. [2] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17. [3] ĠU L 292, tal-25.10.1997, p. 11. [4] ĠU L 336, tal-11.12.1998, p. 48. [5] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 1990 li tikkonċerna l-konklużjoni, għan-nom tal-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjoni Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi (ĠU L 326, ta' l-24.11.1990, p. 56). -------------------------------------------------- L-ANNESS " L-ANNESS "L-ANNESS II" Is-Sostanza | Id-Destinazzjoni | L-Anidridu aċetiku | L-ArġentinaIl-BeninIl-BolivjaIl-BrażilIl-KolombjaIċ-ĊileIl-KostaĊipruIr-Repubblika ĊekaL-EkwadorL-EtijopjaIl-GwatemalaĦong KongL-IndjaL-IndonesjaL-IranIl-ĠordanIl-LebanonIl-MakawIl-MalasjaIl-MessikuIl-MoldovaIl-Mijanmar (Burma)In-NiġerjaIl-ParagwajIl-PeruSingaporL-Arabja SawditaL-Afrika t’isfelIs-Sri LankaIs-SirjaIt-TajikistanIt-TajlandjaIl-Gżejjer CaymanIl-FilippiniIl-Federazzjoni RussaIt-TurkijaL-Emirati ta’ l-Arabja UnitaIl-Veneżwela | L-Aċidu antraniliku | Il-BolivjaIċ-ĊileIl-KolombjaL-EkwadorL-IndjaIl-Messikul-PeruL-Emirati ta’ l-Arab UnitiIl-Veneżwela | L-Aċidu Fenilaċetiku Il-Piperidine | Il-BolivjaIċ-ĊileIl-KolombjaL-EkwadorIl-MessikuIl-PeruL-Emirati ta' l-Arab UnitiL-Istati Uniti ta' l-AmerkaIl-Veneżwela | Is-Sostanza | Id-Destinazzjoni | Il-Keton Metiletilu Toluene L-aċidu Sulfuriku | L-ArġentinaIl-BolivjaIl-BrażilIċ-ĊileIl-KolombjaIl-Kosta RikaL-EkwadorL-El SalvadorIl-GwatemalaIl-ĦondurasĦong KongIl-PanamaIl-ParagwajIl-PeruIs-SirjaIt-TajlandjaL-UrugwajL-Emirati ta' l-Arab UnitiIl-Veneżwela | Il-Permanganat tal-Potassju | L-ArġentinaIl-BeninIl-BolivjaIl-BrażilIċ-ĊileIl-KolombjaIl-Kosta RikaĊipruIr-Repubblika ĊekaL-EkwadorL-El SalvadorL-EtijopjaIl-GwatemalaIl-ĦondurasĦong KongIl-ĠordanIl-MakawIl-MalasjaIl-MoldovaIn-NiġerjaIl-PanamaIl-ParagwajIl-PeruL-Arabja SawditaL-Arfika t' IsfelIs-Sri LankaIs-SirjaIt-TajikistanIt-TajlandjaIl-Gżejjer CaymanIl-FilippiniIl-Federazzjoni RussaIt-TurkijaL-UrugwajL-Emirati ta' l-Arab UnitiIl-Venezwela | L-Aċetun Ethyl ether | L-ArġentinaIl-BolivjaIl-BrażilIċ-ĊileIl-KolombjaIl-Kosta RikaL-EkwadorL-El SalvadorIl-GwatemalaIl-ĦondurasĦong KongL-IranIl-LebanonIl-MessikuIl-Mijanmar (Burma)Il-PanamaIl-ParagwajIl-PeruSingaporIs-SirjaIt-TajlandjaIt-TurkijaL-Emirati ta' l-Arab UnitiL-UrugwajIl-Veneżwela | L-Aċidu Idrokloriku | L-ArġentinaIl-BolivjaIl-BrażilIċ-ĊileIl-KolombjaIl-Kosta RikaL-EkwadorL-El SalvadorIl-GwatemalaIl-ĦondurasIl-Ħong KongL-IranIl-LebanonIl-Mijanmar (Burma)Il-PanamaIl-ParagwajIl-PeruSingaporIs-SirjaIt-TajlandjaIt-TurkijaL-Emirati ta' l-Arab UnitiL-UrugwajIl-Veneżwela | --------------------------------------------------