This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0076
Directive 2000/76/EC of the European Parliament and of the Council of 4 December 2000 on the incineration of waste
Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart
Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart
ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91–111
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 06/01/2014; Imħassar b' 32010L0075
Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart
Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0091 - 0111
CS.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
ET.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
HU.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
LT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
LV.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
MT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
PL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
SK.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
SL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-11 ta' Ottubru 2000, Billi: (1) Il-Ħames Programm ta' Azzjoni fuq L-Ambjent: Lejn is-sostenibbiltà - Programm ta' politika u azzjoni tal-Komunità Ewropea li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, li huwa supplimentat bid-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE dwar ir-reviżjoni tiegħu [5], iwaqqaf bħala għan li m'għandhomx jiġu maqbuża t-togħbija u l-livelli kritiċi ta' ċerti sustanzi li jniġġsu bħal ossidi tan-nitroġenu (NOx), id-diossidu tal-kubrit (SO2), il-metalli tqal u d-diossini, fil-waqt f'termini tal-kwalità ta' l-arja l-għan huwa li l-bnedmin kollha għandhom jiġu protteti b'mod effettiv kontra r-riskji tas-saħħa mit-tniġġis ta' l-arja. Barra minn hekk, il-Programm, jistabbilixxi bħala għan it-tnaqqis tad-90 % ta' l-emissjonijiet tad-diossini minn sorsi identifikati sal-2005 (livell ta' l-1985) u t-tnaqqis ta' mill-inqas 70 % minn kull mogħdija ta' l-emissjonijiet fl-1995 ta' kadmju (Cd), merkurju (Hg) u ċomb (Pb). (2) Il-Protokoll dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu ffirmat mill-Komunità fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN- ECE) dwar it-tniġġis ta' l-arja li jwassal fit-tul u li jaqbeż it-transkonfini jistabbilixxi l-valuri tal-limiti, li jorbtu legalment, għall-emissjonijet ta' diossini u furans ta' 0,1 ng/m; TE (Ekwivalenti ta' Tossiċità) għall-istallazzjonijiet li jaħarqu iżjed minn 3 tunnellati fis-siegħa ta' skart solidu muniċipali, 0,5 ng/m; TE għall-istallazzjonijiet li jaħarqu iżjed minn tunnellata fis-siegħa ta' skart mediku, u 0,2 ng/m; TE għall-istallazzjonijet li jaħarqu iżjed minn tunnellata fis-siegħa ta' skart perikoluż (3) Il-Protokoll dwar Metalli Tqal iffirmat mill-Komunità fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-UN-ECE dwar it-tniġġis ta' l-arja li jwassal fit-tul u li jaqbeż it-transkonfini jistabbilixxi l-valuri tal-limitu, li jorbtu legalment, għall-emissjoni ta' partiċelli ta' 10 mg/m3 għall-ħruq ta' l-iskart perikoluż u mediku u għall-emissjoni tal-merkurju ta' 0,05 mg/m3 għall-ħruq perikoluż u ta' 0,08 mg/m3 għall-ħruq ta' l-iskart muniċipali. (4) L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jindikaw li xi idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) huma karsinoġeniċi. Għaldaqstant, L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' l-PAHs fost kontaminati oħra. (5) Bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif inhuma mniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat, hemm bżonn li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Komunità. Il-prinċipju tal-prekawzjoni jipprovdi l-bażi għal iktar miżuri. Id-Direttiva tillimita ruħha għall-ħtiġiet minimi għall-impjanti ta' inċinerazzjoni u impjanti ta' ko-inċinerazzjoni. (6) Barra minn hekk, l-Artikolu 174 jipprovdi li l-politika tal-Komunità dwar l-Ambjent għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. (7) Għalhekk, livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jeħtieġ l-istabbiliment u ż-żamma ta' kondizzjonijiet severi fl-operat, ta' ħtiġiet tekniċi u ta' valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' l-impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni. Il-valuri tal-limiti stabbiliti għandhom jipprevjienu jew jillimitaw sa fejn prattiku l-effetti negattivi fuq l-ambjent u r-riskji li jirriżultaw għas-saħħa tal-bniedem. (8) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni għall-Istrateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart tagħti ewwel prijorità lill-prevenzjoni ta' l-iskart, segwit mill-użu ieħor u mill-irkupru u fl-aħħar ir-rimi mingħajr perikolu ta' l-iskart; fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 1997 dwar Strateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart [6], il-Kunsill reġa' tenna l-konvinzjoni tiegħu li l-prevenzjoni ta' l-iskart għandu jkun l-ewwel prijorità ta' kull politika ta' l-iskart razzjonali f'relazzjoni għat-tnaqqis tal-produzzjoni ta' l-iskart u l-proprjetajiet perikolużi ta' l-iskart. (9) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 1997 il-Kunsill issottolinea wkoll l-importanza tal-kriterji tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-iskart, il-ħtieġa ta' livelli xierqa ta' emissjoni li għandhom japplikaw għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni, il-ħtieġa ta' miżuri ta' sorveljar maħsubin għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni, u l-ħtieġa li l-Kummissjoni tikkunsidra li temenda l-leġislazzjoni tal-Komunità li għandha x'taqsam mal-ħruq ta' l-iskart bl-irkupru ta' l-enerġija biex jiġi evitat iċ-ċaqliq ta' l-iskart fuq skala kbira għall-ħruq jew għall-ko-inċinerazzjoni fil-Komunità. (10) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli severi li japplikaw għall-impjanti kollha li jinċineraw jew li jikko-jinċineraw l-iskart sabiex jevitaw movimenti bejn it-transkonfini għal impjanti li jaħdmu fuq spejjeż iżjed baxxi minħabba livelli ambjentali inqas stretti. (11) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni/Enerġija għall-futur: sorsi ta' enerġija li jistgħu jiġġeddu/White paper għal strateġija u pjan ta' l-azzjoni fil-Komunità jitqies partkolarment fiha l-użu tal-bijomassa għal skopijiet ta' l-Enerġija. (12) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE [7] tistabbilixxi trattament integrat lejn il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis ta' l-ambjent li fih l-aspetti kollha fil-funzjonijiet ambjentali fl-istallazzjonijiet huma kkunsidrati b'mod integrat. Stallazzjonijiet għal inċinerazzjoni muniċipali b'kapaċità li taqbeż it-3 tunnellati fis-siegħa u stallazzjonijiet għar-rimi jew għall-irkupru ta' l-iskart perikoluż b'kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati kull jum huma inklużi fl-iskop tad-Direttiva msemmija. (13) Konformità mal-valuri tal-limitu għall-emissjoni preskritti f'din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala meħtieġa imma mhumiex kondizzjonijiet biżżejjed għall-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva 96/61/KE. Din il-konformità tista' tinvolvi valuri tal-limitu iżjed severi għall-emissjonijiet ta' kontaminanti previsti f'din id-Direttiva, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' sustanzi oħra u mezzi oħra, u kondizzjonijiet xierqa oħra. (14) L-esperjenza industrijali fl-implimentazzjoni ta' metodi ta' teknika għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' tniġġis minn impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġiet miksuba fuq perjodu ta' għaxar snin. (15) Id-Direttivi tal-Kunsill 89/369/KEE [8] u 89/429/KEE [9] dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-arja mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali kkontribwew għat-tnaqqis u kontroll ta' emissjonijiet atmosferiċi mill-impjanti ta' inċinerazzjoni. Regoli aktar iebsin għandhom issa jiġu adottati u dawk id-Direttivi għandhom jiġu mħassra skond dan. (16) Id-distinzzjoni bejn skart perikoluż u li mhux perikoluż huwa bbażat prinċipalment fuq il-proprjetajiet ta' l-iskart qabel jiġi inċinerat jew ko-inċinerat imma mhux fuq emissjonijiet differenti. L-istess valuri tal-limitu ta' emissjoni għandhom japplikaw għall-inċinerazzjoni jew ko-inċenerazzjoni ta' skart perikoluż jew li mhux perikoluż imma miżuri tekniċi u kondizzjonijiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni differenti u miżuri ta' monitoraġġ differenti minn meta jiġi milqugħ l-iskart għandu jinżamm. (17) L-Istati Membri għandhom iqisu d-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 relatata mal-limiti ta' valuri għad-diossidu tal-kubrit, diossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [10] meta tiġi implimentata din id-Direttiva. (18) L-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż bil-kontenut ta' aktar min 1 % ta' sustanza organika aloġinat, espressa bħala kloru, għandha tħares ċerti kondizzjonijiet imħaddma biex b'hekk tkun tista' teqred kemm jista' jkun tniġġis organiku bħad-diossini. (19) L-inċinerazzjoni ta' l-iskart li jkun fih residwu ta' gass iġġenerat mill-kloru. Dawn ir-residwi għandhom jiġu mmaniġġjati f'manjiera li ċċekken l-ammont u ħsara tagħhom. (20) Jista' jkun hemm bażi li tipprovdi għall-eżentazzjonijiet speċifiċi għal valur ta' limitu ta' emissjoni għal ċerti kontaminazzjonijiet matul żmien limitat speċifiku u suġġetta għall-kondizzjonijiet speċifiċi. (21) Kriterja għal ċertu frazzjoni ta' skart li mhux perikoluż kombustibbli ssortjat li mhux addattat għar-reċiklaġġ, għandu jkun żviluppat biex b'hekk jippermetti għal riduzzjoni tal-frekwenza tal-miżuri perjodiċi. (22) Test wieħed dwar l-inċinerazzjoni ta' skart għandu jtejjeb iċ-ċarezza u l-infurzar legali. Għandu jkun hemm direttiva waħda għall-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż u li mhux perikoluż fejn tiġi meqjusa s-sustanza u l-istruttura tad-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE tas-16 ta' Diċembru 1994 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż [11]. Għalhekk Direttiva 94/67/KE għandha tiġi mħassra wkoll. (23) L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [12] teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-iskart huwa rkuprat jew mormi mingħajr perikolu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jniġġes l-ambjent. Għal dan il-għan, l-Artikolu 9 u 10 ta' dik id-Direttiva jipprovdu li kull impjant jew impriża li jitratta l-iskart għandu jieħu permess mill-awtoritajiet kompetenti relatati, inter alia, għall-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. (24) Il-ħtiġiet biex tiġi rkuprata s-sħana ġenerata minħabba l-proċess ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni u biex jitnaqqas u jiġi reċiklat l-iskart li jirriżulta mill-operazzjoni ta' impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jgħinu sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 3 dwar l-iskart gradat tad-Direttiva 75/442/KEE. (25) Impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni li jitrattaw biss skart ta' annimali regolat bid-Direttiva 90/667/KEE [13] huma eżentati mill-iskop ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni qed taħseb li tipproponi reviżjoni tal-ħtiġiet tad-Direttiva 90/667 bil-għan li tipprovdi livelli ambjentali għolja għall-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' skart ta' l-annimali. (26) Il-permess għall-impjant ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandu jiġi mħares mal-bżonnijiet li jinsabu f'dawn id-Direttivi 91/271/KEE [14], 96/61/KE, 96/62/KE [15], 76/464/KEE [16], u 1999/31/KE [17]. (27) Il-ko-inċinerazzjoni ta' skart f'impjanti li m'humiex primarjament maħsubin biex jinċineraw skart m'għandhomx jitħallew li jikkawżaw emissjonijiet ta' sustanzi ta' tniġġis fil-parti ta' ħruġ ta' volum ta' gass li jirrizulta minn din il-ko-inċinerazzjoni akbar minn dawk ta' impjanti proprji li huma permessi għall-inċinerazzjoni u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal-limitazzjonijiet addatti. (28) Metodi tekniċi f'livell għoli huma neċċessarji biex ikunu mħarsa l-emissjonijiet biex jiżguraw il-konformità' mal-limiti ta' valur ta' l-emissjonijiet tat-tniġġis. (29) L-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu ta' emissjoni għar-rimi ta' skart ta' l-ilma mit-tindif tal-ħruġ tal-gassijiet mill-impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni tillimita li jiġi trasferit tniġġis mill-arja għal ġo l-ilma. (30) Disposizzjonijiet għandhom jiġu stipulati għal każijiet fejn il-valuri ta' limitu ta' emissjonijiet jiġu maqbuża kif ukoll għal waqfiet, disturbi jew fallimenti tat-tagħmir li jippurifika jew it-tagħmir tal-kejl tekniċi li ma setgħux jiġu evitati. (31) Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza tal-proċess tal-permessi fit-taqsimiet tal-Komunità l-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fid-deċiżjonijiet li jkunu ser jittieħdu wara li jkunu ngħataw applikazzjonijiet għall-permessi ġodda u għall-aġġornamenti tagħhom li jsiru wara. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għar-rapporti dwar il-funzjoni u l-kontroll ta' l-impjanti li jaħarqu aktar minn tliet tunnellati fis-siegħa biex b'hekk ikun jista' jkun infurmat bl-effetti potenzjali tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. (32) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kemm lill-Parlament Ewropew kemm lill-Kunsill ibbażat fuq l-esperjenza li għaddew minnha biex tiġi applikata din id-Direttiva, it-tagħrif ġdid xjentifiku li jkun sar magħruf, l-iżvilupp ta' l-istat tat-teknoloġija, il-progress tekniku milħuq fil-kontroll ta' emissjoni, u fuq l-esperjenza li tkun saret fl-immaniġġjar ta' l-iskart u l-operat ta' l-impjanti u l-iżvilupp tal-ħtiġiet ta' l-ambjent, sabiex ikun jista' jiġi propost, kif mistħoqq, li jiġu adottati id-disposizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva. (33) Il-miżuri meħtieġa għal implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 fejn ġew mniżżla il-proċeduri għal eżerċizzju tal-poter ta' implimentazzjoni mgħoti lill-Kummissjoni [18]. (34) L-Istati Membri għandhom jadottaw regolamenti għall-penali li japplikaw għal ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u biex jassiguraw li jiġu implimentati; dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għanijiet L-għan ta' din id-Direttiva hu li jipprevjieni jew jillimita sa fejn hu prattikabbli l-effetti negattivi fuq l-ambjent partikolarment ta' tniġġis bl-emissjonijiet fl-arja, ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u ilma ta' l-art, u r-riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem, mill-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' kondizzjonijiet ta' l-operat u ħtiġiet tekniċi stretti, bit-twaqqif ta' valuri ta' limitu ta' emissjonijiet għall-impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għall-Komunità u anke billi jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva 75/442/KEE. Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni 1. Din id-Direttiva tkopri impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni 2. Madankollu, l-impjanti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva: (a) Impjanti li jitrattaw biss dan l-iskart li ġej: (i) skart veġetali mill-agrikoltura u foresterija, (ii) skart veġetali mill-proċess ta' l-industrija ta' l-ikel, jekk is-sħana ġenerata hi miġbura lura, (iii) skart veġetali fibruż minn prodotti ta' polpa mhux ikkultivata u minn produzzjoni ta' karta mill-polpa, jekk hi ko-inċinerata fil-post tal-produzzjoni u s-sħana li tiġġenera hi miġbura lura, (iv) skart ta' l-injam bl-eċċezzjoni ta' skart ta' l-injam li ma jistax ikollu komponimenti organiċi aloġinata jew metalli tqal bħala riżultat ta' trattament ma' preservanti jew kisi ta' l-injam, u li jinkludi b'mod partikolari dan it-tip ta' skart ta' l-injam li joriġina minn skart ta' kostruzzjoni jew skart ta' meta jitwaqqa x'imkien, (v) skart tas-sufra, (vi) skart radjoattiv, (vii) Karkassi ta' annimali kif regolat bid-Direttiva 90/667/KEE mingħajr preġudizzju għal emendi futuri tagħha, (viii) skart li jirriżulta minn esplorazzjoni għal, u esplojtazzjoni ta', riżorsi ta' żjut u gass minn istallazzjonijiet off-shore u inċinerati abbord l-istallazzjoni; (b) Impjanti ta' l-esperimenti li huma użati għar-riċerka, żvilupp u ttestjar sabiex b'hekk ikun jista' jiġi mtejjeb il-proċess ta' inċinerazzjoni u li jitrattaw anqas minn 50 tunnellata ta' skart kull sena. Artikolu 3 Tifsiriet Għall-għan ta' din id-Direttiva: 1. "skart" tfisser kull skart solidu u likwidu kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE; 2. "skart perikoluż" tfisser kull skart solidu u likwidu kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [19]. Għal dan l-iskart perikoluż li ġej, il-ħtiġiet speċifiċi għall-iskart perikoluż f'din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw: (a) skart minn likwidu kombustibbli li jinkludi skart ta' żjut kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' skart ta' żjut [20] iżda li jridu jaqblu mal-kriterji li ġejjin: (i) il-massa tal-kontenut ta' idrokarburi aromatiċi poliklorinati, per eżempju biphenyls poliklorinati (PCB) jew fenol pentaklorinati ((PCP) jammonta għal konċentrazzjonijiet mhux akbar minn dawk imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità; (ii) dan l-iskart ma jsirx perikoluż billi fih kostitwenti oħra mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 91/689/KEE fi kwantitajiet jew f'konċentrazzjonijiet li huma inkonsistenti mal-kisba ta' l-għanijiet mqiegħda fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE; u (iii) il-valur nett kalorifiku jammonta mill-inqas 30 MJ għal kull kilogramm, (b) kull skart likwidu kombustibbli li ma jistax jikkaġuna, fil-gass taċ-ċumnija li jirriżulta direttament mill-kombustjoni tagħhom, emissjonijiet barra minn dawk miż-żjut bil-gass kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/12/KEE [21] jew konċentrazzjoni għola ta' emissjonijiet minn dik li tirriżulta mill-kombustjoni ta' żejt bil-gass hekk kif definit; 3. "skart muniċipali mħallat" tfisser skart mid-djar kif ukoll skart kummerċjali, industrijali w istituzzjonali, li minħabba fin-natura u l-komposizzjoni tiegħu hu simili għal skart mid-djar, imma li jeskludi frazzjonijiet imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/3/EC [22] taħt l-intestatura 20 01 li huma miġbura separament mis-sors u li teskludi l-iskart l-ieħor imsemmi taħt l-intestatura 20 02 ta' dak l-Anness; 4. "Impjant ta' inċinerazzjoni" tfisser kull apparat u tagħmir tekniku stazzjonarju jew mobbli dedikat għat-trattament ta' sħana ta' l-iskart bi jew mingħajr l-irkupru tas-sħana ġenerata mill-kombustjoni. Dan jinkludi l-inċinerazzjoni bl-ossidazzjoni ta' l-iskart kif ukoll proċessi ta' trattamenti oħra tas-sħana bħal pirolisi, gassifikazzjoni jew il-proċessi tal-plasma sakemm s-sustanzi li jirriżultaw mit-trattament jiġu sussegwentement inċinerati. Din id-definizzjoni tkopri s-sit u l-impjant kollu ta' l-inċinerazzjoni inklużi l-linji kollha ta' l-inċinerazzjoni, il-post fejn jintefa' l-iskart, il-ħżin, il-faċilitajiet ta' trattament minn qabel fuq is-sit, sistemi ta' skart tal-kombustibbli u sistemi ta' provista ta' l-arja, boiler, faċilitajiet għat-trattamenti tal-gassijiet ta' l-exhaust, faċilitajiet fuq is-sit għat-trattament jew ħżin tar-residwi u ta' ilma mormi, munzell, apparat u sistemi għall-kontroll ta' operazzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-sorveljar tal-kondizzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni; 5. "impjant ta' ko-inċinerazzjoni" tfisser kull impjant stazzjonarju jew mobbli li l-iskop ewlieni tiegħu hu l-ġenerazzjoni ta' enerġija jew produzzjoni ta' prodotti materjali: - li juża skart bħala kombustibbli regolari jew addizzjonali; jew - li fih l-iskart huwa ttrattat permezz tas-sħana għall-iskop ta' tneħħija. Jekk il-ko-inċinerazzjoni sseħħ b'tali mod li l-iskop ewlieni ta' l-impjant m'huwiex il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija jew produzzjoni ta' prodotti materjali, imma jikkonċerna trattament ta' sħana ta' skart, l-impjant għandu jiġi meqjus bħala impjant ta' inċinerazzjoni fil-kuntest ta' punt 4. Din id-definizzjoni tkopri s-sit u l-impjant kollu inklużi l-linji tal-ko-inċinerazzjoni kollha, il-post fejn jintefa' l-iskart, il-ħżin, il-faċilitajiet ta' trattament minn qabel fuq is-sit, is-sistemi ta' provista ta' l-iskart, il-kombustibbli u l-arja, boiler, faċilitajiet għat-trattamenti tal-gassijiet ta' l-exhaust, faċilitajiet fuq is-sit għat-trattament jew ħżin tar-residwi u ta' ilma mormi, munzelli, apparat u sistemi għall-kontroll ta' operazzjonijiet ta' inċinerazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-sorveljar tal-kondizzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni; 6. "impjant ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni eżistenti" tfisser impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ta' ko-inċinerazzjoni. (a) li qiegħed jaħdem u li għandu permess maħruġ bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità eżistenti qabel it-28 ta' Diċembru 2002, jew, (b) li huwa awtorizzat jew irreġistrat għall-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni u li għandu permess maħruġ qabel it-28 ta' Diċembru 2002 bi qbil mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, basta li l-impjant jibda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2003, jew (ċ) li, skond l-awtorità kompetenti, huwa s-suġġett ta' talba sħiħa għall-permess, qabel it-28 ta' Diċembru 2002, basta li l-impjant jibda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2004; 7. "kapaċità nominali" tfisser it-total ta' kapaċitajiet ta' inċinerazzjoni tal-fran li minnhom jiġi kompost impjant ta' inċinerazzjoni, kif speċifikat mill-kostruttur u kkonfermat mill-operatur, fejn konsiderazzjoni tingħata, b'mod partikolari, għall-valur kalorifiku ta' l-iskart, espress bħala kwantità ta' l-iskart inċinerat fis-siegħa; 8. "emissjoni" tfisser ir-rilaxx dirett jew indirett tas-sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju minn sorsi individwali jew diffusi fl-impjant li jiġu mormija fl-arja, ilma jew ħamrija; 9. "valuri tal-limitu ta' l-emissjoni" tfisser il-massa, espressa f'termini ta' ċerti parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta' emissjoni, li ma tistax tinqabeż matul perjodu ta' żmien wieħed jew aktar; 10. "diossini u furans" tfisser id-diossini dibenzo-p-poliklorinati u dibenzofurans kollha elenkati fl-Anness I; 11. "Operatur" tfisser kull persuna naturali jew legali li topera jew tikkontrolla l-impjant jew, fejn huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, il-persuna li lilha jkun ġie delegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjoni teknika ta' l-impjant: 12. "permess" tfisser deċiżjoni miktuba (jew deċiżjonijiet varji bħal dawn) mibgħuta mill-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorità biex impjant jitħaddem, li tkun soġġetta għal ċertu kondizzjonijiet li jiggarantixxu li l-impjant iħares il-ħtiġiet kollha ta' din id-Direttiva. Permess jista' jkopri impjant wieħed jew iżjed jew partijiet ta' impjant fl-istess sit imħaddma mill-istess operatur; 13. "residwu" tfisser kull materjal likwidu jew solidu (li jinkludi rmied tal-qiegħ jew kagazza, irmied imtajjar u trab tal-boiler, prodotti solidi tar-reazzjoni mit-trattamenti tal-gass, il-ħmieġ tad-drenaġġ li joħroġ mit-trattament ta' l-ilma mormi, katalisti spiċċuti u karbon attivat spiċċut) imfisser bħala skart fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE, li huwa ġġenerat mill-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew tal-ko-inċinerazzjoni, mill-gass ta' l-exhaust jew mit-trattament ta' l-ilma mormi jew minn proċessi oħrajn ġo l-impjant ta' l-inċineazzjoni jew ko-inċinerazzjoni. Artikolu 4 Applikazzjoni u permess 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442/KEE jew għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE, l-ebda impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ma għandu jaħdem mingħajr permess li jwettaq dawn l-attivitajiet. 2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, l-applikazzjoni għal permess għall-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni lill-awtorità kompetenti għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li huma maħsuba li jiggarantixxu illi: (a) L-impjant huwa mfassal, mgħammar u jkun maħdum b'mod li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jikkunsidraw il-kategoriji ta' l-iskart li ser jiġi inċinerat; (b) is-sħana ġġenerata waqt il-proċess ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni tiġi miġbura kemm-il darba jkun prattikabbli, per eżempju mis-sħana u mill-qawwa flimkien, mill-ġenerazzjoni tal-fwar ipproċessat jew tas-sħana tad-distrett; (ċ) ir-residwi jitnaqqsu fl-ammont u fil-ħsara tagħhom u jiġu riċiklati fejn xieraq; (ċ) ir-rimi tar-residwi li ma jistgħux jiġu mħarsa, imnaqqsa jew riċiklati għandhom jiġu mwettqa bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità. 3. Il-permess għandu jingħata biss jekk l-applikazzjoni turi li l-metodi tekniċi ta' kejl li ġew proposti ta' l-emissjonijiet fl-arja jaqblu ma' l-Anness III u, rigward l-ilma jaqblu ma' l-Anness III f'paragrafi 1 u 2. 4. Il-permess mogħti mill-awtorità kompetenti għall-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu, sabiex ikun konformi wkoll ma' kull ħtieġa applikabbli li hija preskritta fid-Direttivi 91/271/KEE u 1999/31/KE: (a) iniżżel espliċitament il-kategoriji ta' l-iskart li jistgħu jiġu ttrattati. Din il-lista għandha tuża mill-inqas, jekk jista' jkun, il-kategoriji ta' l-iskart iddikjarati fil-Katalogu Ewropew ta' l-Iskart (EWC) u żżomm informazzjoni fuq il-kwantità ta' skart, fejn xieraq; (b) jinkludi l-kapaċità totali l-iskart li l-impjant jista' jinċenera jew jikko-inċenera; (ċ) jispeċifika l-proċeduri sabiex jittieħed il-kampjunar u l-kejl użat biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet imposti għall-kejl perjodiku ta' kull kontaminant ta' l-arja u ta' l-ilma. 5. Il-permess mogħti mill-awtorità kompetenti lill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni li juża l-iskart perikoluż, għandu b'żieda mal-paragrafu 4: (a) iniżżel il-kwantitajiet tal-kategoriji differenti ta' l-iskart perikoluż li jista' jiġi ttrattat; (b) jispeċifika l-mixja minima u massima tal-massa ta' l-iskart perikoluż, l-inqas u l-ogħla valuri kalorifiċi u l-kontenuti massimi tal-kontaminanti, per eżempju PCB, PCP, kloru, floru, kubrit, u metalli tqal. 6. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jniżżlu l-kategoriji ta' l-iskart li għandhom jiġu msemmija fil-permess li jistgħu jiġu ko-inċinerati f'kategoriji definiti ta' impjanti tal-ko-inċinerazzjoni. 7. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra perjodikament u fejn neċessarju, taġġorna l-kondizzjonijiet tal-permessi. 8. Fejn operatur ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart mhux perikoluż qed jaħseb li jagħmel bidla fl-operazzjoni li tinvolvi l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż, dan għandu jiġi mħares bħala bidla sostanzjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(10)(b) tad-Direttiva 96/6/KE u l-Artikolu 12(2) ta' dik id-Direttiva għandu jiġi applikat. 9. Jekk impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ma jaqbilx mal-kondizzjonijiet tal-permess, b'mod partikolari mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja u l-ilma, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tiġi nfurzata l-konformità. Artikolu 5 Il-Kunsinna u r-riċeviment ta' l-iskart 1. L-operatur ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha li jikkonċernaw il-kunsinna u r-riċeviment ta' l-iskart sabiex jiprevvjieni jew jillimita sa fejn hu prattikabbli l-effetti negattivi fuq l-ambjent, b'mod partikolari t-tniġġis ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma tal-wiċċ u ta' l-ilma ta' l-art kif ukoll l-irwejjaħ u l-istorbju, u r-riskji diretti fuq is-saħħa tal-bniedem. Dawn il-miżuri għandhom mill-inqas jilħqu l-ħtiġiet imniżżlin f'paragrafi 3 u 4. 2. Qabel l-iskart fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċnerazzjoni jiġi aċċettat, l-operatur għandu jistabbilixxi l-massa ta' kull kategorija ta' skart, jekk huwa possibbli skond il-EWC. 3. Qabel skart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jkollu tagħrif dwar l-iskart bil-għan li jivverifika, fost oħrajn, konformità mal-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 4(5). Dan it-tagħrif għandu jkopri: (a) it-tagħrif amministrattiv kollu fuq il-proċess tal-ġenerazzjoni li jinsab fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4(a); (b) il-komposizzjoni fiżika u sa fejn huwa prattikabbli, il-komposizzjoni kimika ta' l-iskart u t-tagħrif kollu neċessarju biex jiġi evalwat kemm ikun tajjeb għall-proċess maħsub ta' l-inċinerazzjoni: (ċ) il-karatteristiċi perikolużi ta' l-iskart, is-sustanzi perikolużi li magħhom ma jistax jitħallat, u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fl-immaniġġjar ta' l-iskart. 4. Qabel l-iskart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jwettaq, mill-inqas, il-proċeduri tar-riċeviment li ġejjin: (a) iċ-ċekkjar tad-dokumenti meħtieġa mid-Direttiva 91/689/KEE u, fejn applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll fuq trasport bil-vapur ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u barra mill-Komunità Ewropea [23] u mir-regolamenti tat-trasport ta' oġġetti perikolużi; (b) it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi, għajr jekk mhumiex xierqa, per eżempju għall-iskart kliniku infettiv, sa fejn hu prattikabbli qabel il-ħatt, biex jiġi vverifikat il-konformità mat-tagħrif ipprovdut fil-paragrafu 3 billi jitwettqu kontrolli u biex l-aworitajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura ta' l-iskart ittrattat. Dawn il-kampjuni għandhom jinżammu ta' l-inqas xahar wara l-inċinerazzjoni. 5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-paragrafi 2, 3 u 4 għall-impjanti u impriżi industrijali li jinċeneraw jew jikko-inċeneraw l-iskart tagħhom biss fil-post tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart basta li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jintlaħqu. Artikolu 6 Kondizzjonijiet ta' l-operat 1. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu maħduma biex jinkiseb livell ta' l-inċinerazzjoni sabiex il-kontenut tal-gagazza u ta' l-irmied ta' taħt Karbonju Organiku Totali (TOC) huwa inqas mit-3 % jew it-telf tagħhom meta jitqabbdu bin-nar huwa inqas mill-5 % ta' l-użin tal-materjal niexef. Jekk huwa neċessarju metodi ta' teknika xierqa ta' trattamenti bil-quddiem ta' l-iskart għandhom jiġu użati. Impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li l-gass li jirriżulta mill-proċess jiġi mtella', wara l-aħħar injezzjoni ta' arja tal-kombustjoni, f'mod kontrollat u omoġenju u anke taħt kondizzjonijiet l-iżjed sfavorevoli, għal temperatura ta' 850 °C, kif miżurat ħdejn il-ħajt ta' ġewwa jew f'punt ieħor rappreżentattiv tal-kamra tal-kombustjoni kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti, għal żewġ sekondi. Jekk skart perikoluż b'kontenut ta' iżjed minn 1 % ta' sustanzi aloġenati organiċi, espressi bħala klorin, huma inċinerati, it-temperatura għandha tilħaq 1100 °C għal żewġ sekondi mill-inqas. Kull linja ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni għandha tkun mgħammra mill-inqas b'burner awżiljarju wieħed. Dan il-burner għandu jixgħel waħdu meta t-temperatura tal-gassijiet kombustibbli, wara l-aħħar injezzjoni ta' arja kombustibbli, taqa' taħt 850 °C jew 1100 °C kif ikun il-każ. Dan jiġi użat ukoll waqt l-operazzjonijiet li jixegħlu u li jitfu l-impjant sabiex jiġi żgurat li t-temperatura ta' 850 °C jew ta' 1100 °C, kif ikun il-każ, tinżamm il-ħin kollu matul dawn l-operazzjonijiet u sakemm hemm skart mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni. Meta jiġi mixgħul u mitfi jew meta it-temperatura tal-gass tal-kombustjoni taqa' taħt it-850 °C jew l-1100 °C kif ikun il-każ, m'għandhomx jingħataw karburanti lill-burner awżiljarju, li jistgħu jikkawżaw emissjonijiet għola minn dawk li jirriżultaw mill-ħruq taż-żejt tal-gass kif imniżżel fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/716/KEE, gass likwidu jew gass naturali. 2. L-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li l-gass li jirriżulta mill-ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart huwa, f'mod kontrollat u omoġenju u anke taħt kondizzjonijiet l-iżjed sfavorevoli, imsaħħan sat-temperatura ta' 850 °C għal żewġ sekondi. Jekk skart perikoluż b'kontenut ta' iżjed minn 1 % ta' sustanzi aloġenati organiċi, espressi bħala kloru, huwa ko-inċinerat, it-temperatura għandha tilħaq l-1100 °C. 3. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandhom ikollhom u għandhom joperaw sistema awtomatika li tipprevjeni l-iskart li jidħol: (a) fil-bidu, sakemm jilħqu t-temperatura ta' 850 °C jew 1100 °C, kif ikun il-każ jew it-temperatura mniżżla skond il-paragrafu 4; (b) kull meta ma tinżammx it-temperatura ta' 850 °C jew 1100 °C, kif ikun il-każ jew it-temperatura mniżżla skond il-paragrafu 4; (ċ) kull meta l-miżuri kontinwi meħtieġa minn din id-Direttiva juru li xi valur ta' limitu ta' l-emissjonijiet inqabeż minħabba disturbi jew nuqqasijiet tal-mezzi ta' purifikazzjoni. 4. Kondizzjonijiet differenti minn dawn imniżżla fil-paragrafu 1 u, rigward it-temperatura, fil-paragrafu 3 u speċifikati fil-permess għal ċerti katergoriji ta' l-iskart jew għal ċerti proċessi tas-sħana jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw dawn l-awtorizzazzjonijiet. Il-bidla fil-kondizzjonijiet fl-operat m'għandhiex tikkawża iżjed residwi jew residwi b'kontenut għola ta' sustanzi orġaniċi li jniġġsu meta mqabbla ma' dawk ir-residwi li jistgħu jkunu mistennija taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1. Kondizzjonijiet differenti minn dawn imniżżla fil-paragrafu 2 u, rigward it-temperatura, fil-paragrafu 3 u speċifikati fil-permess għal ċerti katergoriji ta' l-iskart jew għal ċerti proċessi tas-sħana jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw dawn l-awtorizzazzjonijiet. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq mill-inqas il-ħarsien tad-disposizzjonijiet għal valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V ta' karbonju organiku totali u CO. Fil-każ ta' l-industrija tal-polpa u tal-karta l-ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart tagħhom fil-post ta' produzzjoni f'bark boilers eżistenti, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq mill-inqas il-ħarsien tad-disposizzjonijiet għal valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V ta' karbonju organiku totali. Il-kondizzjonijiet kollha ta' l-operat stabbiliti taħt dan il-paragrafu u r-riżultati ta' verifiki magħmula għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru lill-Kummissjoni bħala parti mit-tagħrif ipprovdut bi qbil mal-ħtiġiet tar-rappurtar. 5. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li jipprevjienu emissjonijiet fl-arja li jagħtu lok għat-tniġġis sinifikanti ta' l-arja fl-livell ta' l-art; b'mod partikolari, il-gassijiet ta' l-exhaust għandhom jiġu mormija b'mod kontrollat u bi qbil ma' l-istandards relevanti ta' kwalità ta' l-arja tal-Komunità permezz ta' ċumnija b'tul li huwa kkalkulat b'tali mod li jissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. 6. Kull tip ta' sħana ġġenerata waqt il-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandha tiġi rkuprata sa fejn huwa prattikabbli. 7. L-iskart kliniku infettiv għandu jitpoġġa direttament fil-fran, mingħajr ma jiġi mħallat ma' kategoriji oħra ta' skart u mingħajr ġarr dirett. 8. L-amministrazzjoni ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandha tkun f'idejn persuna naturali li hija kompetenti li tamministra l-impjant. Artikolu 7 Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja 1. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li ma jaqbżux fil-gassijiet ta' l-exhaust il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V. 2. L-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li ma jaqbżux fil-gassijiet ta' l-exhaust il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti bi qbil ma' jew mniżżla fl-Anness II. Jekk f'impjant ta' ko-inċinerazzjoni jirriżulta li iżjed mill-40 % tal-ħelsien tas-isħana jiġi minn skart perikoluż, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V għandhom jgħoddu. 3. Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fir-rigward tal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11. 4. Fil-każ ta' ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali mħallat li ma ġiex trattat, il-valuri tal-limitu għandhom jiġu ddeterminati bi qbil ma' l-Anness V, u l-Anness II ma japplikax. 5. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew għal sustanzi ta' tniġġis oħra. Artikolu 8 L-iskargar ta' l-ilma mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust 1. L-ilma mormi mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust mormi mill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu jkun suġġett għall-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti. 2. Skargar ta' ilma mormi li jirriżulta mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust, fl-ambjent akkwatiku għandu jiġi llimitat, sa fejn prattikabbli, sa mill-inqas bi qbil mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness IV. 3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet fil-permess, l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust jista' jiġi mormi fl-ambjent akkwatiku wara trattament separat fuq kondizzjoni li: (a) il-ħtiġiet tad-disposizzjonijiet relevanti Komunitarji, nazzjonali u lokali jiġu mħarsa fil-forma tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet; u (b) il-konċentrazzjonijiet massi ta' sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV ma jaqbżux il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fih. 4. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jgħoddu fiż-żmien meta l-ilma mormi li jiġi mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust li fih is-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV jintrema mill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni. Meta l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust jiġi ttrattat kollettivament fuq il-post flimkien ma' sorsi oħrajn ta' ilma mormi li ġej minn fuq il-post, l-operatur għandu jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11: (a) fuq in-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġej mill-proċess tat-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust qabel id-dħul fl-impjant tat-trattament kollettiv ta' l-ilma mormi; (b) fuq in-nixxiegħa jew nixxigħat oħra ta' ilma mormi qabel id-dħul tagħha jew tagħhom fl-impjant tat-trattament kollettiv ta' l-ilma skart; (ċ) fiż-żmien ta' skargar finali ta' l-ilma mormi, wara t-trattament, mill-impjant ta' l- inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni. L-operatur għandu jieħu kalkoli xierqa tal-bilanċ tal-massa sabiex jistabbilixxi l-livelli ta' l-emissjonijiet fl-iskargar finali ta' l-ilma mormi li jistgħu jiġu attribwiti lill-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust biex jiċċekkja l-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV għan-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġejja mill-proċess tat-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust. Taħt l-ebda ċirkostanzi m'għandu jkun hemm dilwizzjoni ta' l-ilma mormi għar-raġunijiet ta' konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV. 5. Meta l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust li fih sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV huwa ttratat barra mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni f'impjant tat-trattament maħsub biss għat-trattament ta' dan it-tip ta' ilma mormi, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet fl-Anness IV għandhom jiġu applikati fiż-żmien meta l-ilma mormi joħroġ mill-impjant tat-trattament. Jekk dan l-impjant ta' trattament ikun barra s-sit ma jkunx biss iddedikat għat-trattament ta' l-ilma mormi li ġej mill-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jieħu l-kalkoli tal-bilanċ tal-massa addattati, kif ipprovdut taħt paragrafi 4(a), (b) u (ċ), sabiex jistabbilixxi l-livelli ta' l-emissjonijiet fl-aħħar skargu ta' l-ilma mormi li jistgħu jiġu attribwiti lill-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust biex jivverifika l-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV għan-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġejja mill-proċess tat-tindif tal-gass ta' l-exhaust. Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandu jkun hemm dilwizzjoni ta' ilma mormi għar-raġunijiet ta' konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV. 6. Il-permess għandu: (a) iwaqqaf il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV, bi qbil mal-paragrafu 2 u sabiex jilħaq il-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafu 3(a); (b) ifassal parametri ta' kontroll għal ħidma ta' l-ilma mormi mill-inqas għal pH, temperatura u tnixxiegħa. 7. Siti ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, flimkien maż-żoni ta' ħżin assoċjati għall-iskart, għandhom jiġu mfassla u b'tali mod biex jevitaw kull rilaxx mhux awtorizzat jew aċċidentali ta' sustanzi li jniġġsu fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art bi qbil mad-disposizzjonijiet ipprovduti fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità. Barra minn hekk, għandu jkun ipprovdut kapaċità ta' ħażna għall-ilma tax-xita ġieri kontaminat li jiskarga minn siti ta' impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jew għall-ilma kontaminat li jiskarga mit-tixrid jew mill-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar. Il-kapacità ta' ħżin għandha tkun adegwata sabiex tiżgura li dan l-ilma jista' jiġi eżaminat u ttrattat qabel ma jiġi skargat fejn ikun meħtieġ. 8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi oħra li jniġġsu. Artikolu 9 Residwi Ir-residwi li jirriżultaw mill-operazzjoni ta' l-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jitnaqqsu fl-ammont u fil-ħsara tagħhom. Ir-residwi għandhom jiġu riċiklati, fejn xieraq, direttament fl-impjant jew barra bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità. It-trasport u l-ħżin intermedju tar-residwi nexfin f'forma ta' trab, bħal ma hu trab tal-boiler u residwi nexfin li jiġu mit-trattament tal-gassijiet tal-kombustjoni, jiġifieri jkunu f'kontenituri magħluqa, għandu jsir b'tali mod li jevitaw it-tixrid fl-ambjent. Qabel ma jiġu stabilliti ir-rotot għat-tneħħija jew ir-riċiklaġġ tar-residwi li jiġu mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjioni, għandhom jsiru testijiet xierqa biex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-potenzal tat-tniġġis ta' residwi differenti li ġejjin mill-inċinerazzjoni. L-analiżi għandu jirrigwarda l-frazzjoni solubbli totali u l-frazzjoni solubbli tal-metalli tqal. Artikolu 10 Kontroll u sorveljar 1. Għandhom jiġu stallati tagħmir għall-kejl u użati metodi ta' teknika sabiex jiġu ssorveljati l-parametri, il-kondizzjonijiet u l-konċentrazzjonijiet massi li huma rilevanti għall-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni. 2. Il-ħtiġiet għall-kejl għandhom jiġu mniżżla fil-permess jew fil-kondizzjonijiet mehmużin mal-permess maħruġ mill-awtorità kompetenti. 3. Stallazzjonijiet xierqa u l-funzjonament ta' l-apparat awtomatizzat għas-solverjar ta' l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll u għat-testijiet ta' kull sena tas-sorveljanza. Il-kalibrazzjoni għandu jitwettaq permess ta' kejl paralleli mal-metodi ta' referenza mill-inqas kull tliet snin. 4. Il-post tal-punti ta' kampjunar jew ta' kejl għandhom jiġu mfassla mill-awtorità kompetenti. 5. Kejl perjodiku ta' emissjonijiet fl-arja u fl-ilma għandhom jitwettqu bi qbil mal-punti 1 u 2 ta' l-Anness III. Artikolu 11 Ħtiġiet għall-kejl 1. L-Istati Membri għandhom, jew bi speċifikazzjoni ġewwa l-kondizzjonijiet tal-permess jew bir-regoli ġenerali li jorbtu legalment, jiżguraw li l-paragrafi 2 u 12 u 17, rigward l-arja, u l-paragrafi 9 u 14 sa 17, rigward l-ilma huma mħarsa. 2. Il-kejl li ġej ta' sustanzi li jniġġsu l-arja għandhom jitwettqu fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni bi qbil ma' l-Anness III: (a) Kejl kontiwu ta' dawn is-sustanzi li ġejjin: Ossidi tan-Nitroġenu (NOx), basta li il-valuri tal-limiti ta' l-emissjoni huma mfassla, Karbonju Monossidu (CO), trab totali, Karbonju Organiku Totali (TOC), Idroġenu Kloridu (HC1), Idroġenu Flowridu (HF), Diossidu tal-kubrit (SO2); (b) Kejl kontiwu tal-parametri tal-proċessi tal-ħdima li ġejjin: it-temperatura biswit il-ħajt ta' ġewwa jew xi punt ieħor rappreżentattiv ieħor tal-qasam tal-kombustjoni kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti, il-konċentrazzjoni ta' ossiġenu, pressjoni, temperatura u l-kontenut tal-fwar ta' l-ilma fil-gass ta' l-exhaust; (ċ) Mill-inqas żewġ tikjiliet kull sena tal-metalli tqal, diossini u furani; madankollu mill-inqas kejl wieħed kull tlett xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar ta' l-operazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi ta' kejl fejn ġew imfassla l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi oħra li jniġġsu. 3. Il-ħin tar-residenza kif ukoll it-temperatura minima u l-kontenut ta' l-ossiġenu ta' gassijiet ta' l-exhaust għandhom jiġu suġġetti għal verifikazzjoni xierqa, mill-inqas darba kull meta l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jibda jaħdem u taħt l-iktar kondizzjonijiet ta' tħaddim sfavorevoli antiċipati. 4. Il-kejl kontinwu ta' l-HF jista' jitħalla barra jekk l-istadji tat-trattament tal-HCl huma użati li jiżguraw li m'hemmx qabża tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet. F'dan il-każ l-emissjonijiet tal-HF għandhom ikunu soġġetti għal kejl perjodiku kif inhu preskritt fil-paragrafu 2(ċ). 5. Il-kejl kontinwu tal-kontenut tal-fwar ta' l-ilma ma għandux ikun meħtieġ jekk il-kampjun tal-gass ta' l-exhaust huwa mnixxef qabel jiġu analizzati l-emissjonijiet. 6. Kejl perjodiku tal-HC1, HF u SO2 kif imniżżel fil-paragrafu 2(ċ) jistgħu jiġu awtorizzati fl-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni minflok kejl kontinwu, fil-permess ta' l-awtorità kompetenti, jekk l-operatur juri li l-emissjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jniġġsu ma jistgħux ikunu, taħt l-ebda ċirkostanza ogħla mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti. 7. It-tnaqqis tal-frekwenza tal-kejl perjodiku tal-metalli tqal minn darbtejn fis-sena għal darba kull sentejn u għad-diossini u furans minn darbtejn fis-sena għal darba fis-sena jistgħu jkunu awtorizzati fil-permess mill-awtorità kompetenti basta li l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni huma inqas mill-50 % tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni mfassla rispettivament bi qbil ma' l-Anness III jew ma' l-Anness V u basta l-kriterji tal-ħtiġiet li għandhom jilħqu jiġu żviluppati bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17, ikunu disponibbli. Dawn il-kriterji għandhom mill-inqas ikunu bbażati fuq id-disposizzjonijiet f'punti (a) u (d), tat-tieni subparagrafu. Sal-1 ta' Jannar 2005, it-tnaqqis tal-frekwenza tista' tiġi awtorizzata anke jekk dawn il-kriterji mhumiex disponibbli basta li: (a) l-iskart li jrid jiġi inċinerat jew ko-inċinerat jikkonsisti biss f'ċerti frazzjonijiet kombustibbli magħżula ta' skart mhux riskjuż li mhux addattat għar-riċiklaġġ u li jippreżentaw ċertu karatteristiċi, u li jkun iktar speċifikat fuq bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (d); (b) il-kriterji nazzjonali ta' kwalità, li ġew rappurtati lill-Kummissjoni, ikunu disponibbli għal dan l-iskart. (ċ) il-ko-inċinerazzjoni u l-inċinerazzjoni ta' dan l-iskart jaqbel mal-pjanijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE; (d) l-operatur jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-emissjonijiet taħt iċ-ċirkostanzi kollha, huma b'mod sinifikanti taħt il-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni għall-metalli tqal, diossini u furans imfassla fl-Anness II u fl-Anness V; din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tagħrif dwar il-kwalità ta' l-iskart ikkonċernat u l-kejl ta' l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija; (e) il-kriterji tal-kwalità u ż-żmien ġdid għall-kejl perjodiku jkunu speċifikati fil-permess; u (f) id-deċiżjonijiet kollha dwar il-frekwenza tal-kejl imsemmi f'dan il-paragrafu, imsaħħa bit-tagħrif dwar l-ammont u l-kwalità ta' l-iskart ikkonċernat, għandhom ikunu kkomunikati kull sena lill-Kummissjoni. 8. Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-qbil mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fil-kondizzjonijiet li ġejjin u għall-ossiġenu bi qbil mal-formola kif imsemmi fl-Anness VI: (a) Temperatura 273K, pressjoni 101,3 kPa, 11 % ta' ossiġenu, gass niexef, fil-gass ta' l-exhaust ta' l-impjanti ta' inċinerazzjoni; (b) Temperatura 273K, pressjoni 101,3 kPa, 3 % ta' ossiġenu, gass niexef, fil-gass ta' l-exhaust ta' l-inċinerazzjoni taż-żejt skart kif definit fid-Direttiva 75/439/KEE; (ċ) Meta l-iskart huwa inċinerat jew ko-inċinerat f'atmosfera arrikkita fl-ossiġenu, ir-riżultati tal-kejl jistgħu jiġu standardizzati f'kontenut ta' ossiġenu mniżżel mill-awtorità kompetenti li jirriflettu ċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ individwali; (d) fil-każ ta' ko-inċinerazzjoni, ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu standardizzati f'kontenut ta' ossiġenu totali kif ikkalkulat fl-Anness II. Meta l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu huma mnaqqsa bit-trattament tal-gass ta' l-exhaust fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni li jittratta skart riskjuż, l-istandardizzazzjoni fir-rigward ta' kull kontenut ta' l-ossiġenu pprovdut fl-ewwel sottoparagrafu għandu jkun magħmul biss jekk il-kontenut ta' l-ossiġenu mkejjel matul l-istess u mfassal għas-sustanzi li jniġġsu in kwistjoni jaqbeż il-kontenut ta' l-ossiġnu ta' l-istandard rilevanti. 9. Ir-riżultati kollha tal-kejl għandhom ikunu rrekordjati, ipproċessati u ppreżentati b'mod xieraq sabiex l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw il-qbil mal-kondizzjonijiet tal-ħidma permessi u mal-valuri tal-limitu ta' emissjonijiet imniżżla f'din id-Direttiva bi qbil mal-proċeduri li jridu jiġu deċiżi minn dawk l-awtoritajiet. 10. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni għall-arja għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk: (a) - l-ebda mill-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżu kwalunkwe mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet mfassla fl-Anness V (a) jew fl-Anness II; - is-97 % tal-valur medju ta' kull jum matul is-sena ma jaqbiżx il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni mfassal fl-Anness V(e) fl-ewwel inċiż; (b) jew l-ebda mill-valuri medji ta' kull nofs siegħa ma jaqbżu l-ebda mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fl-Anness V (b), kolonna A jew, fejn relevanti, is-97 % tal-valuri medji ta' kull nofs siegħa matul is-sena ma jaqbżux l-ebda mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness V (b), kolonna B; (ċ) l-ebda mill-valuri medji matul il-perjodu tal-kampjunar imfassla għall-metalli tqal u għad-diossini u għall-furans ma jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fl-Anness V (ċ) u (d) jew fl-Anness II; (d) id-disposizzjonijiet ta' l-Anness V(e), it-tieni inċiż jew ta' l-Anness II, huma milħuqa. 11. Il-valuri medji ta' kull nofs siegħa u l-medji ta' l-għaxar minuti għandhom jiġu ddeterminati matul il-ħin tal-ħidma effettiv (il-perjodi ta' x'ħin jinxtgħel u jintefa' huma esklużi jekk m'hemmx skart li qiegħed jiġi inċinerat) mill-valuri mkejla wara li jiġi mnaqqas il-valur ta' l-intervall kunfidenzjali speċifikat f'punt 3 ta' l-Anness III. Il-valuri medji ta' kull jum għandhom jiġu ddeterminati minn dawk il-valuri medji validati. Biex jinkiseb valur medju validu ta' kuljum, mhux iżjed mill-valuri medji ta' ħames nofs siegħat f'kwalunkwe ġurnata m'għandhom jiġu mormija minħabba l-malfunzjoni jew manutenzjoni tas-sistema kontinwa ta' kejl. Mhux aktar minn għaxar valuri medji kull jum għal kull sena għandhom jiġu mormija minħabba l-malfunzjoni jew manutenzjoni tas-sistemi kontinwi ta' kejl. 12. Il-valuri medji matul il-perjodu tal-kampjunar u l-valuri medji fil-każ tal-kejl perjodiku tal-HF,HCL u SO2 għandhom jiġu ddeterminati bi qbil mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10(2) u (4) u ta' l-Anness III. 13. Il-Kummissjoni, li taġixxi bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17, għandha tiddeċiedi, hekk kif tekniċi xierqa ta' kejl ikunu disponibbli fil-Komunità, id-data minn meta l-kejl kontinwu tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja għall-metalli tqal, diossini u furans għandhom jitwettqu bi qbil ma' l-Anness III. 14. Il-kejl li ġej għandu jitwettaq fil-punt tar-rimi ta' l-ilma ħażin: (a) kejl kontinwu tal-parametri msemmija fl-Artikolu 8(6)(b); (b) kejl kuljum tal-kampjuni fuq il-post ta' solidi sospiżi; L-Istati Membri jistgħu jipprovdu alternattivament għall-kejl ta' kampjunar rappreżentattiv li jiċċirkola proporzjonalment matul perjodu ta' 24 siegħa; (ċ) mill-anqas kejl kull xahar ta' kampjun rappreżentattiv ta' ċirkolazzjoni proporzjonali tar-rimi matul perjodu ta' 24 siegħa tas-sustanzi kkontaminanti msemmija fl-Artikolu 8(3) rigward l-oġġetti 2 sa 10 fl-Anness IV; (d) mill-anqas kull sitt xhur kejl ta' diossini u furans; għalkemm kejl wieħed għal mill-inqas kull tliet xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar ta' ħidma. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi ta' kejl fejn ġew imfassla l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi li jniġġsu oħra. 15. Is-sorveljar tal-massa tas-sustanzi li jniġġsu fl-ilma ħażin li jiġi ttrattat għandu jiġi magħmul bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità u mniżżel fil-permess, kif ukoll il-frekwenza tal-kejl. 16. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-ilma għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk: (a) għat-total tas-solidi sospiżi (is-sustanza kontaminanti numru 1), il-95 % u l-100 % tal-valuri mkejlin ma jaqbżux il-valuri rispettivi tal-limitu ta' emissjonijiet kif imfassla fl-Anness IV; (b) għall-metalli tqal (is-sutanzi kontaminanti numri 2 sa 10) mhux aktar minn kejl wieħed fis-sena jaqbeż il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV; jew, jekk L-Istat Membru jipprovdi għal aktar minn 20 kampjun fis-sena, mhux aktar mill-5 % tal-kampjuni jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV; (ċ) għad-diossini u għall-furans (is-sustanzi kontaminanti numru 11), il-kejl ta' darbtejn fis-sena ma jaqbiżx il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV. 17. Jekk il-kejl meħud juri li l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-arja jew għall-ilma mniżżla f'din id-Direttiva ġew maqbuża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien. Artikolu 12 Aċċess għat-tagħrif u parteċipazzjoni pubblika 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE [24] u għad-Direttiva 96/61/KE, applikazzjonijiet għal permessi ġodda ta' impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jiġu disponibbli f'lokazzjoni waħda jew aktar li huma aċċessibbli għall-pubbliku, bħal uffiċċji ta' l-awtorità lokali, għall-perjodu xieraq sabiex dan jista' jikkummenta fuqhom qabel l-awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni, li tinkludi mill-anqas kopja waħda tal-permess, u kwalunkwe aġġornamenti li jiġu wara, għandom ukoll jiġu disponibbli għall-pubbliku. 2. Għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, b'kapaċità nominali ta' żewġ tunnellati jew aktar fis-siegħa u minkejja l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 96/61/KE, rapport annwali pprovdut mill-operatur lill-awtorità kompetenti dwar il-ħidma u l-moniteraġġ ta' l-impjant għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Dan ir-rapport għandu, bħala ħtieġa minima, jagħti rendikont tal-ħidma kontinwa tal-proċess u ta' l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma ikkumparat ma' l-istandards ta' l-emissjonijiet f'din id-Direttiva. Lista ta' l-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati fis-siegħa għandha tkun imħejjija mill-awtorità kompetenti u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Artikolu 13 Kondizzjonijiet abnormali ta' l-operat 1. L-awtorità kompetenti għandha tniżżel fil-permess il-perjodu massimu permessibbli ta' kwalunkwe twaqqif tekniku inevitabbli, disturbanzi, jew fallimenti ta' l-apparat ta' purifikazzjoni jew l-apparat ta' kejl, li matulu l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi rregolati li jiġu mormija fl-arja u fl-ilma ħażin li jiġi ppurifikat jistgħu jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti. 2. Fil-każ ta' ksur, l-operatur għandu jnaqqas jew jagħlaq il-ħidma kemm jista' jkun malajr sakemm ħidma normali tista' tiġi rrestawrata. 3. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 6(3)(ċ), l-impjant ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jew il-linja ta' l-inċinerazzjoni m'għandhomx taħt l-ebda ċirkostanza jkomplu jinċeneraw l-iskart għall-perjodu ta' iktar minn erbgħa siegħat mingħajr interruzzjoni fejn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet jinqabżu; barra minn hekk, id-dewmien kumulattiv tal-ħidma taħt dawn il-kondizzjonijiet f'temp ta' sena għandu jkun inqas minn 60 siegħa. Id-dewmien tas-60 siegħa japplika għal dawk il-linji ta' l-impjant kollha li huma konnessi ma' l-apparat ewlieni tat-tindif tal-gass taċ-ċumnija. 4. Il-kontenut kollu tat-trab fl-emissjonijiet fl-arja ta' impjant ta' l-inċinerazzjoni m'għandux jaqbeż taħt l-ebda ċirkostanza l-150 mg/m3 espressi bħala medja ta' kull nofs siegħa; barra minn hekk il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet fl-arja għall-CO u TOC m'għandhomx jinqabżu. Artikolu 14 Klawżola ta' reviżjoni Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 2008 ibbażat fuq l-esperjenza li għaddew minnha sabiex tiġi applikata din id-Direttiva, b'mod partikolari għall-impjanti ġodda, u fuq il-progress li ntlaħaq bil-metodi ta' teknika ta' kontroll ta' l-emissjonijiet u fuq l-esperjenza ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jiġi bbażat fuq l-iżvilupp ta' l-istat tat-teknoloġija, fuq l-esperjenza tal-ħidma ta' l-impjanti u fuq il-ħtiġiet ta' l-ambjent. Dan ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni ta' l-Anness II.1.1. u b'mod partikolari fuq il-vijabilità ekonomika u teknika tal-fran tas-siment eżistenti kif imsemmi fin-nota ta' l-aħħar ta' l-Anness II.1.1. li jirrispettaw il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet tan-NOx għall-fran ġodda tas-siment imfassla f'dak l-Anness. Ir-rapport, kif xieraq, għandu jkollu miegħu proposti għar-reviżjoni tad-disposizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva. Iżda, il-Kummissjoni għandha, jekk jixraq, tipproponi emendi għall-Anness II.3 qabel l-imsemmi rapport, jekk nixxiegħat ewlenija ta' skart huma diretti għat-tipi ta' impjanti ta' ko-inċinerazzjoni barra minn dawk trattati fl-Anness II.1 u II.2. Artikolu 15 Rapportaġġ Ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE. L-ewwel rapport għandu jkopri mill-anqas l-ewwel perjodu ta' tliet snin sħaħ wara t-28 ta' Diċembru 2002 u għandu jħares il-perjodi msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/67/KE u fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 96/61/KE. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha telabora l-kwestjonarju xieraq fil-ħin. Artikolu 16 L-addattazzjoni futura tad-Direttiva Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17(2), għandha temenda l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III sabiex jaddattawhom mal-progress teknoloġiku jew ma' sejbiet ġodda dwar il-benefiċċji għas-saħħa jekk ikun hemm tnaqqis ta' l-emissjonijiet. Artikolu 17 Kumitat Regolatorju 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat regolatorju. 2. Fejn referenza hija magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit li jkun ta' tliet xhur. 3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 18 Tħassir Dawn li ġejjin għandhom ikunu mħassra mit-28 ta' Diċembru 2005: (a) L-Artikolu 8(1) u l-Anness tad-Direttiva 75/439/KEE; (b) Id-Direttiva 89/369/KEE; (ċ) Id-Direttiva 89/429/KEE; (d) Id-Direttiva 94/67/KE. Artikolu 19 Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Il-penali hekk provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2002 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emeda li tiġi wara. Artikolu 20 Disposizzjonijiet transitorji 1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet transitorji speċifiċi li hemm ipprovduti fl-Anness ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu għall-impjanti eżistenti mit-28 ta' Diċembru 2005. 2. Għall-impjanti ġodda, li huma impjanti li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' "impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni eżistenti" fl-Artikolu 3(6) jew paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, din id-Direttiva, minflok id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 18, għandha tgħodd mit-28 ta' Diċembru 2002. 3. Impjanti li ma jiċċaqalqux jew dawk li jiċċaqalqu li l-għan tagħhom huwa l-ġe-nerazzjoni ta' l-enerġija jew il-produzzjoni ta' oġġetti materjali u li qegħdin jaħdmu u li għandhom fejn meħtieġ permess li jaqbel mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u li jibdew jikko-inċineraw l-iskart mhux iktar tard mit-28 ta' Diċembru 2004 għandhom jitqiesu bħala impjanti tal-ko-inċinerazzjoni eżistenti. Artikolu 21 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2002. Huma għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom jiġu akkompanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu mniżżla mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 22 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 23 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 1999. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President F. Védrine [1] ĠU C 13, tas-17.1.1998, pġ. 6 uĠU C 372, tat-2.12.1998, pġ. 11. [2] ĠU C 116, tat-28.4.1999, pġ. 40. [3] ĠU C 198, ta' l-14.7.1999, pġ. 37. [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, pġ. 249), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 1999 (ĠU C 25, tat-28.1.2000, pġ. 17) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjal). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2000 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2000. [5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, pġ. 1 uĠU L 275, ta' l-10.10.1998, pġ. 1. [6] ĠU C 76, tal-11.3.1997, pġ. 1. [7] ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, pġ. 26. [8] ĠU L 163, ta' l-14.6.1989, pġ. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [9] ĠU L 203, tal-15.7.1989, pġ. 50. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [10] ĠU L 163, tad-29.6.1999, pġ. 41. [11] ĠU L 365, tal-31.12.1994, pġ. 34. [12] ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 350/96/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, pġ. 32). [13] Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta' Novembru 1990, li jistabbilixxi r-regolamenti veterinarji għar-rimi u l-ħidma ta' l-iskart ta' l-annimali, għat-tpoġġija tiegħu fis-suq u għal prevenzjoni ta' patoġeni fl-għalf li joriġina mill-annimali jew mill-ħut u li jemenda id-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51). Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994. [14] Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, tat-30.5.1991, pġ. 40) Direttiva kif emendata mid-Direttiva 98/15/KE (ĠU L 67, tas-7.3.1998, pġ. 29). [15] Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ambjentali (ĠU L 296, tal-21.11.1996, pġ. 55). [16] Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mormija fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità (ĠU L 129, tat-18.5.1976,pġ.23). Direttiva kif emendata minn l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994. [17] Direttiva 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill ta' l-iskart (ĠU L 182, tas-16.7.1999, pġ. 1). [18] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. [19] ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 20. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/31/KE. (ĠU L 168, tat-2.7.1994, pġ. 28). [20] ĠU C 194, tal-25.7.1975, pġ. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994. [21] Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-kontenut tal-kubrit ta' ċerti karburanti likwidi (ĠU L 74, tas-27.3.1993, pġ. 81). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 1999/32/KE (ĠU L 121, 11.5 1999, pġ. 13). [22] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/3/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1993 li twaqqaf lista ta' skart skond l-Artikolu 1a tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart (ĠU L 5, tas-7.1.1994, pġ. 15). [23] ĠU L 30, tas-6.2.1993, pġ. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2408/98 (ĠU L 298, tas-7.11.1998, pġ. 19). [24] Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-liberta għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent (ĠU L 158, tat-23.6.1990, pġ. 56). Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. -------------------------------------------------- ANNESS I Fatturi ta' l-ekwivalenza għad-dibenżo-p-dijossini u dibenżofurani Għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni totali (TE) tad-dijossini u furani, il-konċentrazzjonijiet massi tad-dibenżo-p-dijossini u dibenżofurani li ġejjin għandhom jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta' l-ekwivalenza li ġejjin qabel jiġu ssommati: | | Fatturi ta' l-ekwivalenza tossiċi | 2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzodioxin (TCDD) | 1 | 1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzodioxin (PeCDD) | 0,5 | 1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 | 1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 | 1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 | 1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzodioxin (HpCDD) | 0,01 | — Octachlorodibenzodioxin (OCDD) | 0,001 | 2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzofuran (TCDF) | 0,1 | 2,3,4,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,5 | 1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,05 | 1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 | 1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 | 1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 | 2,3,4,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 | 1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzodioxin (HpCDF) | 0,01 | 1,2,3,4,7,8,9 | — Heptachlorodibenzofuran (HpCDF) | 0,01 | — Ochtachlorodibenzofuran (OCDF) | 0,001 | -------------------------------------------------- ANNESS II DETERMINAZZJONI TAL-VALURI TAL-LIMITU TA' L-EMISSJONIJIET GĦAL KO-INĊINERAZZJONI TA' L-ISKART. Il-formola li ġejja (regola tat-taħlit) għandha tiġi applikata kull meta valur speċifiku tal-limitu ta' l-emissjonijiet "C" ma ġietx imniżżla f'tabella f'dan l-Anness. Il-valur tal-limitu ta' kull kontaminat relevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass ta' l-exhaust li joħorġu mill-ko-inċinerazzjoni ta' l-skart għandhom jkunu kkalkolati kif ġej: +++++ TIFF +++++ Vskart : Il-volum tal-gass ta' l-exhaust li joħroġ mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart iddeterminat biss mill-iskart bl-inqas valur kalorifiku speċifikat fil-permess u standardizzat fil-kondizzjonijiet mogħtija f'din id-Direttiva. Jekk ir-rilaxx tas-sħana li joħroġ mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart perikoluż jammonta għal inqas mill-10 % tal-ħruġ totali tas-sħana fl-impjant, Vskart għandu jkun ikkalkolat minn kwantità (mistħajla) ta' skart li meta jkun inċinerat ir-rilaxx tas-sħana jkun indaqs għall-10 %, bir-rilaxx totali tas-sħana ffissat. Cskart : il-valuri tal-limtu ta' l-emissjonijiet imniżżla għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni fl-Anness V għall-kontaminanti relevanti u monossidu tal-karbonju. Vproċ : il-volum tal-gass ta' l-exhaust li joħroġ mill-proċess ta' l-impjant li jinkludi l-kombustjoni ta' karburanti awtorizzati li huma wżati normalment (bl-esklużjoni ta' l-iskart) stabbilit fuq il-bażi ta' kontenuti ta' l-ossiġnu li fuqhom l-emissjonijiet jridu jiġu standardizzati kif mniżżel fir-regolamenti tal-Komunità jew dawk nazzjonali. Fin-nuqqas ta' regolamenti għal dan it-tip ta' impjant, għandu jiġi wżat il-kontenut ta' l-ossiġnu reali fil-gass ta' l-exhaust mingħajr ma jiġi mraqqaq biż-żieda ta' arja mhiex neċċessarja għall-proċess. L-istandardizzazzjoni f'kondizzjonijiet oħra huma mogħtija f'din id-Direttiva. Cproċ : il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli ta' dan l-Anness għal ċerti setturi ta' l-industrija jew f'każ ta' nuqqas ta' tabella bħal din jew dawk il-valuri, valuri tal-limitu tal-emissjonijiet ta' kontaminanti relevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass taċ-ċuminija ta' l-impjanti li jħarsu l-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali għal dawk l-impjanti meta jaħarqu l-karburanti normalment awtorizzati (eskluż l-iskart). Fin-nuqqas ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu użati l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fil-permess. Fin-nuqqas ta' dawn il-valuri fil-permess għandhom jiġu użati l-konċentrazzjonijiet massi reali. C : il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet jew il-kontenut ta' l-ossiġnu kif preskritti fit-tabelli ta' dan l-Anness għal ċerti setturi ta' l-industrija u għal ċerti sustanzi li jniġġsu jew f'każ ta' nuqqas ta' dik it-tabella jew dawk il-valuri jew valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet totali ta' CO u s-sustanzi li jniġġsu relevanti jieħdu l-post tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fl-Annessi speċifiċi ta' din id-Direttiva. Il-kontenut ta' l-ossiġnu totali li għandu jieħu l-post tal-kontenut ta' l-ossiġnu għal l-istandardizzazzjoni huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut hawn fuq u jirrispetta l-volumi parżjali. L-Istati Membri jistgħu jniżżlu regoli li jiggvernaw l-eżenzjonijiet ipprovduti f'dan l-Anness. II.1. Disposizzjonijiet speċjali għall-fran tas-siment li jikko-inċineraw l-iskart Il-valuri medji ta' kull jum (għall-kejl kontinwu) Perjodi ta' kampjunar u ħtiġiet ta' kejl kif preskritt fl-Artikolu 7. Il-valuri kollha f'mg/m3 (Diossini u furani f'ng/m3). Valuri medji ta' nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta' kull jum. Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fil-kondizzjonijiet li ġejjin: Temperatura 273 K, pressa 101,3 kPa, 10 % ossiġnu, gass niexef. II.1.1. C - valuri totali tal-limiti ta' l-emissjonijiet Sustanza li tniġġes | C | Trab Totali | 30 | HCI | 10 | HF | 1 | NOx għall-impjanti eżistenti | 800 | NOx għall-impjanti ġodda | 500 [1] | Cd + Tl | 0,05 | Hg | 0,05 | Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V | 0,5 | Diossini u furani | 0,1 | Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għal NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-fran eżistenti tas-siment għall-proċess imxarrab jew għall-fran tas-siment li jaħarqu inqas minn tliet tunnellati kull siegħa, iżda l-permess jipprevjieni valur totali tal-limitu ta' l-emissjonijet għal NOx ta' mhux iżjed minn 1200 mg/m3. Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għat-trab jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti jew għall-fran tas-siment li jaħarqu inqas minn tliet tunnellati kull siegħa, iżda l-permess jipprevjeni valur totali tal-limitu ta' l-emissjonijet ta' mhux iżjed minn 50 mg/m3. II.1.2. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet għal SO2 U TOC Sustanza li tniġġes | C | SO2 | 50 | TOC | 10 | Eżenzjonijiet jisgħtu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti f'każijiet fejn TOC U SO2 ma joħorġux mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart. II.1.3. Valur tal-limitu ta' l-emissjoni għal CO Valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għal CO jistgħu jiġu mfassla mill-aworità kompetenti. II.2. Disposizzjonijiet speċjali għall-impjanti kombustivi li jikko-inċineraw l-iskart II.2.1 Valuri medji ta' kull jum Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 88/609/KEE u fil-każ fejn, għall-impjanti kbar, valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi huma mfassla skond leġislazzjoni futura tal-Komunità, dawn għandhom jieħdu l-post, għall-impjanti u sustanzi li jniġġsu kkonċernati, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli li ġejjin (Cproċ). F'dak il-każ, it-tabelli li ġejjin għandhom jiġu addattati mingħajr dewmien għal dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed stretti bi qbil mal-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 17. Valuri medji ta' nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta' kull jum. proċ: Cproċ għall-karburanti solidi espressi f'mg/Nm3 (Kontenut ta' l-O2 ta' 6 %): Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 - 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth | SO2 każ ġenerali | | 850 | 850 sa 200(tnaqqis lineari minn 100 sa 300 MWth) | 200 | karburanti indiġni | | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 90 % | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 92 % | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 95 % | NOx | | 400 | 300 | 200 | Trab | 50 | 50 | 30 | 30 | Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni għall-NOx ma japplikax għall-impjanti li jikko-inċineraw skart perikoluż biss. Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għan-NOx u SO2 jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni eżistenti bejn 100 u 300 MWth li jużaw teknoloġija ta' sodda fluwidifikata u li jaħarqu karburanti solidi sakemm il-permess jara minn qabel valur ta' Cproċ ta' mhux iktar minn 350 mg/Nm3 għan-NOx u mhux iżjed minn 850 sa 400 mg/Nm3 (tnaqqis linjari minn 100 sa 300 MWth) għal SO2. Cproċ għall-bijomassa espress f'mg/Nm3 (kontenut ta' l-O2 ta' 6 %): "Bijomassa" tfisser: Prodotti li jikkonsistu kollha kemm huma jew parti minnhom minn materja veġetali mill-agrikoltura jew mill-forestrija, li jistgħu jintużaw għall-iskop ta' l-irkupru tal-kontenut ta' l-enerġija tagħhom, kif ukoll bħala skart imniżżel fl-Artikolu 2(2)(a)(i) sa (v). Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth | SO2 | | 200 | 200 | 200 | NOx | | 350 | 300 | 300 | Trab | 50 | 50 | 30 | 30 | Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għan-NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-impjanti tal-ko-inċinerazzjoni eżistenti bejn 100 u 300 MW li jużaw teknoloġija ta' sodda fluwidifikata u jaħarqu l-bijomassa sakemm il-permess jara minn qabel valur ta' Cproċ ta' mhux iktar minn 350 mg/Nm3. Cproċ għall-karburanti likwidi espressi f'mg/Nm3 (O2 Kontenut ta' 3 %): Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth | SO2 | | 850 | 850 sa 200(tnaqqis lineari minn 100 sa 300 MWth) | 200 | NOx | | 400 | 300 | 200 | Trab | 50 | 50 | 30 | 30 | II.2.2. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet C espress f'mg/Nm3 (O2 kontenut ta' 6 %). Il-valuri medji kollha fuq il-perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu: Sustanzi li jniġġsu | C | Cd + Tl | 0,05 | Hg | 0,05 | Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V | 0,5 | C espress f'mg/Nm3 (O2 kontenut 6 %). Il-valuri medji kollha mkejlin fil-perjodu tal-kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu: Sustanzi li jniġġsu | C | Diossini u furani | 0,1 | II.3. Disposizzjonijiet speċjali għas-setturi industrijali li jikko-inċeneraw l-iskart mhux koperti taħt II.1 jew II.2 II.3.1. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet: C espress f'ng/Nm3. Il-valuri medji kollha mkejlin fil-perjodu tal-kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu: Sustanzi li jniġġsu | C | Diossini u furani | 0,1 | C espress f'mg/Nm3. Il-valuri medji kollha fuq perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu: Sustanzi li jniġġsu | C | Cd + Tl | 0,05 | Hg | 0,05 | [1] Għall-implimentazzjoni tal-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet NOx fran tas-siment li qegħdin jaħdmu u li għandhom permess li jaqbel mal-leġislazzjoni tal-Komunità u li jibdew jikko-inċineraw l-iskart wara d-data msemmija fl-Artikolu 20(3) ma jitqisux bħala impjanti ġodda. -------------------------------------------------- ANNESS III Tekniċi ta' kejl 1. Kejl għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja u l-ilma għandhom jitwettqu f'mod rappreżentattiv. 2. Kampjunar u analiżi tas-sustanzi li jniġġsu kollha li jinkludi diossini u furani kif ukoll metodi ta' kejl ta' referenza biex tikkalibra sistemi awtomatizzati ta' kejl għandhom jitwettqu kif imfassla minn CEN-standards. Jekk CEN standards mhumiex disponibbli, l-ISO standards, standards nazzjonali jew internazzjonali li jassiguraw l-għotja ta' data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti għandhom japplikaw. 3. Fil-livell tal-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' kull jum, il-valuri tal-95 % f'intervalli li tafdahom ta' riżultat wieħed imkejjel m'għandux jaqbeż il-persentaġġi tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet li ġejjin: Monossidu tal-karbonju: | 10 % | Diossidu tal-kubrit: | 20 % | Diossidu tan-nitroġenu: | 20 % | Trab totali: | 30 % | Karbonju organiku totali | 30 % | Kloru idroġenju | 40 % | Floru idroġenju | 40 % | -------------------------------------------------- ANNESS IV Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-iskargar ta' ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust. Sustanzi li jniġġsu | Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet f'konċentrazzjonijiet massi tal-kampjuni mhux iffiltrati | | | 1. Solidi sospiżi totali kif mniżżlin fid-Direttiva 91/271/KEE | 95 %30 mg/l | 100 %45 mg/l | 2. Merkurju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg) | 0,03 mg/l | 3. Kadmju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd) | 0,05 mg/l | 4. Talljum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala talljum (Tl) | 0,05 mg/l | 5. Arseniku u l-komponimenti tiegħu, espress bħala arseniku (As) | 0,15 mg/l | 6. Ċomb u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb) | 0,2 mg/l | 7. Kromjum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kromju (Cr) | 0,5 mg/l | 8. Ram u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ram (Cu) | 0,5 mg/l | 9. Nikel u l-komponimenti tiegħu, espress bħala nikel (Ni) | 0,5 mg/l | 10. Żingu u l-komponimenti tiegħu, espress bħala żingu (Zn) | 1,5 mg/l | 11.Diossini u furani, definiti bħala t-total tad-diossini u furani individwali evalwati skond l-Anness I | 0,3 ng/l | Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għas-solidi sospiżi totali jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' inċinerazzjoni sakemm il-permess jara minn qabel li 80 % tal-valuri mkejlin ma jaqbżux 30mg/l u li l-ebda minnhom ma jaqbżu 45 mg/l. -------------------------------------------------- ANNESS V IL-VALURI TAL-LIMITU TA' L-EMISSJONIJIET TA' L-ARJA (a) Valuri medji ta' kull jum Trab Totali | 10 mg/m3 | Sustanzi tal-gassijiet u organiċi tal-fwar, espressi bħala karbonju organiku totali | 10 mg/m3 | Kloru idroġenju (HCl) | 10 mg/m3 | Floru idroġenju (HF) | 1mg/m3 | Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 50 mg/m3 | Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżisteni b'kapaċità nominali li taqbeż 6 tunnellati kull siegħa jew għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġodda. | 200 mg/m3 [1] | Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżisteni b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati jew inqas kull siegħa. | 400 mg/m3 [1] | Eżenzjonijiet ta' NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' ko-inċinerazzjoni: - b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati fis-siegħa, sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 500mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2008, - b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati fis-siegħa imma bl-istess kapaċità jew inqas minn 16-il tunnellata fis-siegħa sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 400mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2010, - b'kapaċità nominali ta' 16 tunnellati fis-siegħa imma 25 tunnellata fis-siegħa u li ma jipproduċux skargar ta' l-ilma, sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 400mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2008, Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għat-trab jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' l-inċinerazzjoni sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma' jaqbżux 20mg/m3. (b) Valuri medji tan-nofs siegħa | (100 %) A | (97 %) B | Trab Totali | 30 mg/m3 | 10 mg/m3 | Sustanzi tal-gassijiet u organiċi tal-fwar, espressi bħala karbonju organiku totali | 20 mg/m3 | 10 mg/m3 | Kloru idroġenju (HCl) | 60 mg/m3 | 10 mg/m3 | Floru idroġenju (HF) | 4 mg/m3 | 2 mg/m3 | Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 200 mg/m3 | 50 mg/m3 | Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżistenti b'kapacità nominali li taqbeż 6 tunnellati kull siegħa jew għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġodda. | 400 mg/m3 [2] | 200 mg/m3 [2] | Sa l-1 ta' Jannar 2010, eżenzjonijiet ta' l-NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' l-inċinerazzjoni b'kapaċità nominali ta' bejn 6 u 16- il tunnellata fis-siegħa, sakemm il-valur medju ta' nofs siegħa ma jaqbiżx 600mg/m3 għall-kolonna A jew 400mg/m3 għall-kolonna B. (ċ) Il-valuri medji kollha fuq il-perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u ta' 8 siegħat bħala massimu: Kadmju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd) | total ta' 0,05 mg/m3 | total ta' 0,1 mg/m3 [3] | Talljum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala talljum (Tl) | Merkurju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg) | 0,05 mg/m3 | 0,1 mg/m3 [3] | Antimonju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala antimonju (Sb) | total ta' 0,5 mg/m3 | total ta' 1 mg/m3 [3] | Arseniku u l-komponimenti tiegħu, espress bħala arseniku (As) | Ċomb u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb) | Kromjum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kromju (Cr) | Kobalt u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kobalt (Co) | Ram u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ram (Cu) | Manganeżju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala manganeżju (Mn) | Nikel u l-komponimenti tiegħu, espress bħala nikel (Ni) | Vanadju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala vanadju (V) | Dawn il-valuri medji jkopru wkoll formi ta' gass u fwar ta' l-emissjonijiet relevanti tal-metalli tqal kif ukoll il-komposti tagħhom. (d) Il-valuri medji għandhom jitkejlu fuq perjodu ta' kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu. Il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet jirreferi għal konċentrazzjoni totali ta' dijossini u furani kkalkulati bl-użu ta' kunċett ta' l-ekwivalenza tossika skond l-Anness I. Dijossini u Furani | 0,1 ng/m3 | (e) L-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-konċentrazzjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li ġejjin ma jistgħux jinqabżu fil-gassijiet tal-kombustjoni (il-fażijiet tal-bidu u tat-tmiem huma esklużi). - 50 milligrammi/m3 ta' gass tal-kombustjoni iddeterminat bħala valur medju ta' kuljum; - 150 milligrammi/m3 ta' gass tal-kombustjoni li huwa mill-inqas il-95 % tal-kejl kollu ddeterminat bħala il-valuri medji ta' l-10 minuti jew 100mg/m3 ta' gass tal-kombustjoni tal-kejl kollu ddeterminat bħala l-valuri medji ta' nofs siegħa meħudin f'kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa. Eżenzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni li jużaw it-teknoloġija tas-sodda fluwidifikata sakemm il-permess jara bil-quddiem il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) ta' mhux iktar minn 100mg/m3 bħala valur medju ta' kull siegħa. (f) L-Istati Membri jistgħu jniżżlu regoli li jiggvernaw l-eżenzjonijiet ipprovduti f'dan l-Anness. [1] Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti (tal-Komunità) il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għan-NOx ma japplikax għall-impjanti li jinċeneraw biss skart perikoluż. [2] Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti (tal-Komunità) il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għan-NOx ma japplikax għall-impjanti li jinċeneraw biss skart perikoluż. [3] Sa l-1 ta' Jannar 2007 l-valuri medji għall-impjanti eżistenti li jinċeneraw biss skart perikoluż u għal minn l-permess ta' ħidma ġie mogħti qabel l-31 ta' Diċembru 1996. -------------------------------------------------- ANNESS VI Il-formola biex tiġi kkalkulata l-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet fil-persentaġġ standard tal-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu +++++ TIFF +++++ ES = Il-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet ikkalkulati fil-persentaġġ standard tal-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu. EK = Il-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet ikkalkulat OS = Il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu standard OK = Il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu kkalkulat --------------------------------------------------