This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1209
Commission Regulation (EC) No 1209/2000 of 8 June 2000 determining procedures for effecting the communications prescribed under Article 41 of the Treaty establishing the European Atomic Energy Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1209/2000 tat-8 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi proċeduri biex iġib fis-seħħ il-komunikazzjonijiet preskritti taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1209/2000 tat-8 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi proċeduri biex iġib fis-seħħ il-komunikazzjonijiet preskritti taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
ĠU L 138, 9.6.2000, pp. 12–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
20/08/2003
Official Journal L 138 , 09/06/2000 P. 0012 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1209/2000 tat-8 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi proċeduri biex iġib fis-seħħ il-komunikazzjonijiet preskritti taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 41, Wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2587/1999 tat-2 ta' Diċembru 1999 [1], li jiddefinixxi l-proġett(i) ta' l-investiment li jridu jiġu komunikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 41 tat-Trattat, Billi: Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, sakemm huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dover li jaqa' fuqha skond il-Kapitolu IV tat-Trattat, biex tiddetermina l-proċedura biex jitwettaq l-obbligu impost fuq persuni u impriżi bl-Artikolu 41 li jikkomunikaw proġetti ta' l-investiment relatati ma' installazzjonijiet ġodda u wkoll ma' tibdil jew konverżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji għal dak li hu tip u daqs stabbiliti mill-Kunsill, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Proġetti ta' l-investiment li għandhom x'jaqsmu ma' installazzjonijiet ġodda u wkoll ma' tibdil jew konverżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji dwar tip u das stabbiliti bir-Regolament (Euratom) Nru 2587/1999 għandhom ikunu komunikati lill-Kummissjoni permezz ta' formola, li l-mudell tagħha jinsab anness ma' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 L-obbligu li wieħed jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġetti ta' l-investiment li għalihom issir referenza fl-Artikolu 41 tat-Trattat jaqa' fuq persuni jew impriżi impenjati fl-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness II tat-Trattat, fir-rigward ta' l-installazzjonijiet kollha diġà stabbiliti jew li jridu jiġu stabbiliti fil-Komunità; (l-obbligu għandu, f'każijiet xierqa, jitwettaq mill-amminsitrazzjoni lokali fil-każ ta' l-intrapriżi li għandhom is-sede tagħhom barra l-Komunità). L-Artikolu 3 Meta l-informazzjoni li trid tiġi notifikata skond l-Artikolu 41 tat-Trattat tkun diġà ngħatat fil-kuntest tas-sottomissjoni ta' informazzjoni ġenerali taħt l-Artikolu 37 tat-Trattat, in-notifika tista' tiġi limitata għal kontroreferenza għal sottomissjonijiet simili preċedenti u, barra dan, l-informazzjoni l-oħra kollha li għandha tingħata skond il-kontenut tal-formola li hija annessa ma' dan ir-Regolament. L-Artikolu 4 Kull bidla magħmula matul it-twettiq ta' proġetti ta' l-investiment komunikati lill-Kummissjoni b'mod konformi ma' dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' komunikazzjoni ulterjuri taħt l-istess kondizzjonijiet. L-Artikolu 5 Kull bidla magħmula fil-formola msemmija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 6 Ir-Regolament Nru 1 tal-Kummissjoni ta' l-EAEC ta' l-5 ta' Novembru 1958 [2] huwa mħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-8 ta' Ġunju 2000. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 1. [2] ĠU 25, tas- 27.11.1958, p. 511/58. -------------------------------------------------- L-ANNESS PROĠETT TA' L-INVESTIMENT (mudell) Attivitajiet industrijali elenkatifl-Anness II tat-Trattat | Informazzjoni li trid tiġi provduta | L-attivitajiet kollha 1 sa 13 | 1.1. L-isem u l-indirizz tal-persuna jew ta' l-impriża li tinnotifika lill-proġett ta' investiment u, fejn approprjat, l-isem ta' persuna responsabbli li lilha jistgħu jiġu indirizzati domandi supplimentari jekk meħtieġ. | 1.2. L-isem tal-proġett ta' investiment. | 1.3. Attivitajiet industrijali li taħthom jaqa' l-proġett ta' investiment skond l-Anness II tat-Trattat. | 1.4. Sejra tkun installazzjoni ġdida, sostituzzjoni jew konverżjoni? | 1.5. Referenza għad-dokumenti komunikati qabel lil Euratom fir-rigward tal-proġett ta' investiment (data tal-korrispondenza). | 1.6. L-isem u l-indirizz tal-persuna(i) jew impriża(i): (a)li sejrin joperaw l-installazzjoni;(b)li sejrin jipreparaw il-proġett għal-installazzjoni;(ċ)li sejrin jissorvelljaw u jinspezzjonaw it-twettiq tal-proġett;(d)li sejrin ikunu prinċipalment responsabbli għall-forniment ta' l-apparat. | 1.7. Metodi ta' finanzjament. | 1.8. Lokazzjoni ġeografika. | 1.9. Deskrizzjoni fil-qosor u pjanijiet ġeografiċi. | 1.10. Spejjeż ta' l-installazzjoni inizjali (f'Euro) u analiżi sistematika tal-komponenti ewlenin ta' l-ispejjeż. | 1.11. Skeda proposta meta sejrin isiru l-ordnijiet ewlenin, l-installazzjoni u l-bidu, partikolarment il-konklużjoni ta' kuntratti inizzjali ma' dawk li sejrin jibdgħu x-xogħol ta' bini, u d-data pjanata għall-ikkommissjonar. | 1.12. Deskrizzjoni tal-pjanijiet, jekk hemm, sabiex l-installazjoni tiġi dikommissjonata. | 1.13. L-awtorità uffiċjali ta' l-istat li tissuplixxi l-liċenzji għall-kostruzzjoni u għal-operat; żmien ta' validità tal-liċenzja għal-operat. | 1.14. Deskrizzjoni fil-qosor tal-programmi ta' riċerka u ta' żvilupp, jekk hemm. | L-attivitajiet kollha ħlief 11 (reatturi) | 2.1. Komposizzjoni u natura tal-produzzjoni; kappaċità annwali. | 2.2. Karatteristiċi ewlenin ta' l-installazzjoni. | 2.3. Jekk hija proposta estensjoni għall-installazzjoni, iddikjara b'liema proċess, matul liema perjodu u f'liema proporzjon huwa pjanat li tiġi mibdula l-produzzjoni annwali. | 2.4. Meta ebda estensjoni mhi pjanata, iddikjara jekk, wara li jiġu meqjusa l-kondizzjonijiet lokali u ċirkostanzi oħrajn, hijiex possibbli żjieda fil-kapaċità ta' produzzjoni fis-sena u jekk iva indika b'kemm. | Għall-attività 11 | 3.1. L-isem tat-tip ta' reattur pjanat u l-użu ewlieni tiegħu. | 3.2. Karatteristiċi ewlenin ta' l-installazzjoni. | 3.3. Karatteristiċi ewlwnin ta' l-elementi karburanti li jridu jintużaw. | 3.4. Karatteristiċi tal-moderatur u tar-riflettur. | 3.5. Karatteristiċi ta' l-aġent li jberred u ta' l-aġent sekondarju li jberred. | Attivitajiet 3,4,5,6,7,8,9,10; fejn applikabbli 12, 13 | 4.1. Komposizzjoni proposta u kwantità annwali ta' provvisti prinċipali meħtieġa għall-operazzjoni ta' l-impjant, inklużi ħtiġiet ta' l-enerġija u semmi il-fornituri. | Attivitajiet 4,5,7,8,11,12; fejn applikabbli 13 | 5.1. Jekk rilevanti, informazzjoni supplimentari dwar is-sejba ta' sit għall-istallazzjoni. | Għall-Attività 1 | 6.1. Ġeoloġija tad-depożitu li jrid jinħadem. | 6.2. Riservi ppruvati tad-depożitu li jrid jinħadem. | 6.3. Riservi stmati tad-depożitu li jrid jinħadem. | 6.4. Riservi ppruvati u stmati għall-konċessjoni kollha. | Għall-Attività 5 | 7.1. Deskrizzjoni ta' l-elementi tal-karburant. | --------------------------------------------------