EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1603

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1603/2000 tal-20 ta' Lulju 2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

OJ L 185, 25.7.2000, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 034 P. 3 - 12
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 021 P. 46 - 55
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 021 P. 46 - 55
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 036 P. 173 - 182

No longer in force, Date of end of validity: 26/07/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1603/oj

32000R1603



Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0001 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1603/2000

tal-20 ta' Lulju 2000

li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet mixtrija bi prezz baxx minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ssottomessa mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA

1. Il-Miżuri fis-seħħ

(1) Fi Frar 1994, il-Kunsill impona dazji definittivi kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (Regolament (KE) Nru 229/94 [2]. Id-dazji ħadu l-għamla ta' dazji varjabbli msejsa fuq prezz minimu għat-tliet tipi ta' l-etanolamini, jiġifieri l-monoetanolamin (MEA), id-dijetaloamin (DEA) u t-trijetanolamin (TEA).

2. It-talba għar-rivista

(2) Wara l-pubblikazzjoni fit-23 ta' Lulju 1998 [3] ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti tal-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Unit ta' l-Amerika, il-Kummissjoni irċeviet talba għal rivista ta' dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ir-"Regolament Bażiku"), jiġifieri talba għal rivista ta' l-iskadenza u interim.

(3) It-talba kienet iddepożitata fit-30 ta' Ottubru 1998 mill-Conseil européen des fédérations de l'industrie chimique (CEFIC) f'isem il-produtturi Komunitarji li r-riżultat tal-produzzjoni kollettiva tagħhom ikkostitwixxa proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' l-etanolamini.

(4) Is-CEFIC argumenta illi l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping miżjud u ta' ħsara għall-industrija Komunitarja u li kienu jeżistu raġunijiet għal rivista tal-miżuri minħabba li ma kellhomx effikaċja. Wara li ġie stabbilit, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, illi x-xiehda kienet biżżejjed, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni [4] skond l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament Bażiku. L-investigazzjoni għalhekk kopriet mhux biss il-kwistjoni dwar x'kien jiġri jekk il-miżuri jitħallew jaqgħu (ara l-Artikolu 11(2)), imma wkoll jekk kenitx awtorizzata modifika fil-miżuri eżistenti ta' kontra d-dumping (id-dazji varjabbli msejsa fuq il-prezz minimu) (ara l-Artikolu 11(3)).

3. L-investigazzjoni

(5) Il-Kummissjoni tat parir b'mod uffiċjali lill-produtturi Komunitarji li appoġġaw ir-rivista (il-"produtturi applikanti Komunitarji"), lill-produtturi esportaturi u lill-importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom, kif ukoll lill-utenti magħrufa li kienu interessati, u tathom l-opprtunità li jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa bil-miktub u/jew jitolbu smigħ.

(6) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet magħrufa li kienu interesati u rċeviet tweġibiet minn għand erbgħa mill-produtturi applikanti Komunitarji, erbgħa produtturi esportatuti mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u ħamsa minn għand l-importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lil numru kbir ta' utenti tal-prodott; tnejn minn dawn it-tweġibiet ġew ikkunsidrati bħala kkompletati.

(7) Produttur esportatur mill-Istati Uniti ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkopera fl-investigazzjoni, għalkemm ma esportax lejn il-Komunità matul il-perjodu taż-żmien ta' l-investigazzjoni. L-interess ta' dan il-produttur fl-investigazzjoni ħareġ mill-involviment tiegħu fl-investigazzjoni ta' qabel.

(8) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li dehrilha meħtieġ bil-għan li tistabbilixxi il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza probabbli tad-dumping u l-ħsara u l-l-analiżi ta' l-interess Komunitarju. Twettqu viżti ta' verifika fil-fondi tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) il-produtturi esportaturi:

Id-Dow Chemical Company, ta' Midland, fil-Michigan (l-Istati Uniti ta' l-Amerika)

Il-Huntsman Chemical Company, ta' Houston, f'Texas (l-Istati Uniti ta' l-Amerika)

Il-Union Carbide Corporation, ta' Danbury, fil-Connecticut, (l-Istati Uniti ta' l-Amereika)

(b) l-importaturi lejn il-Komunità li kellhom x'jaqsmu mal-produtturi esportaturi

Il-Huntsman Co. Belgium CVBA, ta' Brussel, fil-Belġju

L-Union Carbide Benelux, ta' Antwerp, fil-Belġju

L-Union Carbide Europe SA, ta' Ġinevra, fl-Isvizzera

(ċ) il-produtturi applikanti Komunitarji

l-BASF AG, ta' Ludwigshafen, fil-Ġermanja

il-BP Chemicals Ltd, ta' Londra, fir-Renju Unit u l-Lavera, fi Franza

(d) l-utenti Komunitarji

il-Krems Chemie AG, ta' Krems a.d. Donau, fl-Awstrija

Is-Synthesia Española SA, ta' Barcelona, fi Spanja

(9) L-investigazzjoni fil-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1998 (il-"perjodu taż-żmien ta' l-investigazzjoni" jew il-"IP"). L-eżami tal-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 1995 sat-tmiem ta' l-IP (il-"IIP").

B. IL-PRODOTT INTERESSAT U L-PRODOTT BĦALU

1. Il-Prodott interessat

(10) Il-prodott interessat hawnhekk huwa l-istess bħal dak kopert fl-investigazzjoni ta' qabel. Irid jiġi mfakkar illi l-etanolaminati jinkisbu billi jġiegħlu l-ossidju ta' l-etilene jirreaġixxi ma' l-ammonja. B'riżultat ta' din is-sintesi, jiġru tliet reazzjonijiet li jikkompetu ma' xulxin, li jirriżultaw fi tliet tipi ta' etanolaminati: il-mono-(MEA), id-di-(DEA) u t-tri-etanolaminati (TEA). Il-proporzjonijiet tat-tliet tipi fir-riżultat totali tal-produzzjoni jiġu stabbiliti mid-disinn ta' l-istallazzjoni tal-produzzjoni, imma jistgħu, sa ċertu punt, jiġu kkontrollati bil-għażla tal-proporzjon ta' ammonja/ossidju ta' l-etilene. Il-prodott interessat jintuża bħala intermedjarju għas-surfattanti (użati fid-deterġenti u l-prodotti tal-kura personali), il-fertilizzanti, l-aġenti tal-protezzjoni tal-pjanti, l-inibituri tal-korrużjoni, iż-żjut lubrikanti, il-kimiċi fotografiċi, il-kosmetiċi u l-poli-uretan, u bħala għajnuna li tassorbi l-gass tal-għorik jew additiv għas-siment, ix-xogħlijiet tal-metall u l-industriji tal-karta. Minħabba l-proċessi magħquda mal-produzzjoni (ara hawn fuq) meta jiġi prodott id-DEA, jiġu prodotti wkoll it-tipi l-oħra ta' l-etanolamin (il-MEA u t-TEA) u fi kwantitajiet ikbar.

2. Il-prodott bħalu

(11) L-istallazzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-indusrija Komunitarja jridu tipikament jipproduċu 30-33 % tad-DEA. Jew il-MEA jew it-TEA jistgħu jipproduċu d-daqs ta' 54 % tal-produzzjoni totali ta' l-etanolamini. Mogħti l-proċess magħqud mal-produzzjoni, ma tistax tiġi ġġustifikata l-pretensjoni ta' produttur esportatur li tipi differenti ta' l-etanolamini għandhom jiġu ttrattati b'mod separat rigward l-analiżi tal-ħsara.

(12) Minn mindu kienu imposti l-miżuri ta' kontra d-dumping taħt ir-rivista, is-suq kien ikkaratterizzat bi tkabbir qawwi fid-domanda għad-DEA, b'mod speċjali fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, Dan kien ikkawżat mill-użu tad-DEA fil-produzzjoni ta' l-erbiċidi glifosati, li jixirqu lill-uċuh tar-raba mmodifikati ġenetikament għalbiex isiru reżistenti għal dawn l-erbiċidi.

(13) Il-prodott interessat importat mill-pajjiż taħt l-investigazzjoni huwa identiku f'termini tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi għall-prodott prodott fil-Komunità. Ma teżista l-ebda differenza fl-użu bejn il-prodotti magħmula fil-Komunità u l-prodotti importati. Barra minn hekk, instab illi l-prodott interessat importat mill-pajjiż taħt l-investigazzjoni huwa identiku għal dak mibjugħ fis-suq domestiku tiegħu. Għalhekk, dawn il-prodotti jridu jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed.

Ċ. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

1. Rimarki preliminari

(14) Wara l-allegazzjoni magħmula fl-ilment illi tbiddlu ċ-ċirkostanzi mill-investigazzjoni oriġinali, ġie eżaminat id-dumping għall-IP.

(15) Mill-erba' produtturi esportaturi ta' l-Isatati Uniti ta' l-Amerika li wieġbu l-kwestjonarju, tnejn kellhom esportazzjonijiet sinifikanti lejn il-Komunità matul il-IP, filwaqt li tnejn oħra ma ddikjaraw l-ebda esportazzjonijiet jew ftit wisq.

(16) Għal produttur esportatur li kellu kwantità żgħira ta' esportazzjonijiet, ġie deċiż fin-nuqqas ta' kull tagħrif ieħor illi l-marġini tad-dumping sata' kien imsejjes b'mod raġjonevoli fuq dan il-volum żgħir ta' esportazzjonijiet.

2. Il-valur normali

(17) Ġie stabbilit il-valur normali għal kull tip tal-prodott interessat, imsejjes fuq il-prezz tal-bejgħ kollu attwali fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (ara l-Artikolu 2(1) tar-Regoament Bażiku). "il-prezzijiet imħallsa jew li riedu jitħallsu, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, mill-klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur"). Għat-tipi tal-prodotti li ma nbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi u mhux fil-kors ordinarju tal-kumerċ fis-suq domestiku, il-valur normali kien ikkalkolat skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku,

(18) Rigward it-tliet produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, il-bejgħ domestiku tal-prodott taħt konsiderazzjoni, instab, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, li jirrappreżenta iktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ ta' l-esportazzjonijiet tal-prodott mill-Istati Uniti ta' l-Amerika lejn il-Komunità. Kien stabbilit ukoll illi għall-istess tliet produtturi esportaturi, kien magħmul bejgħ dometiku suffiċjenti tal-prodott fil-kors ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Bażiku għalbiex jippermetti li l-prezzijiet ta' dan il-bejgħ jintużaw sabiex jistabbilixxu l-valur normali.

3. Il-prezz ta' l-esportazzjoni

(19) Fil-każijiet kollha, l-importazzjonijiet tal-prodott interessat saru mill-kumpanniji li kellhom x'jaqsmu mal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Kien għalhekk ikkunsidrat illi l-prezzijiet tal-bejgħ mill-kumpanniji produtturi lill-kumpanniji importaturi ma kenux ta' min joqgħod fuqhom. Għal din ir-raġuni, u skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta' l-eportazzjonijiet kienu mibnija fuq il-bażi tal-prezz li bih kien mibjugħ il-prodott importat għall-ewwel darba lix-xerreja indipendenti Komunitarji. Saret konċessjoni għall-ispejjeż kollha miġrura bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-kummissjonijiet u marġini tal-qligħ ta' 5 %, li kien ikkunsidrat raġjonevoli fuq il-bażi tat-tagħrif mill-partijiet interessati dwar l-importazzjonijiet tal-prodott interessat.

4. Il-paragun

(20) Il-valur normali kien ipparagunat mal-prezz ta' l-esportazzjonijiet fuq il-bażi ta' transazzjoni bi transazzjoni fil-livell tal-bejgħ mill-fabbrika u fl-istess livell tal-kummerċ. Bil-għan li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjonijiet, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li kienu preteżi u murija li jaffettwaw il-paragunabbiltà (ara l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku). B'hekk, ġew magħmula aġġustamenti għat-tagħbija lejn il-ġewwieni u l-assigurazzjoni, it-tqandil, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari ta' fuq il-baħar u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż ta' kreditu u l-kummisjonijiet.

(21) Sar paragun tal-valuri normali mal-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet għat-tipi kollha koperti bl-investigazzjoni preżenti. Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw, dan il-paragun were l-eżistenza ta' marġini medju ppeżat ta' dumping, espress bħala perċentwal tal-valur bit-tagħbija, l-assigurazzjoni u t-trasport (c.i.f), ta' 33 % għad-Dow Chemical, ta' 38,2 % għall-Union Carbide u ta' 40,1 % għall-Huntsman.

5. In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula

(22) Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bidliet fil-marġini tad-dumping kenux li x'aktarx jiġu ppruvati dejjiema. Instab illi l-marġini iktar baxxi tad-dumping kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom minħabba l-prezzijiet miżjuda, li kien ilhom applikati għal mill-inqas sentejn. Għal din ir-raġuni, u billi l-kwantitajiet ta' l-esportazzjonijiet involuti ġew ikkunsidrati bħala rappreżentattivi, il-Kummissjoni kkonkludiet illi s-sejbiet jirrappreżentaw bidla dejjiema fiċ-ċirkostanzi ta' dawn l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Ma ġiet issottomessa l-ebda xiehda li kkontradixxiet dawn is-sejbiet.

6. Il-konklużjonijiet

(23) Ir-rivista ta' l-iskadenza mibdija skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku indikat illi, jekk jitneħħew il-miżuri, ikun hemm il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping fil-biċċa l-kbira għar-raġunijiet li kien misjub li kien jeżisti dumping sostanzjali matul il-IP u li kien raġjonevoli li jiġi konkluż illi dan id-dumping jissokta.

(24) Ir-rivista interim ta' l-Artikolu 11(3), mibdija fuq il-bażi ta' talba għal reviżjoni tal-miżuri sabiex tqis il-kondizzjonijiet korrenti tas-suq, ikkonkludiet illi tbiddlu b'mod sinifikanti ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-miżuri eżisteni u li dawn il-bidliet iridu jiġu kkunsidrati li huma dejjema biżżejjed li jawtorizzaw reviżjoni ‘l isfel fil-marġini tad-dumping stabbiliti matul l-investigazzjoni oriġinali.

D. ID-DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

1. Il-produzzjoni totali Komunitarja

(25) L-ilment ġie ddepożitat f'isem erba' kumpanniji mill-ħames fabbrikanti ta' l-etanolamini fil-UE. Kumpannija, l-Union Carbidr Ltd. (tar-Renju Unit), ma ħaditx sehem fl-investigazzjoni, u lanqas ma appoġġjat l-ilment. Għandu jiġi nnotat illi din il-kumpannija għandha x'taqsam mal-produttur ta' l-Istati Uniti Union Carbide Corp. USA. Għalhekk saret stima dwar jekk din il-lumpanija għandhiex tinqata' barra mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku. Istab illi l-fabbrikant interessat innifsu importa l-prodott mixtri taħt il-prezz fi kwantitajiet sinifikanti. Billi għalhekk ma sata' jkun hemm lebda garanzija illi ma ġietx afettwata s-sitwazzjoni ekonomika ta' dan il-fabbrikant bir-relazzjoni tiegħu mal-produttur Amereikan, kien ikkunsidsrat li għandu jiġi eskluż minn kif tiġi stabbilita l-produzzjoni Komunitarja. Il-produzzjoni totali Komunitarja hija għalhekk meqjusa għall-kumpanniji li ġejjin: Il-BASF AG, ta' Ludwigshafen, fil-Ġermanja; il-BP Chemicals Ltd, ta' Londra, fir-Renju Unit; il-Condea Chemie GmbH, ta' Marl, fil-Ġermanja u l-Akzo Nobel Surface Chemistry AB, ta' Stenungsund, fl-Iżvezja.

2. L-industrija Komunitarja

(26) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi applikanti Komunitarji u rċeviet tweġibiet minn għand tlieta minnhom. Waħda li naqset milli tipprovdi informazzjoni dwar l-ispiża tal-produzzjoni għall-perjodu taż-żmien mis-sena 1995 sas-sena 1997 kienet aċċettata għar-raġuni li l-kumpannija ħadet taħt idejha l-kummerċ ta' l-etanolamini minn għand kumpannija oħra fl-1 ta' Lulju 1998 u għalhekk ma kellhiex aċċes għall-informazzjoni, Ir-raba' produttur bagħat biss tweġiba inkompleta tal-kwestjonarju u b'konsegwenza ta' dan kien ikkunsidrat bħala li mhux koperatur. It-tliet produtturi applikanti Komunitarji li kkoperaw fl-invetsigazzjoni jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, billi jirrappreżentaw 77,5 % tal-produzzjoni totali Komunitarja. Huma riferiti hawn taħt bħala "l-industrija Komunitarja".

3. Kif jiġi stabbilit is-suq rilevanti Komunitarju

(27) Parti mill-produzzjoni ta' l-indusatrija Komunitarja (madwar 28 %) hija għall-użu intern, jiġifieri lsir. Minn dan l-ammont, il-maġġoranza l-kbira (madwar 95 %) tintuża mill-impjant ta' produttur Komunitarju wieħed, immarkat u wżat b'dan il-għan biss. L-investigazzjoni kkonfermat illi l-produtturi applikanti Komunitarji ma jixtrux il-prodott interessat minn għand partijiet indipendenti, jew ġewwa l-Komunità jew ‘il barra minnha, għall-użu lsir tagħhom. L-etanolamini maħsuba għall-użu lsir mhumiex għalhekk ikkunsidrati li huma f'kompetizzjoni ma' l-etanolamini disponibbli xorta oħra fil-Komunità, b'ta l-aħħar ikunu s-suq rilevanti Komunitarju għall-prodott interessat.

E. L-ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

1. Il-konsum Komunitarju

(28) Il-konsum Komunitarju kien imsejjes fuq il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja, il-volum tal-bejgh tal-produttur Komunitarju li ma kkoperax, it-tagħrif ta' l-Eurostat dwar il-volum ta' l-importazzjonijiet u stima tal-bejgħ tal-fabbrikant imsejjes fil-Komunità li kellu x'jaqsam mal-produtur esportatur ta' l-Istati Uniti f'dan is-suq, il-Union Carbide [5].

(29) Ikkalkolat fuq dan il-bażi, il-konsum żdied b'14 % matul il-IIP: minn madwar 152000 tunnellata metrika fis-sena 1995 għal madwar 172000 tunnllata metrika fil-IP. Din iż-żieda hija attribwita għall-bejgħ tad-DEA u tat-TEA, li żdiedu b' 19 % u 21 % rispettivament. Id-domanda għall-MEA issoktat stabbli. Kull wieħd mid-DEA u t-TEA jirrappreżenta madwar 29 % tal-konsum ġenerali fil-IP u t-TEA tirrappreżenta madwar 42 %.

2. L-importazzjonijiet mill-pajjiż interessat

(a) Il-volum, ix-xejra tal-prezzijiet u s-sehem mis-suq

(30) L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika żdiedu b'14 % matul il-IIP, f'linja max-xejra tal-konsum ġenerali Komunitarju. Madankollu, iċ-ċifri fihom xejra ‘l isfel issottolineata fl-importazzjoni tad-DEA (-38 % matul il-IIP), li għoddot għal 12,6 % biss ta' l-importazzjonijiet totrali fil-IP. Dan għandu jidher fid-dawl tad-domanda għolja għad-DEA fis-suq domestiku Ta' l-Istati Uniti. Mill-banda l-oħra, minkejja d-domanda stabbli għall-MEA fis-suq Komnitarju matul l-IIP, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika żdiedu bi 8,6 % matul l-istess perjodu taż-żmien. L-importazzjonijiet tat-TEA matul dan il-perjodu taż-żmien żdiedu bi 11 %.

(31) Ġaladarba l-importazzjonijiet isiru minn importaturi rrelatati, il-prezzijiet għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, sewwa jekk stabbiliti fuq il-bażi tat-tagħrif issottomess mill-produtturi esportaturi u sewwa jekk miċ-ċifri ta' l-Eurostat, ma tqesux ta' min joqgħod fuqhom bil-għan li jiġu stabbiliti x-xejriet tal-prezzijiet. Sabiex tiġi stabilita imġiba iktar ta' min joqgħod fuqha tal-prezzijiet tal-podutturi esportaturi interessati, kienu analizzati l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi rrelatati - b'mod iktar speċifiku il-prezzijiet għall-utenti industrijali ta' l-aħħar misjuba li huma rappreżentattivi tal-bejgħ ġenerali. Dawn il-prezzijiet naqsu b'19 % mis-sena 1995 sas-sena 1996 u nsabu sostanzjalment orħos mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja matul dawn is-sentejn. Din ix-xejra kienet l-iktar ippronunzjata għall-MEA, bi tnaqqis ta' 14 % għall-prezz tal-bejgħ mill-ġdid. Lejn it-tmiem ta' l-IIP, il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tat-TEA kien lura għal-livell tas-sena 1995, filwaqt li tad-DEA sar 13 % ogħla u tal-MEA kien għadu 4 % orħos. Fil-IP, il-livell tal-prezzijiet ta' l-importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom u l-industrija Komunitarja kienu paragunabbli.

(32) Is-sehem ġenerali mis-suq għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika huwa stabbli għal 29 % matul il-IIP. Madankollu, iż-żieda li kienet il-bażi fis-sehem mis-suq għall-MEA telgħet minn 17 % għal 32 % u kien hemm nuqqas fis-suq tad-DEA minn 25 % għal 13 %. It-TEA naqset bi ftit minn 42 % għal 39 %.

(b) L-imġieba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi

(33) Sabiex tiġi stmata l-imġiba tal-prezziiet tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, ġew analizzati l-bejgħ tagħhom kif ukoll dak ta' l-industrija Komunitarja. F'pass ta' l-ewwel, kienu pparagunati l-prezzijiet tal-bejgħ lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq Komunitarju. Mogħti illi l-indusrija tbigħ lill-untenti industrijali aħħarija biss, u li dawn il-klijenti jkopru wkoll sehem sinifikanti (iktar minn 50 %) tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, paragun f'dan il-livell kien ikkunsidrat rappreżentattiv. Sabiex jiġi stabbilit id-dumping, dan il-paragun intgħamel fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għaż-żewġ produtturi esportaturi ewliena ta' l-Istati Uniti.

(34) Ġaladarba l-importazzjonijiet kollha lejn il-Komunità li oriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika saru permezz ta' importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom, il-paragun ta' hawn fuq uża l-prezzijiet imposti fil-livell ta' impotatur li darba kellu x'jaqsam magħhom, jiġifieri wara t-tnaqqis ta' l-ispejjeż tat-tagħbija fil-Komunità, l-iskonti u r-ribassi. Il-paragun wera matul il-IP, illi l-livelli medji ġenerali tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u għall-indusrija Komunitarja kienu jaqblu bejniethom.

(35) F'pass tat-tieni, sar analiżi tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini li oriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, jiġifieri l-prezzijiet bejn il-produtturi esportaturi u l-importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom, kif imqabbla mal-prezzijiet minimi li jistabbilixxu d-dazji varjabbli. Dan wera illi ma ġew miġbura l-ebda ammonti sinifikanti ta' dazji ta' kontra d-dumping, billi dawn il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet kienu ogħla mill-prezzijiet minimi għall-biċċa l-kbira ta' l-IIP b'mod sinifikanti.

(36) F'pass tat-tielet, mogħtija r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-importaturi, ġie stabbilit għall-IP jekk il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid irċevuti minn dawn l-importaturi minn għand l-ewwel klijenti indipendenti u l-prezzijiet attwali rispettivi ta' l-importazzjonijiet kenux jirriflettu l-ispejjeż ta' l-importaturi li kellhpom x'jaqsmu magħhom bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. L-ispejeż kollha miġrura bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, bħalma huma t-tagħbija mill-fruntiera Komunitarja, il-tqandil, l-asikurazzjoni, il-pakkeġġjar, l-ispejjeż tal-kreditu, id-dazji fuq l-importazzjonijiet, l-ispejjeż tas-SGA u marġini ta' 5 % qligħ kienu għalhekk imnaqqsa mill-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid. Dan irriżulta fil-prezzijiet ta' l-importazzonijiet mibnija b'mod indipendenti mir-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-importaturi li kellhom x'jaqsmu magħhom.

(37) Dawn il-prezzijiet mibnija ta' l-importazzjonijiet għaż-żewġ produtturi esportaturi mhux biss kienu orħos b'mod sinifikanti mill-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet iddikjarati mill-importaturi li kellhom x;jaqsmu magħhom, imma kienu orħos ukoll b'mod sinifikanti mill-prezzijiet minimi applikabbli għat-tipi varji ta' l-etanolamini. Din is-sejba hija kkonfermata mill-fatt illi l-importaturi rrelatati għamlu telf finanzjarju sinifikanti matul il-IP. Fil-fatt, il-marġini li dawn irrealizzaw bejn il-prezz tax-xiri (il-prezz attwali ta' l-importazzjonijiet) u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ma kenux biżżejjed għalbiex ikopru l-ispejjeż miġrura bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Għandu jiġi nnotat illi il-mudell stabbilit għall-IP kien ukoll osservat għall-bqija tal-perjodu taż-żmien ikkunsidrat, jiġifieri mis-sena 1995 sas-sena 1997.

(38) Fuq il-bażi ta' l-analiżi tat-tliet passi ta' hawn fuq, huwa konkluż illi l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-produtturi esportaturi Ta' l-Istati Uniti fis-suq Komunitarju kienu f'linja ma dawk ta' l-industrija Komunitarja. Iktar minn hekk, instab illi l-livelli attwali tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet kienu iktar għolja mill-prezzijiet minimi. Madankolli, dawn il-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet ma rriflettewx, jew għall-inqas ma rriflettewx għal kollox, il-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ jekk jitqiesu l-ispejjeż miġrura bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, jista' jiġi konkluż illi l-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti u l-importaturi li gandhom x'jaqsmu magħhom assorbew il-miżuri ta' kontra d-dumping, għall-inqas b'mod parzjali, billi ffissaw prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet għolja artifiċjalment li jikkostitwixxu prezzijiet tat-trasferiment.

3. Is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja

(a) Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(39) Il-produzzjoni żdiedet bi 38 % matul l-IIP, b'mod partikolari mis-sena 1996 sas-sena 1997, wara espansjoni tal-kapaċità minn madwar 117000 tunnellata metrika għal 139000. Iż-żieda fil-produzzjoni, magħquda maż-żieda iktar moderata fil-kapaċità, tejbet il-kapaċità ġenerali Komunitarja ta' l-utilizzazzjoni minn 81,8 % għal 91,1 % matul il-IIP.

(40) Kif imsemmi hawn fuq, il-kapaċità stallata fl-impjant ta' produttur Komunitarju fis-sena 1997 tgħodd għal madwar 95 % tal-produzzjoni Komunitarja għal għanijiet ta' lsir u kienet iddisinjata għalbiex isservi dan il-għan biss. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni msemmija hawn fuq, madankollu, hija r-riżultat ta' dan l-investiment fil-produzzjoni fl-użu ta' lsir billi dan naqqas l-użu ta' lsir f'impjant ieħor ta' l-istess kumpannija. Min-naħa tiegħu dan ħeles il-kapaċità għall-bejgh fis-suq ħieles.

(b) Il-volum tal-bejgħ

(41) Il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b'27 % matul l-IIP għal madwar 96000 tunnellata metrika, imbuttat miż-żieda fil-bejgħ tad-DEA u tat-TEA (bi 32 % u 28 % rispettivament) matul dan il-perjodu taż-żmien.

(ċ) Is-sehem mis-suq

(42) L-industrija Komunitarja żiedet is-sehem tagħħa mis-suq b'mod ġenerali minn 50 % għal 56 % matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1995 sas-sena 1997, bi gwadann ta' 11 % għad-DEA, ta' 5 % għall-MEA u ta' 3 % għat-TEA. Bejn is-sena 1997 u l-IP, is-sehem ġenerali mis-suq u għat-TEA baqa' stabbli, żdied iktar għad-DEA (min 61 % għal 53 %) imma naqas għall-MEA (minn 53 % għal 49 %).

(d) Il-ħażniet

(43) Il-ħażniet żdiedu b'10 % matul il-IIP. Din iż-żieda hija iktar baxxa miż-żieda fil-produzzjoni ta' 38 %.

(e) L-iżvilupp tal-prezz tal-bejgħ u l-ispiża tal-fabbrikazzjoni

(44) Il-prezz ġenerali tal-bejgħ naqas bi 17 % mis-sena 1995 għas-sena 1996. Dan kien segwit b'żidiet fis-snin 1997 u 1998 ta' 3 % u 9 % rispettivament fuq il-prezzijiet tas-sena 1996. B'kuntrast mal-prezzijiet minimi u s-sitwazzjoni fis-sena 1995, id-DEA sar l-iktar prodott għoli matul il-IIP.

(45) Il-bejgħ mill-ġdid ta' l-importazzjonijet ta' l-Istati Uniti fil-Komunità kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja b'mod sostanzjali fis-snin 1995 u 1996. Il-pressjoni ‘l isfel ta' 17 % fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja mis-sena 1995 sas-sena 1996 ġrat fl-istess żmien li l-importazzjonijiet tal-MEA mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kważi rdoppjaw u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importazzjoniet tal-MEA mill-Istati Uniti naqsu b'14 % għal ECU 605 kull tunnellata metrika, biex b'hekk baxxew il-prezz ta' l-industrija Komunitarja bi 22 % għal ECU 547 għal kull tunnellata metrika.

(46) Barra mill-kondizzjonijiet tas-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu essenzalment imbuttati bl-ispiża fuq il-materja prima. L-ispiża ġenerali tal-fabbrikazzjoni naqset b'7 % mis-sena 1995 għas-sena 1996 u, ipparagunata mas-sena 1996, żdiedet kemmxejn b'minn bejn il-1 % u t-2 % għas-sena 1997 u l-IIP. Matul il-perjodu kollu taż-żmien, l-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni naqsu b'6 % imma l-prezzijiet naqsu b'10 %. Id-DEA huwa l-eċċezzjoni waħdiena hawn: il-prezz medju waqa' biss b'1 % filwaqt li l-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni naqsu b'4 %.

(47) Irid jiġi ssottolineat ukoll illi l-produzzjoni ta' l-etanolamini huwa importanti għall-industrija Komunitarja ġaladarba tippermetti l-użu ta' l-ossidju ta' l-etalene prodott minnha stess ‘il fuq fis-sengħa, biex b'hekk tipprovdi ekonomiji ta' l-iskala għal dan il-proċess ‘il fuq fis-sengħa u li tuża l-etanolamini bħala intermedjarji għal prodotti oħra (l-użu ta' lsir). Kien mistqarr illi l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-ossidju ta' l-etilene kienu ddikjarati bil-kbir hekk li kienu jikkawżaw pressjoni ‘l isfel fuq in-negozju ta' l-etanolamini. Madankollu, instab illi l-kumpanniji involuti jorganizzaw il-kummerċ tagħhom fl-ossidju ta' l-etilene u l-etanolamini bħala ċentri separati ta' qligħ, hekk li jagħmlu mhux probabbli s-sussidju inkroċjat, u twettqu kontrolli dwar jekk il-prezz tat-trasferiment li kien jinkopora din il-matereja prima fil-prezz tal-produzzjoni ta' l-etanolamini, jirriflettix il-valur tas-suq. Fil-każijiet kollha, instab illi l-prezzijiet tat-trasferiment irriflettew il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-ossidju ta' l-etilene kkwotat lill-klijenti indipendenti li xtraw kwantitajiet simili.

(f) Il-profitabbiltà

(48) Il-profitbbiltà kienet affettwata mill-prezzijiet tal-bejgħ u mill-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni. Il-qligħ naqas minn 3,94 % fis-sena 1995 għal-livelli li għamlu telf ta' -8,64 % fis-sena 1996 u ta' -8,49 % fis-sena 1997. L-irkupru tal-prezzijiet fil-IP ma kienx biżżejjed għalbiex jiġġenera qligħ u l-profitabbiltà ssoktat negattiva għal -1,37 %.

(g) L-investimenti

(49) L-investiment fl-etanolamini fis-suq ħieles baqa' stabbli b'mod tajjeb bejn is-snin 1995 u 1998 għal madwar ECU 4 miljuni fis-sena, għajr għas-sena 1996, meta ċ-ċifra kienet id-doppju ta' dan. F'din is-sena, saru bidliet maġġuri f'impjant wara li l-produzzjoni lsira tal-grupp kienet meħuda minn impjant ieħor li jappartjieni lill-istess poduttur Komunitarju.

(h) L-impjiegi

(50) Il-produzzjoni ta' l-etanolamini mhux proċess tax-xogħol intensiv. B'mod ġenerali, l-impjiegi żdiedu bi 23 % u laħħqu 166 persuna fis-sena 1998.

4. Il-volumi u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(51) Fuq il-bażi tat-tagħrif ta' l-Eurostat, il-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet mill-Bulgarija huma orħos mill-prezzijiet attwali Ta' l-Istati Uniti ta' l-importazzjoniet mill-istess sors. Kif spjegat hawn fuq, għandu madankollu jkun innotat illi l-prezzijiet ta' l-Eurostat għall-importazzjonijiet li oriġinaw fl-Istati Uniti mhumiex ikkunsidrati ta' min joqgħod fuqhom. Produttur Bulgariż, il-Burgas, kellu sehem stabbli ta' 3 % mis-suq Komunitarju fis-sena 1996. Imsejsa fuq it-tagħrif mill-Eurostat, madwar 70 % ta' l-esportazzjoni tiegħu huma ta' MEA - sehem mis-suq ta' 6 % f'dan is-segment matul il-IP (ipparagunat ma' 49 % għall-industrija Komunitarja u 32 % għall-produtturi esportaturita' l-Istati Uniti).

(52) Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi l-oħra kollha naqsu be 2 % rigward it-tipi kollha ta' l-etanolamini u 6 % għall-MEA. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet joriġinaw minn varjetà ta' sorsi, bl-ebda wieħed minnhom ma għandu sehem sinifikanti mis-suq.

5. Il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq Komunitarju

(53) Il-volum u l-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja juru xejra pożittiva. Il-volumi tal-bejgħ żdiedu, b'mod speċjali għad-DEA u t-TEA. Is-sehem mis-suq żdied b'mod ġenerali imma naqas għall-MEA meta pparagua mas-sena 1997. Għalkemm aħjar mis-snin 1996 u 1997, il-profitabbiltà baqgħet mhux biżżejjed fis-sena 1998 minħabba l-pressjoni ssoktata fuq il-prezzijiet tal-bejgħ. Fil-fatt, il-waqgħa inizjali fil-prezzijiet tal-bejgħ mis-sena 1995 sas-sena 1996 għadha ma ġietx ikkumpensata u u għad hemm pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importaturi interessati.

(54) Il-kontinwazzjoni tal-pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja u n-nuqqas konsegwenti tal-profitabbiltà huma marbuta direttament ma' l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, b'mod partikolari l-assorbiment tal-miżuri fis-seħħ u l-pressjoni li tirriżulta fuq il-prezzijiet.

F. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING TA' ĦSARA

1. L-analiżi tad-domanda għall-etanolamini

(55) Minħabba l-proċess magħqud tal-produzzjoni, il-konsum miżjud tad-DEA u tat-TEA fil-Komunità jwassal għal provvista sinifikanti tal-MEA. Il-pressjoni ‘l fuq tal-prezzijiet kienet ippronunzjata l-iktar għad-DEA, aċċentwata bl-irtirar bil-mod il-mod tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti minn dan is-suq (muri bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq ta' l-Istati Uniti minn 25 % għa 13 % matull il-IIP).

(56) Fl-istess waqt, il-kapaċità dinjija tal-produzzjoni ta' l-etanolamini qiegħda tiżdied iktar bl-antiċipazzjoni tat-tkabbir issoktat fid-domanda għad-DEA, bil-produtturi maġġuri kemm fil-Komunità u kemm l-Istati Uniti ta' l-Amerika jinvestu b'rati simili. Id-domanda għolja għad-DEA wasslet għal aġġustament korrispondenti ‘l fuq f'dan is-segment, filwaqt li l-konsum tad-DEA - u għaldaqstant il-prezzijiet - kien baxx matul l-ivestigazzjoni ta' qabel. L-effett fuq il-prezzijiet tal-bejgħ (u b'konsegwenza ta' dan fuq il-profitabbiltà) il-kapaċità tiżdied u d-domanda tiżdied għad-DEA tissokta mhux ċara, imma l-eċċess (dinji) tal-produzzjoni tal-MEA, b'mod partikolari, jhedded li jbaxxi l-kondizzjonijiet tas-suq.

2. L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti

(57) Iż-żieda dinjija fil-kapaċità thedded li toħloq eċċess fil-produzzjoni, b'mod speċjali tal-MEA, filwaqt li s-suq Komunitarju, b'livell ta' prezzijiet ogħla minn tal-pajjiżi terzi l-oħra, huwa attraenti għall-produturi esportaturi ta' l-Istati Uniti. Il-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-Istati Uniti żdiedet b'iktar minn terz matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1995 sas-sena 1998. Mis-sena 1997 sal-IP, il-kapaċità stallata żdiedet b'19,9 % għal 524000 tunnellata metrika għat-tliet peodutturi ta' l-Istati Uniti, Union Carbide, Huntsman u Dow Chemical u, għalkemm il-produzzjoniet żdiedet b'9 %, ir-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 90,4 % għal 83 %. Il-kapaċità ġdida stallata hija ġeneralment immirata għad-DEA, biex b'hekk iġġib eċċess tal-produzzjoni għall-MEA.

(58) Iktar minn hekk, l-investigazzjoni wriet illi l-produtturi ta' l-Istati Uniti esportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott interessat lejn il-Komunità matul il-perjodu kollu taż-żmien eżaminat, b'hekk jindika illi s-suq Komunitarju jagħmel post tal-bejgħ importanti għall-produzzjoni tagħhom. Mis-sena 1977 sal-IP, l-esportazzjonijiet korrispondenti ta' l-Istati Uniti lejn il-Komunità żdiedu bi 12,4 % filwaqt il-bejgħ domestiku żdied b'4,9 % biss u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi l-oħra naqsu bi 2,7 %. Matul il-IP, il-bejgħ domestiku ta' l-Istati Uniti rrappreżenta 67,1 % tal-bejgħ totali mit-tliet produtturi ta' l-Istati Uniti msemmija hawn fuq, l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità 13,6 % u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi 19,3 %.

(59) L-investigazzjoni wriet ukoll illi l-prezzijiet domestiċi fl-Istati Uniti huma f'livell iktar għoli mill-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju. Il-livell ogħla fil-prezzijiet fl-Istati Uniti ta' l-Amerika jista' jiġi attribwit b'mod dirett għall-konsum għoli tad-DEA fis-suq ta' l-Istati Uniti.

(60) Fl-aħħarnett, għandu jiġi nnotat illi l-Korea ta' Isfel imponiet miżuri kontra l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Filwaqt li mhux ikkunsidrat illi l-kwantitajiet involuti, saħansitra jekk kienu mogħtija direzzjoni oħra għal kollox, huma hekk illi jħawdu s-suq Komunitarju, il-fatt illi ġew imposti miżuri ta' kontra d-dumping juri illi l-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti huma lesti li jwettqu l-esportazzjonijiet bi prezzijiet mixtrija taħt il-prezz.

(61) Il-prezzijiet kemm ta' l-industrija Komunitarja u kemm tal-produtturi esportaturi matul il-IIP kienu b'mod kostanti ‘il fuq mill-miżuri varjabbli msejsa fuq il-prezz minimu ta' kontra d-dumping. Intwera illi l-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet ma jirriflettux il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi interessati li għandhom x'jaqsmu mgħhom u li l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet li jirriflettu l-ispejjeż miġrura bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kienu sistematikament orħos mill-prezzijiet minimi, li jindika illi l-produtturi esportaturi kienu assorbiti b'mod parzjali bil-miżuri imposti ta' kontra d-dumping. Fl-istess waqt, l-industrija Komunitarja ma kellhiex il-ħila li irkupra mis-sitwazzjoni negattiva li esperjenzat u baqgħet tiffaċċja sitwazzjoni mhux sodisfaċenti f'termini ta' qligħ matul il-IP.

(62) L-investigazzjoni kkonfermat illi, bħal fil-perjodu taż-żmien (is-sena 1991) ta' l-investigazzjoni qabel l-imposizzjoni tal-miżuri, il-produtturi ta' l-Istati Uniti esportaw kwantitajiet sinifikanti għal fuq is-suq Komunitarju. Minn 48000 tunnellata metrika matul il-IP ta' qabel, dawn naqsu għal 44000 fil-bidu ta' l-IIP, qabel ma fl-aħħar telgħu għal 51000. Dawn jirappreżentaw 40 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul il-IP.

(63) Instab illi f'linja mad-domanda tiżdied għad-DEA fl-Isatati Uniti ta' l-Amerika li qiegħdet pressjoni ‘l fuq fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-Istati Uniti għad-DEA u l-etanolamini b'mod ġenerali, kienet osservata bidla xi ftit inqas ippronunzjata bil-qawwi fis-suq Komunitarju. Din ix-xejra fil-konsum fissret fl-istess waqt illi l-MEA jiġu fi kwantitajiet jiżdiedu, bir-riskju illi minħabba n-nuqqas ta' domanda li ma titqabbilx magħhom irid jinbigħ bi prezzijiet dejjem iktar baxxi. L-effett fuq il-prezz tat-TEA huwa mifhum li jkun inqas, billi huma previsti eċċessi iżgħar fil-produzzjoni.

(64) Produttur esportatur mill-Istati Uniti kkontenda illi l-industrija Komunitarja nfisha għandha eċċess tal-kapaċità tal-MEA li toħloq pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet. Madankollu ma kiex kapaċi jsostni din l-istqarrija. Għandu jiġi nnotat ukoll illi produttur ta' l-Istati Uniti allega illi l-indutrija Komunitarja baxxietlu l-prezzijiet għad-DEA fis-sena 1998. Madankollu, l-investigazzjoni wriet illi l-kumpannija Komunitarja kkwotata ma biegħet l-ebda DEA lill-klijent imsemmi.

3. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping ta' ħsara

(65) L-investigazzjoni wriet illi, minkejja l-miżuri fis-seħħ kontra d-dumping u l-produzzjoni miżjuda, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-konsum u l-volumi tal-bejgħ, l-industrija Komunitarja għadha fi stat fraġili, b'mod partikolari safejn u sakemm jirrigwarda l-prezzijiet u l-profitabbiltà tagħha. L-industrija Komunitarja ingħtat il-permess li timla l-vojt imħolli mill-irtirar parzjali tal-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti mid-DEA tas-suq Komunitarju. Madankollu, minħabba l-assorbiment parzjali tal-miżuri fis-seħħ mill-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, il-produzzjoni eċċessiva tagħhom tal-MEA u t-tkabbir li jirriżultati fl-importazzjoni ta' l-UE tad-DEA mill-Istati Uniti ta' l-Amerika bi prezzijiet mixtrija taħt il-prezz, il-prezzjiet ta' l-etanolamini ssokkta rħis wisq sabiex jirrestawra l-profitabbiltà ta' l-industrija Komunitarja, saħansitra bil-miżuri ta' kontra d-dumping.

(66) L-investigazzjoni stabbiliet illi għadhom isiru l-importazzjonijiet interessati bi prezzijiet mixtrija b'mod sinifikanti taħt il-prezz. Instab illi l-prezzijiet domestiċi ta' l-Istati Uniti żdiedu minn mindu saret l-investigazzjoni ta' qabel, għalkemm għal kobor iktar baxx mill-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet ta' l-Istati Uniti lejn il-Komunità. Dan wassal għal marġini iżgħar tad-dumping minn dawk ta' l-investigazzjoni tal-bidu mhux l-inqas minħabba l-assorbiment. Instab ukoll illi l-kwantitajiet ta' l-esportazzjonijiet huma sinifikanti, billi huma ekwivalenti għal 40 % tal-produzzjoni totali Komunitarja matul il-IP.

(67) L-industrija Komunitarja ma kellhiex il-ħila tirkurpra mis-sitwazzjoni negattiva li affettwata mill-invetigazzjoni ta' qabel; il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kienu taħt il-prezzijiet minimi, (mogħtija l-ispejjeż attwali bejn l-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid), b'hekk tassorbi b'mod parzjali l-miżuri fis-seħħ ta' kontra d-dumping u tipprevjieni lill-industrija Komunitarja milli ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha; iż-żidiet fil-kapaċità fl-Istati Uniti ta' l-Amerika x'aktarx li jbaxxu l-kondizzjonijiet tas-suq fil-Komunità, b'mod partikolai minħabba l-MEA eċċessiv; u s-suq Komunitarju, meta pparagunat ma' swieq oħra jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti, li jissoktaw jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn il-Komunità bi prezzijiet mixtrija taħt il-prezz - huwa għalhekk konkluż illi teżiti l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping ta' ħsara.

G. L-INTERESS KOMUNITARJU

1. Daħla

(68) Fl-investigazzjoni preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess Komunitarju. L-investigazzjoni preżenti hija rivista, li tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri kontra d-dumping kienu diġà f'posthom u x-xogħol tagħha huwa għalhekk li tistma kull impatt negattiv mhux misħoqq tal-miżuri fuq il-partijiet interessati. Għalhekk ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet li jġiegħlu li jiġi konkluż illi ma kienx fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Bażiku, tqies l-impatt fuq il-partijiet kollha involuti fil-proċedimenti taż-żamma tal-miżuri eżistenti, li jiġu imposti miżuri alternattivi jew li jitwaqqgħu l-miżuri.

2. L-interess ta' l-industrija Komunitarja

(69) Il-miżuri eżistenti ma wasslux għal livell ta' prezzijiet fis-suq Komunitarju li jistgħu jippermettu lill-produtturi Komunitarji li jerġgħu jiggwadanjaw il-profitabbiltà. L-investigazzjoni wriet illi l-miżuri qatt ma saru effettivi għal kollox - filwaqt li l-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet kienu ‘l fuq mill-prezzijiet minimi ffisati, dawn ta' l-aħħar ma kenux riflessi fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi rrelatati. Id-dehra tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju mhix favorevoli, mogħtija l-possibbiltà distinta ta' mixi ‘l ġewwa tal-MEA, prodotta fi stallazzjoniet reċenti tal-produzzjoni u pressjoni kkontinwata fuq il-prezzijiet, li f'xi każijiet fis-sena 1999 saħansitra niżlu taħt il-prezzijiet minimi ffissati.

(70) Minħabba dan ta' hawn fuq, il-miżuri kkontinwati sabiex jillimitaw il-pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet ta' l-etanolamini jkunu fl-interess ta' l-industrija Komunitarja.

3. L-interessi ta' l-utenti

(71) Il-Kummisjoni rċeviet erba' tweġibiet għall-kwestjonarji mill-utenti ta' l-etanolamini, li tnejn minnhom kienu kkunsidrati kompleti u kienu segwiti b'investigazzjoni fuq il-post. Billi dawn l-erba' utenti jirrappreżentaw 1,4 % biss tal-konsum Komunitarju matul l-IP, it-tagħrif issottomess ma satax jiġi kkunsidrat rappreżentattiv. L-utenti argumentaw illi kellha tiġi evitata kull żieda fl-ispiża tagħhom tal-produzzjoni, ġaladarba din taffettwa l-profitabbiltà tagħhom.

(72) It-tagħrif miġbur fil-kors ta' l-investigazzjoni indika inċidenza fil-prezz tax-xiri ta' l-etanolamini fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott imlesti matul l-IP li kienet tinfirex minn 2,21 % sa 18,82 % (biċ-ċifra ta' l-aħħar għandha x'taqsam ma' każ estrem, għal prodott li għalih l-etanolamin jista' jiġi ssostitut b'mod perfett minn kimika oħra li ma għandhiex s'taqsam miegħu). Il-medja ġenerali ppeżata hija ta' 4,33 % ta' l-ispiża tal-produzzjoni. L-impatt massimu tal-miżuri proposti huwa fil-medja inqas minn wieħed fil-mija u għalhekk jista' jiġi kkunsidrat limitat.

(73) Utent addizzjonali tal-prodott interessat ippretenda li ppjana li jipproduċi prodott kimiku, l-intermedjarju glifosat, fil-Komunità billi juża d-DEA. Il-kumpannija stqarret li ma setgħetx tagħmel dan minħabba l-prezzijiet għolja b'mod artifiċjali ta' l-importazzjonijiet (minħabba l-miżuri ta' kontra d-dumping) u n-nuqqas ta' provvista lokali (Komunitarja) tad-DEA. Għandu jiġi nnotat illi l-prezz minimu li fuqu d-dazju varjabbli huwa msejjes kien dejjem orħos mill-prezziiet tax-xiri stabbiliti għall-partijijiet varji interessati matul il-IP. Dan wera li din l-ewwel pretensjoni ta' l-utent ma kenitx tirrifletti r-realtà. L-investigazzjoni wriet iktar minn hekk illi d-DEA ma kienx disponibbli b'mod suffiċjenti fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u li b'riżultat ta' dan naqsu l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Ħa xi żmien sabiex il-produtturi Komunitarja jaddattaw ruħhom għaż-żieda fid-domanda, imma l-provvista tad-DEA qatt ma kienet hekk qasira li l-prezzijiet kienu affettwati b'mod sinifikanti u t-tieni pretensjoni tal-kumpannija trid tiġi kkunsidrata bħala bla bażi.

4. Il-konklużjoni fl-interess Komunitarju

(74) Li jinżammu l-prezzijiet ikun fl-interess ta' l-industija Komunitarja li jiġi żgurat li l-prezzijiet, b'mod speċijali għall-MEA, jittellgħu għal livell mhux ta' ħsara. L-utenti tal-prodott li resqu ‘l quddiem ma rrappreżentawx sehem importanti mill-konsum Komunitarju u/jew ma setgħux jissostanzjaw il-pretensjonijiet tagħhom. Ikun xi jkun il-każ, l-inċidenza tal-miżuri fuq l-ispiża tal-produzzjoni hija limitata. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, kien konkluż illi ma jeżistu l-ebda raġunijiet li jġiegħlu li ma jissoktawx il-miżuri, sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet kompetittivi ta' prezzijiet ġusti u tiġi evitata l-kontinwazzjoni tal-ħsara lill-industrija Komunitarja.

H. IL-MIŻURI TA' KONTRA D-DUMPING

(75) Ġaladarba ġie stabbilit illi l-produtturi esportaturi ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika assorbew il-miżuri fuq perjodu mtawwal taż-żmien u l-volum ta' l-importazzjonijiet baqa' sinifikanti, kien konkluż li x-xejriet bażi kienu dejjiema. F'dawn iċ-ċirkostanzi, kellu jiġi deċiż fuq liema bażi kellha tiġi konkluża l-investigazzjoni mwettqa skond kemm l-Artikolu 11(2) u kemm l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku. Billi l-miżuri fis-seħħ fil-preżent ma kenux wasslu għall-effett pożittiv antiċipat għall-industrija Komunitarja, ġie deċiż illi:

- il-miżuri ta' kontra d-dumping għandhom jiġu mġedda,

- il-għamla tagħhom għandha tiġi rriveduta,

- il-livell tagħhom għandu jiġi addattat għal-livell tad-dumping u tal-ħsara misjuba.

(76) Hawnhekk għandu jiġi nnotat illi l-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet jintużaw fil-proċedimenti ta' kontra d-dumping sabiex jistabbilixxu l-marġini kemm tad-dumping u kemm tal-ħsara. L-investigazzjoni wriet illi l-prezzijiet attwali ta' l-importazzjonijiet ma jirriflettux il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi rrelatati. L-użu ta' din l-infomazzjoni tkun qiegħda tistma l-marġini tad-dumping u tal-ħsara għall-IP inqas milli mistħoqq. Għalhekk, ġie konkluż illi l-marġini tad-dumping u tal-ħsara stabbiliti skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku kienu jeħtieġu li jiġu msejsa fuq il-prezz mibni ta' l-importazzjonijiet.

(77) Sabiex tiġi kkalkolata l-għatba tal-ħsara, kien stabbilit prezz mhux ta' ħsara tal-bejgħ għall-industrija Komunitarja, bit-tħollija ta' marġini tal-qligħ ta' 8 %, u pparagunat mal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi rrelatati ta' l-Istati Uniti. Kull differenza kienet espressa bħala perċentwal tal-valur mibni ta' l-importazzjonijiet bit-tagħbija, l-assigurazzjoni u t-trasport. Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, il-marġini tal-bejgħ bi prezzijiet baxxi, li kienu orħos mill-marġini korrispondenti tad-dumping, kienu ta' 10,4 % għall-Union Carbide Corporation, ta' 13,9 % għad-Dow Chemical Company u ta' 20,5 % għall-Huntsman Chemical Company. B'paragun, fl-investigazzjoni ta' qabel, id-dazji minimi varjabbli msejsa fuq il-prezz minimu kienu bbażati fuq il-marġini ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ bi prezzijiet baxxi ta' 45,2 % għall-Union Carbide, ta' 53,5 % għad-Dow Chemical u ta' 39,5 % għall-Huntsman,

(78) Id-dazji speċifiċi ffissati msejsa fuq id-differenza bejn il-prezz bla ħsara u l-prezijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi rrelatati ta' l-Istati Uniti, jammontaw għal EUR 59,25 għal kull tunnellata metrika għad-Dow Chemical Company u għal EUR 111,25 għal kull tunnellata metrika għall-Huntsman Chemical Company, Dan it-tip ta' miżura huwa kkunsidrat approprjat, billi l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika jsiru prinċipalment permezz ta' kumpanniji rrelatati tal-bejgħ. Id-dazju residwali speċifiku fiss huwa ffissat għal EUR 111,25 għal kull tunnellata metrika.

(79) Il-partijiet kollha interessati ġew imgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom hija msejsa l-kontinwazzjoni tal-miżuri f'livell aġġornat u f'għamla aġġornata. Kienu konċessi perjodu taż-żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sossegwenti għall-iżvelar.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Huwa hawnhekk impost dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-etanolamini korrentement ikklasifikati ġewwa l-kodiċijiet tan-NM ex29221100 (il-mono-etanolamin) (kodiċi tat-TARIC 2922110010), ex29221200 (id-di-etanolamin) (kodiċi tat-TARIC 2922129910) u 29221310 (it-tri-etanolamin), li joriġinw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2. Ir-rata tad-dazju definittiv aplikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej għall-prodotti tal-kumpanniji li ġejjin:

Il-Pajjiż | Il-Kumpannija | Id-Dazju speċifiku fiss |

L-Istati Uniti ta' l-Amerika | Il-Union Carbide CorporationOld Ridgebury RoadDanburyConnecticut 06817 (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC: A115) | EUR 59,25 għal kull tunnellata metrika |

| Il-Huntsman Chemical Corporation3040 Post Oak BoulevardKaxxa Postali 27707HoustonTexas 77056 (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC: A116) | EUR 111,25 għal kull tunnellata metrika |

| Id- Dow Chemical Company2040 Dow CenterMidlandMichigan 48674 (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC: 145) | EUR 69,40 għal kull tunnellata metrika |

| Il-Kumpanniji l-oħra kollha (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC: A999) | EUR 111,25 għal kull tunnellata metrika, |

3. Għajr jekk speċifikat xorta oħra, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet fis-seħħ li jirrigardaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-20 ta' Lulju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Parly

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.98, p. 18).

[2] ĠU L 28, tat-2.2.1994, p. 40.

[3] ĠU C 231, tat-23.7.1998, p. 3.

[4] ĠU C 27, tat-2.2.1999, p. 3.

[5] Ibbażat fuq l-ilment u t-tagħrif mill-produttur esportatur ta' l-Istati Uniti. Il-bejgħ jikkorispondi għal 10 % tal-bejgħ totali ta' l-etanolamini prodotti ġewwa s-suq Komunitarju.

--------------------------------------------------

Top