EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1448

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1448/1999 ta' fl-24 ta' Ġunju 1999 li jdaħħal miżuri transitorji għall-immaniġjar ta' ċerti postijiet tas-sajd fil-Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94

OJ L 167, 2.7.1999, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 004 P. 136 - 137
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 005 P. 78 - 79
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 005 P. 78 - 79

No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2009; Imħassar b' 32009R0492

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1448/oj

31999R1448



Official Journal L 167 , 02/07/1999 P. 0007 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1448/1999

ta' fl-24 ta' Ġunju 1999

li jdaħħal miżuri transitorji għall-immaniġjar ta' ċerti postijiet tas-sajd fil-Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1626/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

(1) Billi l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1626/94 jiddikjaraw ċerti miżuri tekniċi ta' konservazzjoni illi kienu soġġetti għal kondizzjonijiet derogartorji sal-31 ta' Diċembru 1998;

(2) Billi l-Artikoli msemmija hawn fuq jipprovdu illi l-Kunsill jista' jimmodifika d-data tat- tmiem tad-derogi, fuq kull proposta mill-Kummissjoni, fid-dawl tad-data xjentifiċa li tipprova illi l-użu tagħha m'għandiex impatt negattiv fuq ir-riżorsi;

(3) Billi, skond sottomissjonijiet minn ċerti Stati Membri, it-temm tal-perjodu taż-żmien ta' deroga qiegħed jikkawża tfixkil fl-attivitajiet tas-sajd għal numru kbir ta' sajjieda Mediterranji li l-għajxien tagħhom jiddependi fil-biċċa l-kbira mill-possibbiltà li jidħlu għas-sajd skond il-kondizzjonijiet tad-derogi;

(4) Billi d-data xjentifiċa preliminarja preżentata mill-Istati Membri msemmija tissuġġerixxi illi l-kontinwazzjoni tad-derogi jkollha effett baxx fuq ir-riżorsi; billi huwa madankollu mixtieq illi jkun disponibbli l-iktar tagħrif aġġornat u komplet, analizzat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku tas-Sajd, qabel ma tittieħed deċiżjoni definita;

(5) Billi huwa għalhekk xieraq illi titħalla temporanjament kull kontinwazzjoni ta' dawn l-attivitajiet tas-sajd sakemm il-Kunsill ikun f'pożizzjoni illi jadotta soluzzjoni definittiva dwar il-problema, msejsa fuq bażi xjentifika soda;

(6) Billi, sabiex jiġi stabbilit dan il-bażi xjentifiku sod, għandu jinġabar tagħrif dettaljat dwar l-impatt li x'aktarx ikun hemm fuq ir-riżorsi bl-attivitajiet interessati tas-sajd,

ADOTTA DAN IR-REGLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 3(1), id-data tal-31 ta' Diċembru 1998 għandha tinbidel bil-31 ta' Mejju 2000;

2. fl-Artikolu 6(1), id-data tal-31 ta' Diċembru 1998 għandha tinbidel bfil-31 ta' Mejju 2000.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jipproduċu u jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Frar 2000, kull tagħrif xjentifiku possibbli dwar l-impatt fuq ir-riżorsi bla ħsara għas-sajd imwettaq skond il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1626/94. Dan it-tagħrif għandu jinkludi l-karatteristiċi tal-flotot, id-dettalji tekniċi tat-tagħmir u d-dinamika tal-popolazzjoni tal-bijota li x'aktarx tiġi affettwata mis-sajd.

2. Fuq il-bażi ta' kull tagħrif xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill qabel is-16 ta' April 2000, proposta li tistabbilixxi jekk is-sajd li għaliħ saret referenza fil-paragrafu 1 jistax jissokta u l-kondizzjonijiet teċkniċi li għandhom jirregolawh. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta l-iktar tard sal-31 ta' Mejju 2000.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trittin

[1] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 782/98 (ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 6).

--------------------------------------------------

Top