Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0013

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel.

OJ L 109, 6.5.2000, p. 29–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 005 P. 75 - 89
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 006 P. 9 - 23
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 006 P. 9 - 23
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 007 P. 77 - 90

No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2014; Imħassar b' 32011R1169 . Latest consolidated version: 29/11/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/13/oj

32000L0013



Official Journal L 109 , 06/05/2000 P. 0029 - 0042


Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' 20 Marzu 2000

fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-kumitat Ekonomiku u Socjali [1],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 ta' Trattat [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE ta' 18 Diċembru 1978 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [3] ġiet frekwentament u sostanzjalment emendata [4]. Għalhekk, għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità, din id-direttiva għandha tkun ikkonsolidata f'text wieħed.

(2) Differenzi bejn il-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amminnistrattivi ta' l-Istati Membri fuq il-tikkettjar ta' oġġetti ta' l-ikel tista' timpedixxi ċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawn il-prodotti u tista' twassal għal kundizzjonijiet mhux ugwali ta' kompetizzjoni.

(3) Għalhekk, l-approsimazzjoni ta' dawn il-liġijiet għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija bla problemi tas-suq komuni.

(4) L-iskop ta' din id-direttiva għandu jkun li tagħmel regoli ta' natura ġenerali tal-Komunità applikabli orizzontalment għall-prodotti kollha ta' l-ikel li jitqiegħdu fis-suq.

(5) Regoli ta' natura speċifika li japplikaw vertikalment għal ċerti prodotti partikolari biss għandhom jitniżżlu f'dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawk il-prodotti.

(6) Il-konsiderazzjoni primarja għal kwalunkwe regoli fuq il-tikkettjar ta' oġġetti ta' l-ikel għandha tkun il-ħtieġa li tinforma u tipproteġi lill-konsumatur.

(7) Dik il-ħtieġa tfisser li l-Istati Membri jistgħu, b'osservazzjoni tar-regoli tat-Trattat, jimponu rekwiżiti ta' lingwi.

(8) Tikkettjar dettaljat, b' mod partikolari jieħu in konsiderazzjoni n-natura eżatta u l-karatteristiċi tal-prodott li jħalli lill-konsumatur jagħmel l-għażla tiegħu waqt li jkun jaf il-fatti kollha, huwa l-aktar xieraq billi joħloq l-inqas ostakoli għal negozju ħieles.

(9) Għalhekk, għandha ssir lista ta' l-informazzjoni kollha li għandha in prinċipju tiġi inkluża fil-tikkettjar tal-prodotti kollha ta' l-ikel.

(10) Iżda, in-natura orizzontali ta' din id-Direttiva ma tħallix, fl-istadju inizjali, l-inklużjoni fl-indikazzjoni obbligatorja ta' l-indikazzjonijiet kollha li jridu jkunu magħquda mal-lista u tapplika in prinċipju ma' l-għażla kollha tal-oġġetti ta' l-ikel. Waqt stadju aktar tard, dispożizzjonijiet tal-Komunità għandhom jiġu adottati, bl-għan li tissuplimenta r-regoli eżistenti.

(11) Aktar u aktar, fl-assenza ta' regoli ta' natura speċifika tal-Komunità l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jagħmlu ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din id-Direttiva, madankollu dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal proċedura tal-Komunità.

(12) Din il-proċedura tal-Komunità trid tkun ta' deċiżjoni tal-Komunità meta Stat Membru jixtieq jagħmel leġislazzjoni ġdida.

(13) Għandu jkun hemm dispożizzjoni li biha il-leġislatur tal-Komunità jidderoga, f'każijiet eċċezzjonali, minn-ċerti obligazzjonijiet li ġew ġeneralment iffissati.

(14) Ir-regoli fuq tikkettjar għandhom ukoll jipprojbixxu l-użu ta' informazzjoni li tqarraq bix-xerrej jew tattribwixxi kwalitajiet mediċinali lil oġġetti ta' l-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għall-preżentazzjoni u r-riklamar tal-oġġetti ta' l-ikel.

(15) Bl-għan li tiffaċilità negozju bejn l-Istati Membri, jista' jiġi pprodvut li, fi stadji qabel il-bejgħ lill-konsumatur, informazzjoni fuq l-elementi essenzjali biss għandha tidher fuq l-imballaġġ ta' barra u ċerti partikolaritajiet mandatorji li għandhom jidhru fuq oġġetti ta' l-ikel li ġew digà imballeġġjati jeħtieġ li jidhru biss f'dokumenti kummerċjali li jirreferu għalihom.

(16) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, li jiddependi fuq kundizzjonijiet u ċirkostanzi prattiċi lokali, biex jagħmlu regoli dwar tikkettjar ta' oġġetti ta' l-ikel li jinbiegħu fi kwantità; f'dawn il-każijiet, l-informazzjoni għandha madankollu tkun ipprovduta lill-konsumatur.

(17) Bl-għan li tissimplifika u taċċellera l-proċedura, il-Kummissjoni għandha x-xogħol li tadotta miżuri implimentattivi ta' natura teknika.

(18) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva għandha tiġi adottata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ta' 28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju ta' implimentazzjoni tal-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni [5].

(19) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li tirrigwarda l-limiti għat-trasportazzjoni ta' Direttivi mniżżla f'L-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-tikkettjar ta' oġġetti ta' l-ikel li għandu jiġi mqassam lill-konsumatur u ċerti aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-preżentazzjoni u r-riklamar tiegħu.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-oġġetti ta' l-ikel intenzjonat għar-restaurants, l-isptarijiet, il-canteens u l-"mass-caterers" simili (hawn iktar 'il quddiem imsejħa bħala "mass caterers").

3. Għall-iskop ta' dan id-Direttiva,

(a) "tikkettjar" ifisser kwalunkwe kliem, partikolaritajiet, marka tipika tan-negozju, isem ta' ditta, ħaġa mpinġija jew simboli li għandhom x'jaqsmu ma' prodott ta' l-ikel u poġġuti fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, ċurkett jew kullar li jakkumpanja jew jirreferi għal dan il-prodott ta' l-ikel;

(b) "oġġetti ta' l-ikel li diġà huma mballeġġati" ifissru partita waħda għal preżentazzjoni bħala tali lill-konsumatur aħħari u għal "mass caterers", li jikkonsistu fi prodott ta' l-ikel u l-imballaġġ li fih jitqiegħed qabel ma jkun offrut għall-bejgħ, sewwa jekk dan il-metodu ta' imballaġġ jaqgħlaq kompletament jew parzjalment il-prodott ta' l-ikel, iżda f'każ bħal dan b'metodu li l-kontenuti ma jistgħux jitbiddlu mingħajr ma jinfetaħ jew jitbiddel l-imballaġġ tal-prodott.

Artikolu 2

1. Il-tikkettjar u metodi użati ma jridux:

(a) ikunu tali li jqarrqu bix-xerrej għal grad materjali, partikolarment:

(i) għall-karatteristiċi tal-prodott ta' l-ikel u, b'mod partikolari, għan-natura tiegħu, l-identità, il-kwalitajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, iż-żmien li jżomm, l-oriġini jew il-provenjenza, il-metodu tal-manifattura jew tal-produzzjoni;

(ii) billi tattribwixxi lill-prodott ta' l-ikel effetti jew kwalitajiet li ma jipposjedix;

(iii) billi tissuġerixxi li l-prodott ta' l-ikel jipposjedi karatteristiċi speċjali meta infatti l-prodotti kollha ta' l-ikel li huma simili jipposjedu karatteristiċi simili;

(b) soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabli għall-ilma naturali minnerali u oġġetti ta' l-ikel għall-użu ta' nutriment partikolari, jattribwixxi lil kwalunkwe prodott ta' l-ikel il-kwalità li jipprevjeni, jittratta jew jikkura marda umana, jew jirreferi għal kwalitajiet simili.

2. Il-Kunsill, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 95 tat-Trattat, jistabbilixxi lista li ma tħalli xejn barra ta' talbiet skond it-tifsira ta' paragrafu 1, li l-użu tiegħu fil-każijiet kollha jrid jkun ipprojbit jew ristrett.

3. Il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet riferiti f'paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal:

(a) il-preżentazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel, b'mod partikolari l-forma tagħhom, l-apparenza jew il-mod li ġew imballeġġjati, il-materjal użat għall-imballeġġjar tagħhom, il-metodu li fih ġew irranġati u l-mod kif ġew murija;

(b) riklamar.

Artikolu 3

1. Skond l-Artikoli 4 sa 17 u soġġett għal eċċezzjonijiet li fihom, indikazzjoni tal-partiklolaritajiet li ġejjin biss ikunu obbligatorji fuq il-tikkettjar tal-oġġetti ta' l-ikel.

(1) l-isem li taħtu jiġi mibjugħ il-prodott;

(2) il-lista ta' ingredjenti;

(3) il-kwantità ta' ċerti ingredjenti jew kategoriji ta' ingredjenti kif ipprovdut fl-Artikolu 7;

(4) fil-każ ta' oġġetti ta' l-ikel diġà imballeġġjati, il-kwantità netta;

(5) id-data li l-inqas iżommu jew, f'każ ta' oġġetti ta' l-ikel li, mill-punt mikrobioloġiku hemm l-akbar ċans ta' telf, id-data li fiha l-oġġett irid ikun intuża;

(6) kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali ta' ħażna jew kondizzjonijiet ta' użu;

(7) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur jew ta' dak li jippakkja, jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità.

Iżda, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, għar-rigward ta' butir li ġie prodott fit-territorju tagħhom, li jirrikjedu biss indikazzjoni tal-manifattur, dak ta' l-imballeġġjatur jew tal-bejjiegħ.

Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni pprovuta fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'kull miżura li tittieħed skond it-tieni paragrafu;

(8) partikolaritjiet tal-post ta' oriġini jew provenjenza fejn nuqqas li tagħti partikolaritajiet bħal dawn jistgħu iqarrqu bil-konsumatur sa grad materjali rigward il-vera oriġini jew provenjenza tal-prodott ta' l-ikel;

(9) istruzzjonijiet għall-użu fejn ikun impossibli li tagħmel użu xieraq mill-prodott ta' l-ikel fin-nuqqas ta' dawn l-istruzzjonijiet;

(10) rigward xarbiet li fihom aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol, il-qawwa attwali ta' l-alkoħol bil-volum.

2. Minnkejja il-paragrafu preċedenti, l-Istati Membri jistgħu jzommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrikjedu indikazzjoni tal-fabbrika jew ċentru ta' imballaġġ, rigward il-produzzjoni fid-djar.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzjuu għal dispożizzjonijiet iktar preċiżi jew iktar estensivi rigward piżijiet u miżuri.

Artikolu 4

1. Dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabli għal oġġetti ta' l-ikel speċifikati u mhux għal oġġetti ta' l-ikel in ġenerali jistgħu jipprovdu derogi, f'każi eċċezzjonali, mir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 3(1), punt 2 u 5, sakemm dan ma jirriżultax f'nuqqas ta' informazzjoni lix-xerrej.

2. Dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabli għal oġġetti ta' l-ikel speċifikati u mhux għal oġġetti ta' l-ikel in ġenerali jistgħu jipprovdu li jidhru fuq il-tikkettjarpartikolaritajiet in addizzjoni ma' dawk imniżżla fl-Artikolu 3.

Fejn mhemmx dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal partikolaritajiet bħal dawn skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità riferiti f'paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 5

1. L-isem li taħtu jinbiegħ prodott ta' l-ikel ikun l-isem ipprovdut fid-dispożizzjoni tal-Komunità applikabli għalih.

(a) Fl-assenza ta' dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-isem li taħtu jinbiegħ prodott ikun l-isem ipprovdut fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amminnistrattivi applikabli fl-Istat Membru fejn jinbiegħ il-prodott lill-konsumatur finali jew lill-"mass caterers".

Fl-assenza ta' dan, l-isem li taħtu jinbiegħ prodott ikun l-isem soltu fl-Istat Membru ta' fejn jinbiegħ lill-konsumatur jew lill-"mass caterers", jew deskrizzjoni tal-prodott ta' l-ikel, u jekk neċessarju ta' l-użu tiegħu, li huwa ċar biżżejjed biex tħalli lix-xerrej jaf il-vera natura tiegħu u jiddistingwih minn prodotti oħra li jistgħu jiġu konfużi miegħu.

(b) L-użu fl-Istat Membru ta' marketing a' l-isem tal-bejgħ li taħtu jinbiegħ il-prodott legalment manifatturat u marketed fl-Istat Membru tal-produzzjoni għandu jiġi permess.

Iżda, fejn l-applikazzjoni tad-dispozzizjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 3, ma jippermettux lill-konsumaturi fl-Istat Membru li jinegozja l-prodott, li jkunu jafu l-vera natura tal-prodott ta' l-ikel u tiddistingwih minn oġġetti ta' l-ikel li jitħawduh magħhom, l-isem tal-bejgħ għandu jkun akkumpanjat minn informazzjoni deskrittiva oħra li għandha tidher viċin ta' l-isem tal-bejgħ.

(ċ) F'każi eċċezzjonali, l-isem tal-bejgħ tal-produzzjoni ta' l-Istat Membru ma jintużax fl-Istat Membru li jmexxi l-prodott, meta l-prodott ta' l-ikel li tinnominna huwa tant differenti, rigward il-kompożizzjoni tiegħu jew manifattura, mill-prodott ta' l-ikel li hu magħruf taħt dak l-isem li d-dispożizzjonijiet ta' punt (b)mhumiex suffiċjenti biex jassiguraw, fl-Istat Membru li jmexxi l-prodott, informazzjoni korretta għall-konsumaturi.

2. Ebda karatteristika tipika ta' negozju, isem tad-ditta jew isem "fancy" ma jistgħu jiġu ssostitwiti għall-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott.

3. L-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott għandu jinkludi jew ikun akkumpanjat b'partikolaritajiet dwar il-kundizzjoni fiżika tal-prodott ta' l-ikel jew trattament speċjali li għaddiet minnu (e.g. magħmul trab, priżervat bi proċess rapidu ta' ffriżar u nxif, iffriżat, ikkonċentrat, mielaħ) f'dawk il-każijiet kollha fejn omissjoni ta' tali informazzjoni tista' toħloq konfużjoni f'moħħ ix-xerrej.

Kwalunkwe prodott ta' l-ikel li ġie ttrattat b'radjazzjoni ta' jodju għandu jkollu wieħed minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejja:

- in Spanish:

"irradiado" or "tratado con radiación ionizante",

- in Danish:

"bestrålet/ …" or "strålekonserveret" or "behandlet med ioniserende stråling" or "konserveret med ioniserende stråling",

- in German:

"bestrahlt" or "mit ionisierenden Strahlen behandelt",

- in Greek:

"επεξεργασμένο με ιονίζουσα ακτινοβολία" or "ακτινοβολημένο",

- in English:

"irradiated" or "treated with ionising radiation",

- in France:

"traité par rayonnements ionisants" or "traité par ionisation",

- in Italian:

"irradiato" or "trattato con radiazioni ionizzanti",

- in Dutch:

"doorstraald" or "door bestraling behandeld" or "met ioniserende stralen behandeld",

- in Portuguese:

"irradiado" or "tratado por irradiação" or "tratado por radiação ionizante",

- in Finnish:

"säteilytetty" or "käsitelty ionisoivalla säteilyllä",

- in Swedish:

"bestrålad" or "behandlad med joniserande strålning".

Artikolu 6

1. Ingredjenti jkunu mniżżla skond dan l-Artikolu u l-Annessi I, II u III.

2. Ingredjenti m'għandhomx għalfejn jitniżżlu f'każ ta':

(a) - ikel u ħaxix frisk, inkluża patata, li ma tqaxxritx, ma ġietx maqtugħa jew similment ittrattata,

- ilma jfexxfex, li d-deskrizzjoni tiegħu turi li ġie mfexxfex,

- ħall iffermentat li ġej eskussivament minn prodott bażiku wieħed, sakemm ma ġie miżjud ebda prodott ieħor;

(b) - ġobon,

- butir,

- ħalib u krema ffermentata,

sakemm ebda prodott ieħor ma ġie miżjud ħlief prodott tal-ħalib, enżimi, u kulturi ta'mikro-organismi essenzjali għall-manifattura, jew il-melħ meħtieġ għall-manifattura ta' ġobon, oltre ġobon frisk u ġobon ipproċessat.

(ċ) prodotti li fihom ingredjent wieħed, fejn:

- l-isem tal-bejgħ huwa identiku ma' l-isem ta' l-ingredjent, jew

- l-isem tal-bejgħ jħalli n-natura ta' l-ingredjent tiġi kjarament identifikata.

3. F'każ ta' xarbiet li fihom aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol, il-kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, qabel it-22 ta' Diċembru 1982, jiddeterminna r-regoli għal -tikkettjar ta' l-ingredjenti.

4. (a) "Ingredjent" jfisser kwalunkwe sustanza, inklużi additivi, użati fil-manifattura jew preparazzjoni tal-prodott ta' l-ikel u jibqgħu ippreżenti meta jitlesta l-prodott, anke f'forma alternata.

(b) Meta ingredjent ta' prodott ta' l-ikel huwa fih innifsu prodott ta' ħafna ingredjenti, dawn ta' l-aħħar ikunu meqjusa bħala ingredjenti tal-prodott ta' l-ikel in kwestjoni.

(ċ) Dawn ma jiġux meqjusa bħala ingredjenti:

(i) il-kostitwenti ta' l-ingredjenti li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta'manifattura u iktar tard introdotti mill-ġdid iżda mhux fl-eċċess tal-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(ii) additivi:

- li l-preżenza tagħhom f'ċertu prodott ta' l-ikel huwa biss minnħabba l-fatt li kienu jinsabu f'wieħed jew iktar ingredjenti ta' dak il-prodott ta' l-ikel, sakemm ma jservux funzjoni teknoloġika fil-prodott meta jkun lest,

- li huma użati bħala għajnuniet ta' pproċessar;

(iii) sustanzi użati fil-kwantitajiet strettament neċessarji bħala solventi jew mezz għal additivi jew ħwawar.

(d) F'ċerti każi Deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) dwar jekk il-kundizzjonijiet deskritti f'punt (c)(ii) u (iii) huma sodisfatti.

5. Il-lista ta' ingredjenti tinkludi ingredjenti tal-prodott ta' l-ikel, f'ordni dixxendenti ta' piż, kif irrekordjat fil-ħin ta' l-użu tagħhom fil-manifattura tal-prodott ta' l-ikel. Jidher ippreċedut b'titolu adattat li jinkludi fih il-kelma "ingredjenti".

Madankollu:

- ilma miżjud u prodotti volatili għandhom ikunu mniżżla fl-ordni tal-piż tagħhom fil-prodott meta jkun lest; l-ammont ta' ilma miżjud bħala ingredjent fil-prodott ta' l-ikel ikun ikkalkolat billi tnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali ta' ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont jista' ma jittiħidx in konsiderazzjoni jekk ma jeċċedix 5 % bl-użin tal-prodott lest,

- ingredjenti użati f'forma kkonċentrata jew mnixxfa u rrikostitwiti fil-ħin tal-manifattura jistgħu jitniżżlu skond l-ordni ta' l-użin kif irrikordjati qabel il-konċentrazzjoni jew tnixxif tagħhom,

- fil-każ ta' ikel ikkonċentrat jew imnixxef li huma intenzjonati biex jiġu rrikostitwiti bl-addizzjoni ta' ilma, l-ingredjenti jistgħu jitniżżlu skond il-proporzjon fil-prodott irrikostitwit basta dik il-lista ta' ingredjenti hija akkumpanjata b'espressjoni bħal "ingredjenti tal-prodott irrikostitwit", jew "ingredjenti tal-prodott li huwa lest għall-użu",

- f'każ ta' taħlit ta' frott jew ħaxix, fejn ebda frott jew ħaxixa ma tippredominna b'mod signifikanti in proporzjon ta' l-użin, dawk l-ingredjenti jistgħu jiġu mniżżla f'ordni oħra sakemm dik il-lista ta' ingredjenti hija akkumpanjata b espressjoni bħal "fi proprozjon varjat"

- f'każ ta' taħlit ta' ħwawar jew ħxejjex aromatiċi fejn l-ebda waħda ma tippredominna b'mod signifikanti in proporzjon ta' l-użin, dawk l-ingredjenti jistgħu jiġu mniżżla f'ordni oħra sakemm dik il-lista ta' ingredjenti hija akkumpanjata b' espressjoni bħal "fi proprozjon varjat".

6. L-ingredjenti għandhom ikunu magħrufa bl-isem speċifiku tagħhom, fejn applikabbli, skond ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 5.

Madankollu:

- ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla fl-Anness I u huma kostitwenti ta' prodott ieħor ta' l-ikel jeħtieġ li jkunu magħrufa bl-isem ta' dik il-kategorija.

Tibdil għal lista ta' kategoriji f'L-Anness I tista' tiġi affetwata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Iżda, id-deżinjazzjoni ta' "lamtu" mniżżla fl-Anness I għandha tkun dejjem komplimentata bl-indikazzjoni ta' l-oriġini veġetali speċifika tagħha, meta dak l-ingredjent jista' jkun fih il-glutina,

- ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla fl-Anness II jridu jkunu magħrufa bl-isem ta' dik il-kategorija, segwit bl-isem speċifiku tagħhom jew numru KE; jekk ingredjent jappartjeni għal iktar minn kategoriji, il-kategorija approprjata għal funzjoni prinċipali fil-każ tal-prodott ta' l-ikel in kwistjoni jiġi indikat.

Emendi għal dan l-Anness ibbażati fuq avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Iżda, id-deżinjazzjoni ta' "lamtu modifikat" imniżżel f'L-Anness II għandha tkun dejjem komplimentata bl-indikazzjoni ta' l-oriġini veġetali speċifika tagħha, meta dak l-ingredjent jista' jkun fih il-glutina,

- ħwawar għandhom jiġi murija skond l-Anness III,

- id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità li jistabilixxu l-indikazzjoni ta' trattament ta' ingredjent b'radjazzjoni tal-jodju jiġu adottati sussegwentament skond l-Artikolu 95 tat-Trattat.

7. Dispożizzjonijiet tal-Komunità jew, fejn m'hemmx, dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jistabbilixxu li l-isem li taħtu jinbiegħ prodott ta' l-ikel speċifiku jiġi akkumpanjat billi jsemmu ingredjent jew ingredjenti partikolari.

Il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9 tapplika għal xi dispożizzjonijiet nazzjonali.

Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità riferiti f'dan il-paragrafu jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

8. Fil-każ riferit fil-paragrafu 4(b), ingredjent mħallat jista'jiġi inkluż fil-lista ta' ingredjenti, taħt l-isem tagħha sakemm dan huwa mniżżel bil-liġi jew stabilit bil-konswetudini, fl-użin totali tiegħu, sakemm dan huwa immedjatament segwit b' lista ta' l-ingredjenti tiegħu.

Lista bħal din, madankollu, ma tkunx obbligatorja:

(a) fejn l-ingredjent imħallat jikkostitwixxi inqas minn 25 % tal-prodott meta lest; iżda, din l-eżenzjoni ma tapplikax fil-każ ta' additivi, soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 4(c);

(b) fejn l-ingredjent mħallat huwa prodott ta' l-ikel li għalih lista ta' ingredjenti mhijiex meħtieġa taħt ir-regolamenti tal-Komunità.

9. Minnkejja l-paragrafu 5 il-kontenut ta' l-ilma ma jeħtieġx li jiġi speċifikat:

(a) fejn l-ilma huwa użat waqt il-proċess ta' manifattura unikament għar-rikostituzzjoni ta' ingredjent użat f'forma kkonċentrata jew imnixxfa;

(b) f'każ ta' medium likwidu li mhuwiex normalment kkonsumat.

Artikolu 7

1. Il-kwantità ta' ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti użati fil-manifattura jew preparazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel jiġi ddikjarat skond dan l-Artikolu.

2. L-indikazzjoni riferita fil-paragrafu 1 għandha tkun obbligatorja:

(a) fejn l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti kkonċernati jidhru f'isem li taħtu jinbiegħu l-oġġetti ta' l-ikel jew li normalment huwa assoċjat ma' dak l-isem mill-konsumatur; jew

(b) fejn l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti kkonċernati hija emfasizzata fuq il-tikkettjar fi kliem, stampi jew grafiċi; jew

(ċ) fejn l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti kkonċernati hija essenzjali biex tikkaratterizza prodott ta' l-ikel u biex tiddistingwih minn prodotti li magħhom jistgħu jiġu konfużi minnħabba l-isem tagħhom jew l-apparenza; jew

(d) fil-każijiet iddeterminati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

3. Paragrafu 2 ma japplikax:

(a) għal ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti:

- il-piż nett iddrejnjat li tiegħu hemm indikazzjoni skond ma jitlob l-Artikolu 8(4), jew

- il-kwantitajiet li minnhom huma diġà rikjesti biex jingħataw fuq il-tikkettjar taħt id-dispożizzjonijiet tal-Komunità, jew

- li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-iskop ta' togħma, jew

- li, waqt li jidhru fl-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, mhuwiex tali li tikkmanda l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż li tmexxi l-prodott għaliex il-varjazzjoni fil-kwantità mhijiex essenzjali biex tikkaratterizza l-prodott ta' l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili. F'każ ta' dubbju jiġi deċiż skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) dwar jekk il-kundizzjonijiet mniżżla f'dan l-inċiż humiex segwiti;

(b) fejn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità jistipulaw preċiżament il-kwantità ta' ingredjent jew ta' kategorija ta' ingredjenti mingħajr ma tipprovdi għal indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta.

(ċ) fil-każijiet riferiti fir-raba' u l-ħames inċiż ta' l-Artikolu 6(5);

(d) fil-każijiet iddeterminnati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

4. Il-kwantità indikata, espressa bħala percentwali, tikkoripsondi għall-kwantità ta' l-ingredjent jew ingredjenti fil-ħin ta' l-użu tiegħu/tagħhom. Iżda, dispożizzjonijiet tal-Komunità jistgħu jippermettu derogi minn dan il-prinċipju għal ċerti oġġetti ta' l-ikel. Dispożizzjonijiet bħal dawn jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

5. L-indikazzjoni rriferita fil-paragrafu 1 tidher jew ġewwa jew immedjatament ħdejn l-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott ta' l-ikel jew fil-lista ta' ingredjenti in konnezjoni ma' l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti in kwistjoni.

6. Dan l-Artikolu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità dwar tikkettjar ta' nutriment għal oġġetti ta' l-ikel.

Artikolu 8

1. Il-kwantità netta ta' ikel diġà mballeġġjat għandha tiġi espressa:

- f'unitajiet ta' volum f'każ ta' likwidi,

- f'unitajiet ta' massa f'każ ta' prodotti oħra,

għandu jintuża l-litru, iċ-ċentilitru, il-milllilitru, il-kilogramm jew il-gramma, kif xieraq.

Dispożizzjonijiet tal-Komunità jew, fejn m'hemmx, dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw għal ċerti oġġetti ta' l-ikel speċifikati jistgħu jidderogaw minn din ir-regola.

Il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19 tapplika għal xi dispożizzjonijiet nazzjonali.

2. (a) Fejn l-indikazzjoni ta' xi tip ta' kwantità (e.g. kwantità nominali, kwantità minima, kwantità mdaqqsa) hija meħtieġa mid-diposizzjonijiet tal-Komunità, jew fejn m'hemmx, minn dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità tkun meqjusa bħala l-kwantità netta għall-iskop ta' din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni pprovuta fl-Artikolu 24, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'kull miżura li tittieħed skond dan il-punt.

(b) Dispożizzjonijiet tal-Komunità jew, fejn m'hemm xejn, dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu, għal ċerti oġġetti ta' l-ikel speċifikati kklassifikati bil-kwantità f'kategoriji, jirrikjedu indikazzjonijiet oħra ta' kwantità.

Il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19 tapplika għal xi dispożizzjonijiet nazzjonali.

(ċ) Fejn ħaġa diġà imballeġġjata tikkonsisti fi tnejn jew iktar oġġetti individwali digà imballeġġjati li fihom l-istess kwantità ta' l-istess prodott, il-kwantità netta tkun indikata billi ssemmi l-kwantità netta kkontenuta f'kull pakkett indivdwali u n-numru totali ta' paketti bħal dawn. Indikazzjoni ta' dawn il-partikolaritajiet ma għandhiex tkun obbligatorja, iżda, fejn in-numru totali ta' pakketti individwali jista' jidher b'mod ċar u jingħadd faċilment min-naħa ta' barra u fejn mill-inqas indikazzjoni waħda tal-kwantità li hemm f'kull pakkett individwali tista' tidher b'mod ċar min-naħa ta' barra.

(d) Fejnoġġett li huwa diġà mballeġġjat jikkosnsisti fi tnejn jew aktar pakketti individwali li mhumiex meqjusa bħala unitajiet ta' bejgħ, il-kwantità netta tingħata billi tindika l-kwantità netta totali u n-numru totali ta' pakketti individwali. Dispożizzjonijiet tal-Komunità, jew fejn m'hemmx, dispożizzjonijiet nazzjonali m'għandhomx f'każ ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel, jirrekjedu indikazzjoni tan-numru totali ta' "packages" individwali.

Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'kull miżura li tittieħed skond dan il-punt.

3. F'każ ta' oġġetti ta' l-ikel normalment mibjugħa bl-għadd, l-Istati Membri ma jeħtieġux indikazzjoni tal-kwantità netta sakemm in-numru ta' affarijiet jista' jidher b'mod ċar u jingħadd faċilment min-naħa ta' barra jew, jekk dan ma jkunx possibbli, huwa indikat fuq il-tikkettjar.

Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 24, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'kull miżura li tittieħed skond dan il-paragrafu

4. Fejn prodott solidu ta' ikel huwa ppreżentat f'medju likwidu, l-użin totali nett imnaqqas ta' l-ikel għandu jiġi indikat fuq il-tikkettjar.

Għall-iskop ta' dan il-paragrafu "medium likwidu" ifisser dawn il-prodotti, possibilment f'taħlit u ukoll fejn iffriżat jew "quick- frozen", sakemm il-likwidu huwa biss żieda ma' l-elementi essenzjali ta' dik il-preparazzjoni u għalhekk mhuwiex fattur deċiżiv għal dik ix-xirja: ilma, soluzjonijiet mmerqa tal-melħ, ilma mielaħ, soluzzjonijiet immerqa ta' aċidi ta' l-ikel, soluzzjonijiet ta' zokkor mmerraq, soluzzjonijiet immerqa ta' sustanzi ħelwa oħra, sugu tal-frott jew ħaxix fil-każ ta'frott jew ħaxix.

Din il-lista tista' tiġi ssuplimentata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Metodi ta' spezzjonar ta' l-użin nett iddrejnjat ikun iddeterminat skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

5. Ma jkunx obbligatorju li tindika l-kwantità netta fil-każ ta' oġġetti ta' l-ikel:

(a) li huma soġġetti għal telf konsiderevoli fil-volum jew massa tagħhom u li huma mibjugħa bl-għadd jew li ġew miżjuna fil-preżenza tax-xerrej;

(b) il-kwantità netta li hi inqas minn 5 g jew 5ml; iżda, din id-dispozizzjoni ma tapplikax għal ħwawar u ħxejjex aromatiċi.

Dispożizzjonijiet tal-Komunità jew, fejn m'hemmx, dispożizzjonijiet nazzjonali applikabli għal oġġetti ta' l-ikel speċifikati jistgħu f'każijiet eċċezzjonali jistabbilixxu limiti li huma ogħla minn 5 g jew 5 ml sakemm dan ma jirriżultax li x-xerrej jiġi infurmat b'mod inadegwat.

Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 24, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull miżura li tittieħed skond dan il-paragrafu.

6. Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità rriferiti f'paragrafi 1, t-tieni subparagrafu, 2(b) u (d) u 5, it-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 9

1. Id-data minima li jżomm prodott tkun id-data sakemm il-prodott ta' l-ikel iżomm il-kwalitajiet speċifiċi tiegħu meta maħżun sewwa.

Tkun indikata skond il-paragrafi 2 sa 5.

2. Id-data tkun ippreċeduta bil-kliem:

- "Tajjeb qabel…" meta d-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata,

- "tajjeb qabel l-aħħar…" f'każijiet oħra.

3. Il-kliem irriferiti fil-paragrafu 2 ikun akkumpanjat b:

- jew id-data nnifisha, jew

- referenza ta' fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Jekk hemm bżonn, dawn il-partikolaritajiet għandhom ikunu segwiti b'deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-ħażna li għandhom ikunu osservati jekk il-prodott għandu jżomm għal perjodu speċifikat.

4. Id-data tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena fil-forma kronoloġika mhux ikkodifikata.

Madankollu, f'każ ta' oġġetti ta' l-ikel:

- li ma jżommux iktar minn tliet xhur, ikun biżżejjed jekk ikun hemm indikazzjoni tad-data u tax-xahar,

- li jżommu iktar minn tliet xhur iżda mhux aktar minn 13-il xahar, ikun biżżejjed indikazzjoni tax-xahar u tas-sena,

- li jżommu iktar minn tmintax-ilxahar, indikazzjoni tas-sena għandha tkun biżżejjed.

Il-metodu ta' kif tiġi tindikata d-data jista' jiġi speċifikat skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

5. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jimponu tipi oħra ta' indikazzjoni ta' data, indikazzjoni ta' d-data li sa fiha jżommu l-affarijiet ma tkunx meħtieġa għal:

- frott u ħaxix frisk, inkluża patata, li ma tqaxxritx, ma ġietx maqtugħa jew similment ittrattata, Din id-deroga ma tapplikax għal żerriegħa li qed tinbet u prodotti simili bħal ħaxix li qiegħed jinbet,

- inbejjed, "liqueur wines" inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili li ġejjin minn frott barra minn għeneb, u xarbiet li jaqgħu taħt kodiċi NM 22060091, 22060093 u 22060099 u manifatturat minn għeneb jew "grapemusts",

- xarbiet li fihom 10 % jew aktar b'volum ta' alkoħol,

- xorb mhux alkoħoliku, sugu tal-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici f'reċipjenti individwali ta' aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil "mass-caterers",

- furnara "jew kokijiet tal-ħelu" ħwejjeġ li minnħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, huma normalment ikkonsmati fi żmien 24 siegħa mill-manifattura tagħhom,

- ħall,

- melħ ta' tisjir,

- zokkor solidu,

- prodotti tal-ħelu li jikkonsistu kważi unikament f'togħmiet u/jew zokkor ikkulurit,

- "chewing gums" u prodotti simili li jintmagħdu,

- porzjonijiet individwali tal-ġelat.

Artikolu 10

1. F'każ ta' oġġetti ta' l-ikel li, mill-punt mikrobioloġiku, jmorru malajr ħafna a għalhekk hemm possibbiltà li wara perjodu qasir jikkostitwixxu perikolu immedjat għas-saħħa tal-bniedem, id-data li jżommu l-inqas l-affarijiet tkun issostitwita bid-data "uża sa".

2. - bl-Ispanjol :

,

- bid-Daniż :

,

- bil-Ġermaniż :

,

- bil-Grieg :

,

- bl-Ingliż :

,

- bil-Franċiż :

,

- bit-Taljan :

,

- bl-Olandiż :

,

- bil-Portugiż :

,

- bil-Finlandiż :

,

- bl-Iżvediż :

.

Dawn il-kliem għandhom ikunu akkumpanjati b:

- jew id-data nnifisha, jew

- referenza ta' fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Dawn il-partikolaritajiet ikunu segwiti b'deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħażna li għandhom jiġu osservati.

3. Id-data tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u possibilment, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux ikkodifikata.

4. F'ċerti każijiet jista' jiġi deċiż bil-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) jekk il-kundizzjonijiet mniżżla fil-paragrafu 1 ġewx osservati.

Artikolu 11

1. L-istruzzjonijiet għal użu ta' prodott ta' l-ikel għandhom ikunu indikati b'tali mod li jsir użu sew tagħhom.

2. Dispożizzjonijiet tal-Komunità, jew fejn m'hemmx, dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu f'każi, ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel jisspeċifikaw l-metodu ta' kif l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu indikati.

Il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19 għandha tapplika għal xi dispożizzjonijiet nazzjonali.

Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità rriferiti f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 12

Ir-regoli li jirrigwardjaw indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum fil-każ ta' prodotti koperti bit-tariffa bit-titolu numru 22.04 u 22.05, ikunu dawk mniżżla fid-dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabli għal dawn il-prodotti.

Fil-każ ta' xarbiet oħra li fihom aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkohol, dawn ir-regoli għandhom jitniżżlu skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 13

1. (a) Meta l-oġġetti ta' l-ikel huma digà imballeġġjati, il-partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 3 u 4(2) għandhom jidhru fuq id-digà imballeġġjat jew fuq tikketta mwaħħla magħha.

(b) Minkejja punt (a) u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq kwantitajiet nominali, fejn oġġetti ta' l-ikel diġà imballeġġjati huma:

- maħsuba għall-konsumatur iżda marketed fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur u fejn bejgħ lil "mass caterer" mhwiex involut f'dak l-istadju.

- maħsuba għal forniment ta' "mass caterers" għal preparazzjoni, pproċessar, qsim jew qtugħ,

il-partikolaritajiet meħtieġa taħt l-Artikoli 3 u 4(2) jeħtieġu jidhru biss fuq dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-oġġetti ta' l-ikel fejn jista' jiġi assigurat li tali dokumenti, li fihom l-informazzjoni kollha fuq tikkettjar, jew jakkumpanjaw il-oġġetti ta' l-ikel li għalihom jirreferu jew intbagħtu qabel jew fl-istess ħin li ġew ikkonsenjati.

(ċ) Fil-każ riferit f'punt (b), il-partikolaritajiet irriferiti fl-Artikolu 3(1) punt 1, 5 u 7 u, fejn applikabbli, dak irriferit fl-Artikolu 10, jidhru wkoll fuq il-pakkett estern fejn il-oġġetti ta' l-ikel huma ppreżentati għat-tmexxija.

2. Il-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) għandhom ikunu faċli li wieħed jifhimhom u mmarkati f'post konspikwu b'tali mod li jidher faċilment, jista' jinqara u ma jistax jitħassar.

M'għanhom bl-ebda mod jinħbew, jitgħattew jew interrotti b'materja miktuba jew stampata.

3. Il-partikolaritajiet mniżżla fl-Artikolu 3(1), punti 1,4, 5 u 10 jidhru fl-istess viżjoni.

Dan ir-rekwiżit jista' jiġi estiż għal partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 4(2).

4. Fil-każ ta' fliexken tal-ħġieġ li sejrin jergħu jiġu użati li huma mmarkati b'mod li ma jitħassarx u li għalhekk m'għandhomx tabella, ċurkett, jew kullar u mballaġġ jew reċipjenti li l-akbar wiċċ tiegħu għandu area ta' anqas minn 10 cm2 għandhom jingħataw biss il-partikolaritajiet mniżżla fl-Artikolu 3(1) punti 1,4 u 5

F'dan il-każ, paragrafu 3 ma japplikax.

5. L-Irlanda, l-Olanda u l-Ingilterra jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 3(1) u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fil-każ ta' ħalib u prodotti tal-ħalib li jitqegħdu fi fliexken tal-ħġieġ li sejrin jergħu jiġu użati.

Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li ttieħdet skond l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

Fejn prodotti ta l-ikel huma offruti għall-bejgħ lill-konsumatur jew lil "mass caterers" mingħajr ma jkunu diġà imballeġġjati, jew fejn oġġetti ta' l-ikel huma mballeġġjati fil-post fejn jinbiegħu fuq talba tal-konsumatur jew ikunu diġà mballeġġjati għall-bejgħ dirett, l-Istati Membri għndhom jadottaw regoli dettaljati dwar il-manjiera ta' kif il-partikolaritajiet speċifikati fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) għandhom jintwerew.

Jistgħu jiddeċidu li ma jirrikjedux il-proviżżjoni tal-partikolaritajiet kollha jew ftit minnhom, sakemm ix-xerrej jibqa' jirċievi informazzjoni suffiċjenti.

Artikolu 15

Din id-Direttiva ma taffetwax id-dispożizzjonijiet ta' liġijiet nazzjonali li, fl-assenza ta' dispożizzjonijiet tal-Komunità jimponu rekwiżiti inqas iebsa għal-tikkettjar tal-oġġetti ta' l-ikel ippreżentati f'"fancy packaging" bħalma huma figurini jew souvenirs.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bejgħ ta' oġġetti ta' l-ikel li dwarhom ma jidhrux il-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) f'lingwa li tinftiehem malajr mill-konsumatur, huwa pprojbit fit-territorji tagħhomn, sakemm il-konsumatur ma jiġix fil-fatt infurmat b'mezzi ta' miżuri oħra determinati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) dwar partikolaritajiet ta' tikkettjar.

2. Fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru fejn il-prodott huwa mmexxi, jista' skond ir-regoli tat-Trattat, jistipula li dawk il-partikolaritajiet dwar tikkettjar jingħataw f'lingwa waħda jew aktar li għandu jistabilixxi minn fost il-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprekludu l-partikolaritajiet ta' tikkettjar milli jiġu indikati f'diversi lingwi.

Artikolu 17

L-Istati Membri jieqfu milli jistabbilixxu rekwiżiti iktar dettaljati minn dawk li diġà jinsabu msemmija fl-Artikoli 3 sa 13 li jikkonċernaw il-manjiera li fiha għandhom jidhru l-partikolaritajiet li hemm fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2).

Artikolu 18

1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu n-negozju fi oġġetti ta' l-ikel li josservaw ir-regoli mniżżla f'din id-Direttiva bl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li mhux armonizzati li għandhom x'jaqsmu ma tikkettjar u l-preżentazzjoni ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel jew ta' oġġetti ta' l-ikel in ġenerali.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dispożizzjonijiet nazzjonali li mhux armonizzati fuq bażi ta':

- protezzjoni tas-saħħa pubblika,

- prevenzjoni ta' frodi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jimpedixxu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u regoli stabbiliti b'din id-Direttiva.

- protezzjoni ta' drittijiet industrijali u intelletwali, indikazzjonijiet ta' provenjenza, deżinjazzjoni ta' oriġini rreġistrata, u prevenzjoni ta' konkorrenza żleali.

Artikolu 19

Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, din il-proċedura għandha tapplika jekk Stat Membru jaħseb li huwa neċessarju li għandu jadotta leġislazzjoni ġdida.

Għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba, u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Il-Kummisssjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri li qegħdin fuq il-Kumitat Permanenti dwar il-Oġġetti ta' l-ikel mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 69/414/KEE [6] jekk tħoss li tali konsultazzjoni tkun utili jew jekk Stat Membru hekk jitlob.

L-Istati Membri jistgħu jieħdu tali miżuri tliet xhur biss wara tali notifikazzjoni u sakemm l-opinjoni tal-Kummissjoni mhux negattiva.

Fil-każ l-aħħar imsemmi, u qabel it-tmiem tal-perjodu fuq imsemmi, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 20(2) biex tiddeterminna jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati bil-kundizzjoni, jekk ikun neċessarju, għall-modifikazzjonijiet opportuni.

Artikolu 20

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Oġġetti ta' l-ikel (minn hawn ' il quddiem msejjaħ bħala "l-Kumitat").

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/463/KE, b'konsiderazzjoni tad-diposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/463/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 21

Jekk jiriżulta neċessarju li għandhom jittieħdu miżuri temporanji biex tiġi ffaċilita l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 22

Din id-Direttiva ma taffettwax id-diposizzjonijiet tal-Komunità dwar tikkettjar u l-preżentazzjoni ta'ċerti oġġetti ta' l-ikel diġà adottati fit-22 Diċembru 1978.

Kwalunke emendi neċessarji biex jarmonizzaw tali dispożizzjonijiet bir-regoli mniżżla f'din id-Direttiva għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura applikabbli għal kull dispożizzjoni in kwistjoni.

Artikolu 23

Din id-Direttiva ma tapplikax għal prodotti għal esportazzjoni barra mill-Komunità.

Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni tirċievi t-test ta' dispożizzjonijiet essenzjali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur irregolat minn din id-direttiva.

Artikolu 25

Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għad-dipartimenti Franċiżi ta' barrra.

Artikolu 26

1. Id-Direttiva 79/112/KEE kif emendata bid-Direttivi rriferiti fl-Anness IV, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar d-data li fiha għandha ssir it-trasportazzjoni stabbilita fl-Anness IV, Parti B.

2. Ir-referenza magħmula għad-direttiva mħassra għandha tiġi meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandha tiġi mfissra skond il-kaxxa li għandha x'taqsam magħha fl-Anness V.

Artikolu 27

Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 28

Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Marzu 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU C 258, ta' l-10.9.1999, p. 12.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' 18 ta' Jannar 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2000.

[3] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 43, ta' l-14.2.1997, p. 21).

[4] Ara l-Anness IV, Parti B.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 291, tad-29.11.1969, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KATEGORIJI TA' INGREDJENTI LI JISTGĦU JIĠU DDISSINJATI BL-ISEM TAL-KATEGORIJA IKTAR MILLI BL-ISEM SPEĊIFIKU.

Definizzjoni | Disinjazzjoni |

Żjut raffinati apparti milli żejt taż-żebbuġa | "Żejt", flimkien ma jew l-aġġettiv "veġitali" jew mill-"annimali," skond kif xiraq, jewb'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom.L-aġġettiv "idroġenizzati" għandu jakkumpanja l-indikazzjoni ta' żejt idroġenizzat. |

Xaħmijiet raffinati | "Xaħam". Flimkien ma jew l-aġġettiv "veġitali" jew mill-"annimali", skond kif xiraq, jewb'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom.L-aġġettiv "idroġenizzati" għandu jakkumpanja l-indikazzjoni ta' xaħam idroġenizzat. |

Taħlitiet ta' tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali | "Tqiq". Segwit b'lista taċ-ċereali li minnhom ikun ġie akwistat, f'ordni dixxenedenti bil-piż |

Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi | "Lamtu" |

L-ispeċi kollha tal-ħut meta l-ħut jikkostittwixxi ingridjent ta' materjal ieħor ta' l-ikel u basta li l-isem u l-preżentazzjoni ta' dawk il-materjali ta' l-ikel ma jirreferux għal xi speċje speċifika ta' ħut | "Ħut" |

It-tipi kollha ta' ġobnijiet meta l-ġobon jew it-taħlita ta' ġobnijiet tikkostitwixxi ingredjent ta' materjal ieħor ta' l-ikel u basta li l-isem u l-preżentazzjoni ta' dawk il-materjali ta' l-ikel ma jirreferux għal xi speċje speċifika ta' ġobon | "Ġobon" |

Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel | "Ħwawar" jew "ħwawar imħalta" |

Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel | "Ħxejjex aromatiċi" jew "taħlita ta' Ħxejjex aromatiċi" |

It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum | "Bażi ta' gomma" |

It-tipi kollha ta' prodotti ta' ċereeali moħmija u mfarrka | "Frak" jew biskuttelli' skond kif xieraq |

It-tipi kollha tas-sokrosju | "Zokkor" |

Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate | "Dextosju" |

Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat | "Xirop tal-glukosju" |

It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom | "Proteini tal-ħalib" |

Butit tal-kokotina, ippressat, mislut jew raffinat | "Butir tal-kokotina" |

Il-frott kollu kkristalizzat li ma jeċċedix 10 % bil-piż ta' l-oġġett ta' l-ikel | "Frott kristalizzat" |

It-taħlitiet veġitali kollha li ma jeċċedux 10 % bil-piż ta' l-oġġett ta' l-ikel | "Ħxejjex" |

It-tipi kollna ta' mbejjed kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' imbid | "Imbid" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KATEGORIJI TA' INGREDJENTI LI JRIDU JIĠU DEŻIJNJATI BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGĦHOM SEGWITI BL-ISEM SPEĊIFIKU TAGĦHOM JEW NUMRU KE.

Kulur

Preżervattiv

Antioxidant

Emulsifier

Sustanza li tgħaqqad il-likwidu

Sustanza li tgħaqqad

Stabilizzatur

Sustanza li ssaħħaħ it-togħma

Aċidu

Regolatur ta' l-Aċidità

Agent anti-caking

Lamtu mmodifikat [1]

Sakkarina eċċ

Ħaġa li tgħolli

Sustana li ma tagħmilx ragħwa

Glazing agent

Melħ emulsifikat [2]

Sustanza li tittratta d- dqiq

Sustanza li tissoda

Humectant

Bulking agent

Gass li jmexxi

[1] L-isem speċifiku jew numru KE mgħandux għalfejn jiġi indikat

[2] Għall-ġobon ipproċessat u l-prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat biss.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

DEŻINJAZZJONI TA' ĦWEJJEĠ LI JSAĦĦU T-TOGĦMA FIL-LISTA TA' INGREDJENTI

1. Ħwejjeg li jsaħħu t-togħma għandhom jiġu ddeżinjati jew bil-kelma "flavouring(s)" jew b'isem aktar speċifiku jew deskrizzjoni tal-flavouring.

2. Il-kelma "naturali" jew kwalunkwe kelma oħra li għandha sostanzjalment l-istess tifsira tista' tiġi użata biss għal flavourings li l-komponent li jagħmel it-togħma fih sostanzi ta' togħma esklussivament kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 Ġunju 1988 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar flavourings għal użu fi oġġetti ta' l-ikel u għal materjali għal produzzjoni tagħhom [1] u/jew preparazzjoni ta' togħma kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) ta' din id-Direttiva.

3. Jekk l-isem tal-flavouring fih referenza għan- natura veġitali jew għan-natura li ġejja mill-animali jew oriġini ta' sostanzi inkorporati, il-kelma "naturali" jew kwalunkwe kelma oħra li għandha sostanzjalment l-istess tifsira ma tistax tintuża sakemm il-komponent tat-togħma ma jkunx ġie iżolat bi proċessi fiżiċi u adattati, proċessi enżimatiċi jew jew mikrobioloġiċi jew proċessi ta' preparament ta' l-ikel b'mod tradizzjonali biss jew kważi biss mill-oġġetti ta' l-ikel jew sors tat-t ogħma kkonċernat.

[1] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p.25).

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

PARTI A

DIRETTIVA U EMENDI SUĊĊESSIVI MĦASSRA

(irriferit bl-Artikolu 26)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE (ĠU L 33. tat-8.2.1979, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/7/KEE (ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 22), l-Artikolu 1(9) biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/197/KEE (ĠU L 144. tad-29.5.1986, p. 38)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/395/KEE (ĠU L 186. tat-30.6.1986, p. 17)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/72/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 27)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/102/KEE (ĠU L 291, tal-25.11.1993, p. 14)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/42/KEE (ĠU L 182, tat-2.8.1995, p. 20)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/4/KEE (ĠU L 43. ta' l-14.2.1997, p. 21)

PARTI B

DATI FISSI GĦAT-TRANSPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(irriferit bl-Artikolu 26)

Direttiva | Data tat-Transposizzjoni | Ammissjoni ta' prodotti fis-suq skond din id-Direttiva | Projbizzjoni ta' prodotti fis-suq li ma jkunux skond din id-Direttiva |

79/112/KEE | | fit-22 ta' Diċembru 1980. | fit-22 ta' Diċembru 1982. |

85/7/KEE | | | |

86/197/KEE | | fl-1 ta' Mejju 1988. | fl-1 ta' Mejju 1989. |

89/395/KEE | | fl-20 ta' Diċembru 1990. | fl-20 ta' Ġunju 1992. |

91/72/KEE | | fit-30 ta' Ġunju 1992. | fl-1 ta' Jannar 1994. |

93/102/KE | fit-30 ta' Diċembru 1994. | fl-1 ta' Jannar 1995. | fit-30 ta' Ġunju 1996. |

95/42/KE | | | |

97/4/KE | | 14 ta' Awissu | fl-14 ta' Frar 2000. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

KAXXA KORRELATATA

Direttiva 79/112/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1), punt 1 | L-Artikolu 3(1), punt 1 |

L-Artikolu 3(1), punt 2 | L-Artikolu 3(1), punt 2 |

L-Artikolu 3(1), punt 2a | L-Artikolu 3(1), punt 3 |

L-Artikolu 3(1), punt 3 | L-Artikolu 3(1), punt 4 |

L-Artikolu 3(1), punt 4 | L-Artikolu 3(1), punt 5 |

L-Artikolu 3(1), punt 5 | L-Artikolu 3(1), punt 6 |

L-Artikolu 3(1), punt 6 | L-Artikolu 3(1), punt 7 |

L-Artikolu 3(1), punt 7 | L-Artikolu 3(1), punt 8 |

L-Artikolu 3(1), punt 8 | L-Artikolu 3(1), punt 9 |

L-Artikolu 3(1), punt 9 | L-Artikolu 3(1), punt 10 |

L-Artikolu 3(2) u (3) | L-Artikolu 3(2) u (3) |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

L-Artikolu 6(1), (2) u (3) | L-Artikolu 6(1), (2) u (3) |

L-Artikolu 6(4)(a) u (b) | L-Artikolu 6(4)(a) u (b) |

L-Artikolu 6(4)(c) (i) | L-Artikolu 6(4)(c) (i) |

L-Artikolu 6(4)(c) (ii), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 6(4)(c) (ii) |

L-Artikolu 6(4)(c) (ii), it-tieni inċiż | L-Artikolu 6(4)(c) (iii) |

L-Artikolu 6(4)(d) | L-Artikolu 6(4)(d) |

L-Artikolu 6(5)(a) | L-Artikolu 6(5) |

L-Artikolu 6(5)(b) | L-Artikolu 6(6) |

L-Artikolu 6(6) | L-Artikolu 6(7) |

L-Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 6(8), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 6(7), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 6(8), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 6(8) | L-Artikolu 6(9) |

Artikolu 7 | Artikolu 7 |

L-Artikolu 8(1) sa (5) | L-Artikolu 8(1) sa (5) |

L-Artikolu 8(6) | — |

L-Artikolu 8(7) | L-Artikolu 8(6) |

L-Artikolu 9(1) sa (4) | L-Artikolu 9(1) sa (4) |

L-Artikolu 9(5) | — |

L-Artikolu 9(6) | L-Artikolu 9(5) |

L-Artikolu 9a | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Artikolu 10a | Artikolu 12 |

L-Artikolu 11(1) u (2) | L-Artikolu 13(1) u (2) |

L-Artikolu 11(3)(a) | L-Artikolu 13(3) |

L-Artikolu 11(3)(b) | — |

L-Artikolu 11(4) | L-Artikolu 13(4) |

L-Artikolu 11(5) | — |

L-Artikolu 11(6) | L-Artikolu 13(5), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 11(7) | L-Artikolu 13(5), it-tieni subparagrafu |

L-Artikoli 12 u 13 | L-Artikoli 14 u 15 |

L-Artikoli 13a | L-Artikoli 16 |

L-Artikoli 14 u 15 | L-Artikoli 17 u 18 |

L-Artikoli 16(1) | — |

L-Artikoli 16(2) | L-Artikoli 19 |

L-Artikoli 17, l-ewwel paragrafu | L-Artikolu 20(1) |

L-Artikoli 17, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames paragrafu | L-Artikolu 20(2) |

Artikolu 18 | — |

L-Artikolu 19, 20 u 21 | L-Artikolu 21, 22 u 23 |

L-Artikolu 22(1), (2) u (3) | — |

L-Artikolu 22(4) | Artikolu 24 |

Artikolu 23 | — |

Artikolu 24 | Artikolu 25 |

Artikolu 25 | — |

Artikolu 26 | — |

— | Artikolu 26 |

— | Artikolu 27 |

— | Artikolu 28 |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness II |

L-Anness III | L-Anness III |

— | L-Anness IV |

— | L-Anness V |

--------------------------------------------------

Top