EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0258

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija

OJ L 79, 30.3.2000, p. 40–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 028 P. 394 - 396
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 032 P. 76 - 79
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 032 P. 76 - 79
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 017 P. 54 - 56

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/258/oj

32000D0258



Official Journal L 079 , 30/03/2000 P. 0040 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Marzu 2000

li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija

(2000/258/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġo, u l-importazzjoni ġo, il-Komunità ta’ annimali, sperma, bajd u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Id-Direttiva 92/65/KEE tipprovdi għal sistema alternattiva għall-kwarantina għad-daħla ta’ ċerti karnivori domestiċi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri li m’għandhomx l-idrofobija. Dik is-sistema tirrikjedi kontrol fuq l-effettività tat-tilqim ta’ dawk l-annimali permezz ta’ titration ta’ antibodies.

(2) Sabiex tiggarantixxi sistema effettiva ta’ ħarsien tal-laboratorji li se jagħmlu dawn l-analiżi, huwa meħtieġ illi tistabbilixxi sistema ta’ approvazzjoni tal-Komunità ta’ dawn il-laboratorji.

(3) L-approvazzjoni ta’ dawn il-laboratorji għandha tiġi koordinata minn laboratorju ta’ riferenza għal dawn l-affarijiet fil-Komunità.

(4) Il-laboratorju Agence française de sécurité sanitaire des aliments de Nancy (Aġenzija tas-Sigurtà ta’ Ikel Franċiż ta’ Nancy) jikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun laboratorju ta’ riferenza għal dawn l-affarijiet fil-Komunità.

(5) Dak il-laboratorju ta’ riferenza jista’ jirċievi għajnuna mill-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 għall-infiq fil-qasam veterinarju [2].

(6) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 illi tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju ta’ implimentazzjoni tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni [3],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-laboratorju ta’ l-Agence française de sécurité sanitaire des aliments de Nancy (AFSSA, Nancy), id-dettalji ta’ liema huma stabbiliti fl-Anness I, permezz ta’ dan huwa magħżul bħala l-istitut speċifiku responsabbli sabiex jistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi sabiex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.

Artikolu 2

Id-dmirijiet tal-laboratorju imsemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-laboratorju msemmi fl-Artikolu 1 għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista ta’ laboratorji tal-Komunità li se jkunu awtorizzati sabiex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. Dawn il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati skond l-Artikolu 5(2).

Artikolu 4

L-Annessi għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu emendati skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Veterinarju Permanenti, minn issa ’l quddiem imsemmi bħala il-"Kumitat", stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 68/361/KEE [4].

2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu pprovdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 6

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Capoulas Santos

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE (ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23).

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

[3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

AFSSA, Nancy

Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages

Domaine de Pixérécourt

BP 9

F– 54220

Malzéville

Tel. (00-33) 383 29 89 50

Fax (00-33) 383 29 89 59

E-mail: maubert@fitech.fr

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-istituzzjoni speċifika responsabbli għall-istabbiliment ta’ kriterji neċessarji għall-istandardizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi sabiex isegwu l-azzjoni tat-tilqim ta’ idrofobija għandha:

- tikkoordina l-istabbiliment, it-titjib u l-istandardizazzjoni ta’ metodi għal titration seroloġika fuq karnivori mlaqqma kontra l-idrofobija,

- tevalwa dawk il-laboratorji għal liema l-Istati Membri bagħtu applikazzjoni għall-approvazzjoni sabiex jagħmlu l-analiżi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni għandu jiġi mibgħut lill-Kummissjoni għall-għan ta’ din l-approvazzjoni,

- tagħmel lista ta’ laboratorji approvati tal-Komunità illi huma awtorizzati sabiex jagħmlu dawn l-analiżi,

- tipprovdi informazzjoni utili dwar metodi ta’ analiżi u provi komparattivi ta’ dawn il-laboratorji u jorganizzaw sezzjonijiet ta’ taħriġ u aktar korsijiet ta’ taħriġ għall-impjegati tagħhom,

- torganizza testijiet ta’ xeħta interlaboratory,

- tikkollabora ma’ laboratorji responsabbli sabiex jagħmlu dawn l-analiżi f’pajjiżi terzi u tipproponi lill-Kummissjoni, proċedura għall-approvazzjoni ta’ dawn il-laboratorji,

- tipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar dawn l-affarijiet, b’mod partikolari f’każijiet ta’ diżgwid bejn l-Istati Membri dwar riżultati ta’ analiżi.

--------------------------------------------------

Top