Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1255

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

OJ L 160, 26.6.1999, p. 48–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 025 P. 366 - 390
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 028 P. 109 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 028 P. 109 - 133

No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234 . Latest consolidated version: 01/01/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1255/oj

31999R1255



Official Journal L 160 , 26/06/1999 P. 0048 - 0072


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999

tas-17 ta' Mejju 1999

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġuni [4],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [5],

(1) Billi l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fil-prodotti ta' l-aġrikoltura jridu jkunu akkumpanjati mill-istabbiliment ta' politika agrikola komuni biex tinkludi b’mod partikolari l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' l-agrikoltura li jistgħu jieħdu diversi forom skond il-prodott;

(2) Billi l-iskop tal-politika agrikola komuni hu li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat; Billi, fis-settur tal-ħalib, sabiex jistabbilizzaw is-swieq u sabiex jassiguraw norma ġusta ta' għixien għall-komunità agrikola, hu meħtieġ li l-aġenziji ta' intervent, ibbażati fuq sistema waħda ta' prezz, jistgħu jieħdu miżuri ta' intervent fuq is-suq li jinkludu x-xiri ta' butir u tat-trab tal-ħalib xkumat u l-għoti ta' għajnuna privata għall-ħżin ta’ dawn il-prodotti; billi, madanakollu, miżuri bħal dawn iridu jiġu normalizzati sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-moviment ħieles tal-prodotti msemmija ġewwa l-Komunità;

(3) Billi bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi levy addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [6], skema ta' levy addizzjonali għas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġiet introdotta bl-iskop li jitnaqqas l-izbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u ż-żejjed strutturali li jirriżulta minn dan; billi din l-iskema għandha tapplika għal tmien perjodi ġodda konsekuttivi ta' 12-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2000;

(4) Billi sabiex jistimulaw il-konsum tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġewwa l-Komunità u sabiex tittejjeb il-kompetittività ta' dawn il-prodotti fuq is-swieq internazzjonali, il-livell ta' appoġġ ta' suq irid jitnaqqas, b’mod partikolari, permezz ta' tnaqqis bil-mod tal-prezzijiet immirati u l-prezzijiet ta' intervent għal-butir u t-trab tal-ħalib xkumat sa mill-1 ta' Lulju 2005;

(5) Billi l-implimentazzjoni ta' sistema ta' intervent għal-butir trid iżżomm il-posizzjoni kompetittiva tal-butir fuq is-suq u tipprovdi għall-ħażna l-aktar effiċjenti possibbli; billi r-rekwiżiti ta' kwalità li għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-butir jikkostitwixxu fattur determinanti għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet; billi l-intervent ta’ xiri għandu jseħħ sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tinżamm l-istabbiltà tas-suq b'referenza għall-prezz tas-suq tal-butir fl-Istati Membri, u jrid isir taħt proċedura ta' sejħa għall-offerti;

(6) Billi, fil-każ ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-butir, huwa xieraq li l-għoti jkun ristrett għal butir magħmul minn krema u ħalib ta’ oriġini Komunitarja u li tinżamm referenza għall-gradi nazzjonali ta’ kwalità bħala kondizzjoni ta’ eligibbiltà; Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1256/1999 (Ara l-paġna 73 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7) Billi minbarra l-intervent fir-rigward tal-butir u l-krema friska, miżuri oħrajn ta' intervent tal-Komunità huma meħtieġa sabiex ikun jista’ jinkiseb l-aqwa dħul mill-proteini tal-ħalib u biex jappoġġjaw il-prezzijiet tal-prodotti li għandhom importanza speċjali fl-iffissar tal-prezzijiet tal-produtturi għall-ħalib; billi dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta' xiri ta' trab tal-ħalib xkumat u l-għoti ta’ għajnuna privata għall-ħażna ta’ dan il-prodott; billi, madanakollu, l-intervent normali ta’ xiri ta' trab ta' ħalib xkumat jista’ jiġi sospiż meta ċerta stabbilita tintlaħaq u jista’ jiġi sostitwit bi proċedura ta' sejħa għall-offerti;

(8) Billi sabiex jiġi evitat it-tfixkil bejn operaturi li jbiegħu għall-intervent pubbliku u fl-interess ta’ l-amministrazzjoni xierqa tal-fondi Komunitarji, għandu jiġi stabbilit rekwiżit minimu għall-kontenut ta’ proteina tat-trab tal-ħalib xkumat mixtri b’intervent; billi l-kontenut għandu jiġi ffissat wara li jitqiesu n-normi kummerċjali kurrenti u b'tali mod li ma jistax jintuża bħala kriterju għall-esklużjoni mill-intervent;

(9) Billi, sabiex jikkontribwixxu għall-ibbilanċjar tas-suq tal-ħalib u sabiex jistabbilizzaw il-prezzijiet tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom jiġu stabbiliti miżuri kumplimentarji sabiex tizdied il-possibbiltà li jinbiegħu l-prodotti tal-ħalib; billi dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti tipi ta' ġobon, min-naħa waħda, u l-għoti ta' għajnuniet għat-tqegħid fuq is-suq ta' ċerti prodotti tal-ħalib bl-għan ta' użu u destinazzjonijiet speċifiċi;

(10) Billi, sabiex jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-ħalib minn persuni zgħar, il-Komunità għandha tagħmel tajjeb għal parti mill-ispiża li ssir fl-għoti ta’ għajnuna għall-provvista ta’ ħalib lill-istudenti fl-iskejjel;

(11) Billi, bħala konsegwenza ta’ l-appoġġ imnaqqas tas-suq għas-settur tal-ħalib, miżuri ta' appoġġ ta' dħul għall-produtturi tal-ħalib għandhom jiġu introdotti; billi dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta' premju għall-maħleb li l-livell tiegħu għandu jiżviluppa b’mod parallel mat-tnaqqis bil-mod ta' l-appoġġ tas-suq; Billi l-livell ta' appoġġ ta' dħul individwali jrid ikun kkalkulat fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta' referenza individwali tal-produtturi involuti; billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ l-iskema, u sabiex jiġu meqjusa r-rabtiet multilaterali tal-Komunità u minħabba raġunijiet ta’ kontroll tal-budget, l-appoġġ tad-dħul ġenerali għandu jinżamm fuq il-livell tal-kwantitajiet totali ta’ referenza ta’ l-Istati Membri kif applikabbli mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(12) Billi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħalib u l-qagħda tad-dħul tal-produtturi jvarjaw b’mod sinifikanti f'diversi żoni ta’ produzzjoni tal-Komunità; billi skema li tapplika għall-Komunità kollha b'pagamenti uniformi għall-maħleb lill-produtturi kollha hija rigida wisq biex twieġeb b’mod adegwat għad-diskrepanzi strutturali u naturali u l-ħtiġiet differenti li jirriżultaw minn dan; billi, għalhekk, huwa approprjat li jiġi stabbilit qafas flessibbli ta’ ħlasijiet Komunitarji addizzjonali li jridu jiġu stabbiliti u mħallsa mill-Istati Membri fi ħdan ammonti globali fissi u skond ċerti kriterji komnuni; billi l-ammonti globali jridu jiġu allokati lill-Istati Membri fuq il-bażi tal-kwantità ta’ referenza totali għall-ħalib; billi l-kriterji komuni huma maħsuba, fost ħwejjeġ oħrajn, biex jevitaw li l-ħlasijiet addizzjonali joħolqu effetti diskriminatorji u sabiex iqisu bis-sħiħ ir-rabtiet multilaterali relevanti tal-Komunità; billi, b’mod partikolari, huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu obbligati li jużaw is-setgħat ta’ diskrezzjoni tagħhom esklussivament fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jagħtu importanza kbira lill-kunċett ta’ trattament ugwali u li jevitaw t-tfixkil fis-suq u fil-kompetizzjoni; billi huwa xieraq li jiġi stabbilit liema forom jistgħu jieħdu dawn il-ħlasijiet addizzjonali; billi dawn il-forom għandhom ikunu supplimenti għall-premji u ħlasijiet għaż-żona;

(13) Billi s-supplimenti tal-premji għandhom jingħataw flimkien ma’ l-ammonti tal-premju għall-maħleb mogħti għal kull tunnellata ta’ kwantitajiet ta’ referenza tal-premju disponibbli; Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġi limitat l-ammont totali ta' appoġġ li jista’ jingħata għal kull ammont ta' premju kull sena;

(14) Billi l-ħlasijiet addizzjonali taż-żona għandhom jingħataw biss għal mergħat permanenti li ma jgawdux minn miżuri oħra Komunitarji għall-appoġġ tas-suq; billi l-ħlasijiet taż-żona għandhom jiġu applikati fil-limiti taż-żoni reġjonali ta’ bażi ta’ mergħat permanenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond id-data storika ta’ referenza; Billi l-ammont massimu ta' ħlas għaż-żona li jista’ jingħata għal kull ettaru, li jinkludi ħlasijiet addizzjonali taż-żona taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella, għandu jkun kumparabbli ma’ l-appoġġ medju għal kull ettaru taħt is-sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ tal-ħrit;

(15) Billi, sabiex jinkiseb l-impatt ekonomiku mixtieq, il-pagamenti diretti għandhom jingħataw fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien;

(16) Billi, jekk l-amministrazzjoni ta’ somatrofin tal-bhejjem ta’ l-ifrat lill-baqar tal-ħalib isir projbit taħt liġi tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi penalitajiet analogi għal dawk previsti fl-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella fil-każ ta' ċerti sustanzi projbiti fil-produzzjoni taċ-ċanga;

(17) Billi l-ħolqien ta' suq Komunitarju wieħed tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jinvolvi l-introduzzjoni ta' sistema ta' skambju waħda fil-frontieri esterni tal-Komunità; billi sistema ta' kummerċ li tinkludi d-dazji ta' importazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, flimkien mal-miżuri ta’ intervent, għandha, fil-prinċipju, tistabbilixxi s-suq Komunitarju; billi is-sistema ta' kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-impenji aċċettati taħt id-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ;

(18) Billi, sabiex jiġi sorveljat il-volum ta’ kummerċ fil-ħalib u fi prodotti tal-ħalib ma’ pajjiżi terzi, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għal ċerti prodotti, li tinkludi l-preżentazzjoni ta’ sigurtà biex tiggarantixxi li t-transazzjonijiet li għalihom jingħataw dawn il-liċenzji jiġu mwettqa;

(19) Billi sabiex jiġu evitati jew kumpensati l-effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjoni ta’ prodott wieħed jew iżjed ta’ din ix-xorta għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali, jekk ċerti kondizzjonijiet jiġu sodisfatti;

(20) Billi huwa xieraq, taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tiftaħ u tamministra l-kwoti ta' tariffi li ġejjin mill-arranġamenti internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti oħra tal-Kunsill; billi, madankollu, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa analoga li fir-rigward ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi miftuħa minn pajjiżi terzi;

(21) Billi d-disposizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet lill-pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn il-prezzijiet ġewwa l-Komunità u fuq is-suq dinji, u li jaqaw taħt il-Ftehim ta’ l-ODK dwarl-Agrikultura [7], għandhom iservu biex jissalvagwardjaw l-parteċipazzjoni tal-Komunità fin-negozju internazzjonali tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib; billi dawn ir-rifużjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal limiti fir-rigward ta’ kwantità u valur;

(22) Billi l-konformità mal-limiti fir-rigward tal-valur għandhom jiġu żgurati fil-ħin meta r-rifużjonijiet jiġu ffissati permezz tas-sorveljanza ta’ ħlasijiet taħt ir-regoli dwar il-Premju Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG); billi s-sorveljanza tista’ tiġi faċilitata permezz ta’ l-iffissar obbligatorju bil-quddiem tar-rifużjonijiet, fil-waqt li titħalla l-possibbiltà, fil-każ ta’ rifużjonijiet differenzjati, li tinbidel d-destinazzjoni speċifikata fi ħdan żona ġeografika li għaliha tapplika rata waħdanija ta’ rifużjoni; billi, fil-każ ta' bidla ta' destinazzjoni, ir-rifużjoni applikabbli għal destinazzjoni attwali trid tiġi mħallsa, b’limitu ta’ l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ffissata bil-quddiem;

(23) Billi sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti tal-kwantità ħija meħtieġa l-introduzzjoni ta’ sistema affidabbli u effettiva ta’ sorveljanza; billi, għal dak l-iskop, l-għoti ta’ rifużjonijiet għandu jkun soġġett għal liċenzja ta’ esportazzjoni; billi r-rifużjonijiet iridu jingħataw sal-limiti disponibbli, skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott in kwestjoni; billi l-eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom jitħallew biss fil-każ ta’ prodotti pproċessati mhux elenkati fl-Anness II tat-Trattat, li għalihom ma japplikawx il-limiti tal-volum, u fil-każ ta' operazzjonijiet ta' għajnuna ta' l-ikel, li huma eżenti minn kull limitu; billi s-sorveljanza tal-kwantitajiet esportati b’rifużjonijiet matul is-snin tal-kummerċ kif imsemmija fil-Ftehim ta’ l-ODK dwar l-Agrikoltura trid issir fuq il-bażi ta' liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa għal kull sena tal-kummerċ;

(24) Billi, minbarra s-sistema deskritta hawn fuq, u safejn ikunu meħtieġa biex din taħdem kif suppost, għandhom jiddaħħlu disposizzjonijiet li jirregolaw jew, meta jkun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq, li jipprojbixxu l-użu ta’ arranġamenti ta’ proċessar intern;

(25) Billi huwa approprjat li wieħed jipprovdi għall-miżuri li jridu jittieħdu meta żieda jew tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet tfixkel jew thedded li tfixkel is-suq tal-Komunità;

(26) Billi is-sistema ta' dazji doganali tagħmilha possibbli li wieħed iwarrab kull miżuri oħrajn protettivi fil-fruntieri esterni tal-Komunità; billi, madanakollu, is-suq intern u l-mekkaniżmu doganali jistgħu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jirriżultaw li huma difettużi; billi, f’każijiet bħal dawn, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex mingħajr difiża kontra x-xkiel li jista’ jinqala’ minħabba dan, il-Komunità għandha tkun kapaċi tieħu l-miżuri meħtieġa mingħajr telf ta' żmien; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu skond l-obbligi miksuba mill-ftehim relevanti ta’ l-ODK;

(27) Billi r-restrizzjonijiet għall-moviment ħieles li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' miżuri maħsuba biex jipprevjenu l-firxa ta' mard ta' l-annimali jista’ jikkawża diffikultajiet fuq is-suq ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed; billi għandhom jiġu introdotti miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq sabiex jiġu rimedjati dawn is-sitwazzjonijiet;

(28) Billi l-istabbiliment ta' suq wieħed ikun mhedded bl-għoti ta’ ċerti għajnuniet; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-evalwazzjoni ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri u l-projbizzjoni ta’ dawk li m’humiex kumpatibbli mas-suq komuni għandhom japplikaw fl-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib;

(29) Billi huwa meħtieġ li, hekk kif jiżviluppa s-suq komuni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jfornu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tapplika din ir-Regolament;

(30) Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, trid tiġi stabbilita proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-ħdan ta’ Kumitat ta' Amministrazzjoni;

(31) Billi l-ispiża li tintefaq mill-Istati Membri bħala rizultat ta' l-obbligi li joħorġu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu finanzjati mill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [8];

(32) Billi l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għandha tqis b’mod xieraq, fl-istess ħin, l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat;

(33) Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [9] ġiet emendata bosta drabi; Billi, minħabba n-numru, il-kumplessità u t-tifrix tagħhom f'diversi Ġurnali Uffiċjali, dawn it-testi huma diffiċli biex jintużaw u għalhekk huma neqsin miċ-ċarezza li għandha tkun karatteristika essenzjali tal-leġislazzjoni kollha; Billi, taħt dawn iċ-ċirkostanzi, iridu jiġu konsolidati f'Regolament ġdid u r-Regolament (KEE) Nru 804/68 imsemmi qabel għandu jitneħħa; Billi r-regoli essenzjali tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 986/68 [10], (KEE) Nru 987/68 [11], (KEE) Nru 508/71 [12], (KEE) Nru 1422/78 [13], (KEE) Nru 1723/81 [14], (KEE) Nru 2990/82 [15], (KEE) Nru 1842/83 [16], (KEE) Nru 865/84 [17] u (KEE) Nru 777/87 [18] ġew inkorporati f'dan ir-Regolament, u għalhekk iridu jiġu mħassra;

(34) Billi l-bidla mill-arranġamenti fir-Regolament (KEE) Nru 804/68 għal dawk f'dan ir-Regolament jistgħu jikkawżaw diffikultajiet li m'humiex inkużi f'dan ir-Regolament; Billi, sabiex wieħed jilqa’ għal dik l-eventwalità, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri tranżitorji meħtieġa; Billi l-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata wkoll biex issolvi problemi prattiċi speċifiċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-organizazzjoni komuna tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għandha tkopri l-punti li ġejjin;

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |

(a)0401 | Ħalib u krema, mhux konċentrati u li ma fihomx zokkor jew xi sustanza ħelwa oħra miżjuda |

(b)0402 | Ħalib u krema, konċentrati jew li fihom zokkor jew xi sustanza ħelwa oħra miżjuda |

(c)04031011 sa 39 | Ħalib tal-butir, ħalib u krema mbaqqta, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, kemm jekk konċentrati jew jekk fihom xi zokkor jew xi sustanza ħelwa oħra miżjuda, u kemm jekk le, u mingħajr essenza jew frott, ġewż jew kawkaw miżjuda |

04039011 |

(d)0404 | Xorrox, kemm jekk konċentrat u kemm jekk le, jew b'zokkor miżjud jew b'xi sustanza ħelwa oħra; prodotti li jikkonsistu f'kostitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk fihom iz-zokkor jew xi sustanza ħelwa oħra u kemm jekk le, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor |

(e)ex0405 | Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn miksuba mill-ħalib; prodotti mill-ħalib li jiddelku b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 75 % imma inqas minn 80 % |

(f)0406 | Ġobon u baqta |

(g)17021900 | Lattożju u ġulepp tal-lattożju mingħajr essenza jew sustanzi tal-kulur miżjuda, li fihom inqas minn 99 % ta' lattożju bil-piż, espress bħala anhydrous lactose, kalkulat fuq il-materja niexfa |

(h)21069051 | Ġulepp tal-lattożju bl-essenza jew ikkulurit |

(i)ex2309 | Preparazzjonijiet tat-tip użat fl-għalf tal-bhejjem: Preparazzjonijiet u prodotti ta' l-għalf li għalihom japplika dan ir-Regolament, direttament jew permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75, minbarra preparazzjonijiet u prodotti ta' l-għalf li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92. |

IT-TITOLU I

IS-SUQ INTERN

IL-KAPITOLU I

Prezzijiet

Artikolu 2

Is-sena tal-ħalib għall-prodotti kollha mniżżla fl-Artikolu 1 għandha tibda fl-1 ta' Lulju u tispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 3

1. Il-prezz immirat fil-Komunità għal-ħalib li jkun fih 3,7 % xaħam, ikkunsinjat lill-imħaleb u espress bħala ewro għal kull 100 kg, għandu jiġi stabbilit bħala:

- 30,98 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2000 sat-30 ta' Ġunju 2005,

- 29,23 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta' Ġunju 2006,

- 27,47 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007,

- 25,72 minn Lulju 2007.

Il-prezz immirat għandu jittieħed li huwa dak il-prezz li huwa mmirat li jinkiseb għat-total tal-bejgħ tal-produtturi tal-ħalib fis-suq tal-Komunità u fuq swieq esterni.

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, jista’ jbiddel il-prezz immirat.

Artikolu 4

1. Il-prezzijiet ta' intervent fil-Komunità, espressi f'ewro għal kull 100 kg, għandhom jiġu stabbiliti bħala:

(a) għall-butir:

- 328,20 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2000 sat-30 ta' Ġunju 2005,

- 311,79 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta' Ġunju 2006,

- 295,38 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007,

- 278,97 mill-1 ta' Lulju 2007;

(b) għat-trab tal-ħalib xkumat-:

- 205,52 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2000 sat-30 ta' Ġunju 2005,

- 195,24 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta' Ġunju 2006,

- 184,97 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007,

- 174,69 mill-1 ta' Lulju 2007.

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, jista’ jbiddel il-prezzijiet ta' intervent.

Artikolu 5

Is-sistema tal-prezzijiet hija stabbilita mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema tal-levy addizzjonali.

IL-KAPITOLU II

Is-sistema ta' intervent

Artikolu 6

1. Meta l-prezzijiet tas-suq tal-butir ikunu, fi Stat Membru wieħed jew f’aktar, f'livell anqas minn 92 % tal-prezz ta' intervent għall-perjodu rappreżentattiv, ix-xiri mill-aġenziji ta' intervent għandu jseħħ fl-Istat(i) Membru(i) involut(i) taħt sejħa bil-miftuħ għall-offerti fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.

Il-prezz ta' xiri stabbilit mill-Kummissjoni m’għandux ikun inqas minn 90 % tal-prezz ta' intervent.

Billi l-prezzijiet tas-suq fl-Istat(i) Membru(i) involut(i) huma fuq l-istess livell, jew fuq livell ogħla, minn 92 % tal-prezz ta' intervent għall-perjodu rappreżentattiv, ix-xiri taħt proċedura ta' sejħa għall-offerti għandu jiġi sospiż.

2. Taħt il-paragrafu 1, l-aġenziji ta' intervent jistgħu jixtru biss butir magħmul direttament u esklussivament minn krema pasturizzata f'impriża approvata fil-Komunità, u

(a) li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

- kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, bl-użin, ta' 82 % u kontenut ta' ilma massimu, bl-użin, ta' 16 %,

- età fil-ħin tax-xiri ta' mhux aktar mill-massimu li għandu jiġi stabbilit,

- kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kwantità minima u l-ippakkjar;

(b) li jissodisfaw ċerti rekwiżiti li jridu jiġu stabbiliti li jirrigwardaw b’mod partikolari:

- il-preżervazzjoni; jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali mill-aġenziji ta' intervent,

- kontenut ta' aċidu xaħmi ħieles,

- kontenut ta’ perossidu,

- standard mikrobioloġiku,

- karatteristiċi ta’ sensazzjoni (dehra, kif jinħass, togħma u riħa).

Il-gradi ta' kwalità nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti jistgħu jintwerew fuq l-ippakkjar tal-butir li jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità nazzjonali.

L-ispejjeż tat-trasport b’rata fissa għandhom jitħallsu, taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, mill-aġenzija ta' intervent jekk il-butir jiġi kunsinjat lil maħżen imkessaħ li jkun jinsab iktar ’il bogħod minn distanza li trid tiġi stabbilita mill-post fejn il-butir kien maħzun.

3. Għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata għal:

- krema,

- butir bla melħ magħmul mill-krema jew ħalib f'impriża approvata mill-Komunità b’kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, bl-użin, ta' 82 % u kontenut ta' ilma massimu, bl-użin, ta' 16 %,

- butir mielaħ magħmul mill-krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b’kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, bl-użin, ta' 80 %, kontenut massimu ta' l-ilma, bl-użin, ta' 16 % u kontenut massimu ta' melħ, bl-użin, ta' 2 %.

Il-butir għandu jiġi klassifikat skond il-gradi ta' kwalità nazzjonali u għandu jiġi mmarkat b’dan il-mod.

L-għajnuna għandha tiġi ffissata skond l-ispejjeż tal-ħżin u t-tendenza probabbli fil-prezzijiet tal-butir frisk u l-butir mill-ħażniet. Meta, fil-ħin tat-tneħħija mill-ħżin, bidla negattiva li ma tkunx prevedibbli fil-ħin tad-dħul fil-maħżen tkun seħħet fuq is-suq, l-għajnuna tista’ tiżdied.

L-għajnuna privata tal-ħżin għandha tkun soġġetta għall-abbozzar ta’ kuntratt ta' ħżin konkluż, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti, mill-aġenzija ta' intervent ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-krema jew butir li jikkwalifikaw għall-għajnuna huma maħzuna.

Meta l-qagħda tas-suq tkun hekk teħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqiegħed mill-ġdid fuq is-suq xi ftit mill-krema jew butir li jaqaw taħt kuntratti privati ta' ħżin jew kollha.

4. Il-butir mixtri mill-aġenziji ta' intervent għandu jiġi trasferit bi prezz minimu taħt kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-bilanċ fuq is-suq u sabiex jiġi żgurat li x-xerrejja jkollhom trattament ugwali u aċċess għall-butir li jkun sejjer jinbiegħ. Meta l-butir ippreżentat għall-bejgħ ikun maħsub għall-esportazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċjali li jassiguraw li l-prodott ma jiġix żvijat mid-destinazzjoni tiegħu u sabiex jiġu meqjusa r-rekwiżiti speċifiċi għal dan il-bejgħ.

Għall-butir li jinżamm f’imħażen pubbliċi li ma jistax jiġi trasferit matul is-sena tal-ħalib taħt kondizzjonijiet normali, jistgħu jittieħdu miżuri speċjali. Meta jkunu meħtieġa minħabba dawn il-miżuri, għandhom jittieħdu wkoll miżuri speċjali bl-għan li jinżammu l-possibbiltajiet ta' trasferiment tal-prodotti li kienu soġġetti għall-għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5. L-arranġamenti ta' intervent għandhom jiġu applikati sabiex:

- tinżamm l-pożizzjoni kompetittiva tal-butir fis-suq,

- tiġi mħarsa l-kwalità oriġinali tal-butir kemm jista’ jkun,

- jiġi żgurat il-ħżin b’mod kemm jista’ jkun razzjonali.

6. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

- "ħalib" għandu jfisser ħalib tal-baqra magħmul fil-Komunità,

- "krema" għandha tfisser krema miksuba direttament u esklussivament mill-ħalib.

Artikolu 7

1. L-aġenzija ta' intervent nominata minn kull wieħed mill-stati Membri għandha, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti, tixtri bil-prezz ta' intervent trab tal-ħalib xkumat ta' kwalità għolja magħmul mill-proċessar u miksub f'impriża approvata fil-Komunità, direttament u esklużivament minn ħalib xkumat, li jkun offrut lilha matul il-perjodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu u li:

- jilħaq kontenut ta' proteina minimu ta' 35,6 % bl-użin ta' estratt niexef mhux xaħmi,

- jilħaq ir-rekwiżiti ta’ preservazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti,

- jilħaq il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kwantità minima u l-ippakkjar.

Madanakollu, l-aġenziji ta' intervent għandhom jixtru wkoll trab tal-ħalib xkumat li l-kontenut ta' proteina tiegħu jkun ta’ mill-inqas 31,4 % u inqas minn 35,6 %, ta' l-estratt niexef mhux xaħmi, sakemm id-disposizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti fl-ewwel subparagrafu huma sodisfatti. F'dak il-każ, il-prezz tax-xiri għandu jkun ekwivalenti għall-prezz ta' intervent bi tnaqqis ta’ 1,75 % għal kull punt perċentwali li permezz tiegħu l-kontenut ta' proteina huwa inqas minn 35,6 %.

Il-prezz ta' intervent għandu jkun dak fis-seħħ fid-data ta' manifattura tat-trab tal-ħalib xkumat u għandu japplika għat-trab tal-ħalib xkumat kunsinjat lill-maħżen nominat mill-aġenzija ta' intervent. L-ispejjeż ta' trasport b’rata fissa għandhom jitħallsu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti, mill-aġenzija ta' intervent jekk it-trab tal-ħalib xkumat jiġi kunsinjat lil maħżen li jkun jinsab aktar ’il bogħod mill-post fejn it-trab tal-ħalib xkumat kien maħżun.

It-trab tal-ħalib xkumat jista’ jinħażen f'maħzen li jissodisfa l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.

2. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri ta' trab ta' ħalib xkumat imsemmi fil-paragrafu 1 malli l-kwantitajiet offruti għall-intervent f'dak il-perjodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu kull sena jkunu aktar minn 109000 tunnellata.

F’dak il-każ ix-xiri mill-aġenziji ta' intervent jista’ jitwettaq taħt sejħa miftuħa u permanenti għall-offerti fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti.

3. L-għajnuna għall-ħżin privat ta’ trab tal-ħalib xkumat ta’ kwalità għolja, miksub f’impriża approvata fil-Komunità direttament u esklussivament mill-ħalib tat-trab tista’ tingħata, b’mod partikolari, jekk it-tendenzi fil-prezzijiet tal-prodotti jindikaw żbilanċ serju fis-suq li setgħu jiġu evitati jew imnaqqsa permezz ta' ħażna staġonali. Sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna, it-trab tal-ħalib xkumat irid jissodisfa kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti.

L-għajnuna għandha tiġi stabbilita fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħżin u t-tendenza possibbli fil-prezzijiet għat-trab tal-ħalib xkumat.

L-għajnuna privata għall-ħażna għandha tkun soġġetta għall-abbozzar ta’ kuntratt ta’ ħżin konkluż, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, mill-aġenzija ta' intervent ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu t-trab tal-ħalib xkumat li jikkwalifika għall-għajnuna huwa maħżun. Meta l-qagħda tas-suq tkun hekk teħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqiegħed mill-ġdid fuq is-suq xi ftit mit-trab tal-ħalib xkumat li jaqa’ taħt il-kuntratti privati ta' ħżin jew kollu.

4. It-trab tal-ħalib xkumat mixtri mill-aġenzija ta' intervent għandu jiġi trasferit, bi prezz mimimu u taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi evitat kull xkiel fil-bilanċ tas-suq u sabiex jiġi żgurat li x-xerrejja jkollhom trattament ugwali u aċċess għat-trab tal-ħalib xkumat li jrid jiġi mibjugħ.

Meta t-trab tal-ħalib preżentat għall-bejgħ ikun maħsub għall-esportazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċjali sabiex jiġi żgurat li l-prodott ma jiġix żvijat mid-destinazzjoni tiegħu u sabiex jiġu meqjusa r-rekwiżiti speċifiċi għal dan il-bejgħ.

Għat-trab tal-ħalib xkumat miżmum fl-imħażen pubbliċi li ma jistax jiġi trasferit matul is-sena tal-ħalib taħt kondizzjonijiet normali, jistgħu jittieħdu miżuri speċjali.

5. Skond it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, "ħalib xkumat" għandha tfisser ħalib xkumat miksub direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra magħmul fil-Komunità.

Artikolu 8

1. Taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti, għandha tingħata għajnuna għall-ħażna privata ta':

(a) Ġobon Grana Padano li jkun qadim ta’ mill-inqas disa’ xhur;

(b) Ġobon Parmigiano Reggiano li jkun qadim ta’ mill-inqas 15-il xahar;

(ċ) Ġobon Provolone li jkun qadim ta’ mill-inqas tliet xhur;

jekk dawn il-ġobniet jilħqu ċerti livelli.

2. L-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat għandu jiġi ffissat billi jiġu meqjusa l-ispejjeż tal-ħżin u t-tendenza possibbli tal-prezzijiet tas-suq.

3. L-aġenzija ta' intervent nominata mill-Istat Membru fejn il-ġobniet imsemmija jkunu saru fejn jikkwalifikaw biex juru d-denominazzjoni ta’ oriġini għandhom jimplimentaw il-miżuri meħuda skond il-paragrafu 1.

L-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat għandu jkun soġġett għall-konklużjoni ta' kuntratt ta' ħżin ma’ l-aġenzija ta' intervent. Il-kuntratt għandu jiġi abbozzat taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.

Meta l-qagħda tas-suq tkun hekk teħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-aġenzija ta' intervent għandha tqiegħed mill-ġdid fuq is-suq xi ftit mill-ġobon maħżun jew kollu.

Artikolu 9

1. L-għajnuna għall-ħżin privat tista’ tingħata għaż-żamma fit-tul ta’ ġobniet u għal ġobniet li huma magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż u li jeħtieġu ta’ mill-anqas sitt xhur biex jimmaturaw, jekk għal dawk il-ġobniet l-iżviluppi fil-prezzijiet u l-qagħda tal-ħażna tindika żbilanċ serju fis-suq li tista’ tiġi eliminata jew imnaqqsa bi ħżin staġonali.

2. L-ammont ta' għajnuna għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-ispejjeż tal-ħżin u l-bilanċ li jrid jinżamm bejn il-ġobniet li għalihom trid tingħata l-għajnuna u ġobniet oħrajn li jidħlu fis-suq.

3. Jekk il-qagħda fis-suq tal-Komunità tkun hekk teħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqiegħed mill-ġdid fis-suq xi ftit mill-ġobniet li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ħżin privat jew kollha.

4. Jekk, fil-ħin meta l-kuntratt ta' ħżin jagħlaq, il-livell ta' prezzijiet tas-suq tal-ġobon ikun ogħla minn dak fis-seħħ meta l-kuntratt ikun ġie ffirmat, tista’ tittieħed deċiżjoni sabiex jiġi aġġustat l-ammont ta' għajnuna b’mod xieraq.

Artikolu 10

Għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42:

(a) ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-kapitolu u, b’mod partikolari, dawk sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq għall-butir;

(b) l-ammonti ta' għajnuna għall-ħżin privat imsemmija f'dan il-kapitolu;

(ċ) id-deċisjonijiet u l-miżuri l-oħrajn li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni taħt dan il-kapitolu.

IL-KAPITOLU III

Miżuri ta' tqegħid fuq is-suq

Artikolu 11

1. Għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat li hu maħsub għal-użu bħala prodotti ta’ l-għalf, jekk dawn il-prodotti jilħqu ċerti livelli.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-ħalib tal-butir u t-trab tal-ħalib tal-butir għandhom jitqiesu bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat.

2. L-ammonti ta' għajnuna għandhom jiġui ffissati wara li jiġu meqjusa l-fatturi li ġejjin:

- il-prezz ta' intervent għat-trab tal-ħalib xkumat,

- l-iżvilupp tal-qagħda tal-provvista fir-rigward tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat, u l-iżviluppi fl-użu ta' dan bħala ikel,

- it-tendenzi fil-prezzijiet ta’ l-għoġġiela,

- it-tendenzi fil-prezzijiet tas-suq għal proteini konkorrenti meta mqabbla ma’ dawk għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 12

1. Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 2, għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li huwa f’kaseina u kaseinati, jekk ħalib bħal dan u l-kaseina jew kaseinati magħmula minnu jilħqu ċerti livelli.

2. L-għajnuna tista’ tvarja, skond jekk il-ħalib xkumat ikunx proċessat f’kaseina jew kaseinati u skond il-kwalità ta' dawk il-prodotti.

L-għajnuna għandha tiġi stabbilita wara li jiġu meqjusa l-fatturi li ġejjin:

- il-prezz ta' intervent għat-trab tal-ħalib xkumat, jew il-prezz tas-suq tat-trab tal-ħalib xkumat ta’ l-eprem kwalità tal-proċess ta’ bexx, jekk il-prezz hu aktar mill-prezz ta' intervent,

- il-prezzijiet tas-suq għall-kaseina u kaseinati fuq is-swieq tal-Komunità u dawk dinjin.

Artikolu 13

1. Meta jakkumulaw prodotti tal-ħalib żejda, jew aktarx ikunu sejrin iseħħu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-għajnuna għandha tingħata sabiex il-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat ikun jista’ jinxtara bi prezzijiet imraħħsa:

(a) minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qliegħ;

(b) minn forzi militari u unitajiet ta' stat kumparabbli fl-Istati Membri;

(ċ) minn-fabbrikanti ta' prodotti ta' l-għaġina u tal-ġelat;

(d) minn fabbrikanti ta' prodotti ta’ l-ikel oħrajn li għandhom jiġu stabbiliti;

(e) għall-konsum dirett ta' butir konċentrat.

Artikolu 14

1. L-għajnuna tal-Komunità għandha tingħata sabiex l-istudenti fi stabbilimenti edukattivi jingħataw ċerti prodotti tal-ħalib ipproċessati li jaqaw taħt il-Kodiċi tan-NM 0401, 0403, 040490 u 0406 jew il-Kodiċi NM 220290.

2. Flimkien ma’ l-għajnuna tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali biex jagħtu l-prodotti speċifikati fil-paragrafu 1 lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi.

3. Fil-każ ta' ħalib sħiħ, l-għajnuna tal-Komunità għandha tkun daqs il-95 % tal-prezz immirat għall-ħalib. Fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib oħrajn, l-ammonti ta' l-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġu stabbiliti l-komponenti tal-ħalib tal-prodotti in kwestjoni.

4. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq kwantità massima ta’ ħalib ekwivalenti għal kull student u kuljum.

Artikolu 15

Dan li ġej għandu jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42:

(a) ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu u, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet li taħthom l-għajnuniet stabbiliti fihom jistgħu jingħataw,

(b) l-ammonti ta' l-għajnuna msemmija f'dan il-kapitolu,

(ċ) il-listi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 13(d) u fl-Artikolu 14(1),

(d) id-deċiżjonijiet l-oħrajn u l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni taħt dan il-kapitolu.

IL-KAPITOLU IV

Ħlasijiet diretti

Artikolu 16

1. Il-produtturi għandhom jikkwalifikaw għal premju għall-maħleb. Dan għandu jingħata għal kull sena kalendarja, għal kull impriża u għal kull tunnellata tal-kwantità ta’ referenza eliġibbli għall-premju u li huwa disponibbli fl-impriża.

2. L-ammont ta' premju għal kull tunnellata ta' referenza individwali ta' kwantità eliġibbli għall-premju għandu jiġi ffissat b’dan il-mod:

- 5,75 Eur għas-sena kalendarja 2005,

- 11,49 Eur għas-sena kalendarja 2006,

- 17,24 Eur għas-sena kalendarja 2007 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

3. Il-kwantità ta' referenza individwali eliġibbli għall-premju għandha tkun daqs il-kwantità ta' referenza individwali għall-ħalib disponibbli fl-impriża fil-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja involuta, mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis li ġej mill-applikazzjoni tas-subparagrafu 2. Il-kwantitajiet ta' referenza individwali li kienu suġġetti għal trasferimenti temporanji skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 tal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja involuta għandhom jitqiesu li huma disponibbli fl-impriża ta’ l-akkwirent għal dik is-sena kalendarja.

Meta, fil-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja, is-somma tal-kwantitajiet kollha ta' referenza individwali fl-Istati Membri teċċedi s-somma tat-total tal-kwantitajiet korrispondenti ta' dak l-Istat Membru stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 għal perjodu ta' 12-il xahar fl-1999/2000, l-Istati Membri involuti għandhom, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, jieħdu l-passi meħtieġa biex jitnaqqas b’mod xieraq l-ammont totali tal-kwantitajiet ta' referenza individwali eliġibbli għall-premju fit-territorju tiegħu għas-sena kalendarja in kwestjoni.

4. Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, id-definizzjonijet ta’ "produttur" u "impriża" li jinsabu fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 għandhom japplikaw.

Artikolu 17

1. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu ħlasijiet addizzjonali lill-produtturi fit-territorju tagħhom li jammontaw għall-ammonti globali stabbiliti fl-Anness I. Ħlasijiet bħal dawn għandhom isiru skond kriterji oġġettivi li jinkludu, b’mod partikolari, l-istrutturi tal-produzzjoni u l-kondizzjonijiet relevanti, u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-produtturi u sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq u fil-kompetizzjoni. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti m’għandhomx ikunu marbuta maċ-ċaqlieq tal-prezzijiet tas-suq.

2. Jistgħu jsiru ħlasijiet addizzjonali fil-forma ta’ supplimenti tal-premju (l-Artikolu 18) u/jew pagamenti taż-żona (l-Artikolu 19).

Artikolu 18

1. Supplimenti tal-premju jistgħu jingħataw biss bħala ammont supplimentari għal kull ammont ta' premju kif stabbilit fl-Artikolu 16(2).

2. L-ammont totali tal-premju għall-maħleb u s-suppliment tal-premju, li jista’ jingħata għal kull ammont ta' premju għal kull tunnellata ta' kwantità ta' referenza individwali eliġibbli għall-premju, m’għandux ikun aktar minn:

- 13,9 Eur għal kull tunnellata għas-sena kalendarja 2005,

- 27,8 Eur għal kull tunnellata għas-sena kalendarja 2006,

- 41,7 Eur għal kull tunnellata għas-sena kalendarja 2007 u għas-snin tal-kalendarju li ġejjin.

Artikolu 19

1. Il-ħlasijiet taż-żona għandhom jingħataw għal kull ettaru ta’ mergħa permanenti:

(a) li hija disponibbli lill-produttur matul is-sena kalendarja involuta;

(b) li ma tintużax biex tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi tad-densità tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella [21]; u

(ċ) li fir-rigward tagħha ebda pagamenti taħt is-sistema ta’ appoġġ stabbilita għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tal-ħrit, taħt is-sistema ta' għajnuna għall-għalf imnixxef u taħt l-iskema ta' għajnuna tal-Komunità għal uċuħ tar-raba permanenti jew ortikulturali mitluba għall-istess sena.

Iż-żona ta’ mergħa permanenti f’reġjun li għalih jistgħu jingħataw ħlasijiet għaż-żona m’għandhiex teċċedi ż-żona bażi reġjonali relevanti.

2. Iż-żoni bażi reġjonali għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b’mod konformi ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

3. Il-ħlas massimu għaż-żona għal kull ettaru li jista’ jingħata, inklużi l-ħlasijiet għaż-żona skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, m’għandhomx jaqbżu t-350 Eur għas-sena kalendarju 2005 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

Artikolu 20

1. Qabel l-1 ta' Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw l-għoti ta' ħlasijiet addizzjonali. Kull tibdiliet f’dawn l-arranġamenti għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħhom.

2. Qabel l-1 ta' April 2007, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 17 sa 19.

Qabel l-1 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 17 u 19 u teżamina d-distribuzzjoni tal-fondi tal-Komunità bejn l-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness I. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposti xierqa lill-Kunsill.

Artikolu 21

Ħlasijiet diretti taħt dan il-kapitolu għandhom isiru, wara verifika ta' l-intitolament għall-ħlas, mis-16 ta' Ottubru tas-sena kalendarja konċernata u, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jkunu ġustifikati b’mod xieraq, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 22

L-ammonti ta' ħlasijiet diretti stabbiliti f'dan il-kapitolu jistgħu jinbidlu fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-produzzjoni, il-produttività u s-swieq, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

Artikolu 23

Billi, permezz ta’ jew fuq il-bażi tal-liġi tal-Komunità, l-amministrazzjoni tas-somatrophin għall-bhejjem ta’ l-ifrat lill-baqar tal-ħalib ma tkunx awtorizzata jew meta d-disponibbiltà ta’ dik is-sustanza fuq l-irziezet tkun regolata mod ieħor, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, tadotta miżuri li għandhom ikunu analogi għal dawk li hemm stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

Artikolu 24

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-kapitolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

Artikolu 25

L-ispiża li tintefaq fl-għoti ta’ ħlasijiet diretti stabbiliti f’dan il-kapitolu għandhom jitqiesu li huma relatati mal-miżuri ta' intervent skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

TITOLU II

NEGOZJU MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 26

1. L-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni. L-esportazzjoni mill-Komunità ta' dawn il-prodotti tista’ tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni.

2. Il-liċenzji jistgħu jinħargu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizju għall-miżuri meħuda matul l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 29, 30 u 31.

Il-liċenzji ta' importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ sigurtà li tiggarantixxi li l-prodotti jiġu importati jew esportati matul it-terminu tal-validità tal-liċenzja; minbarra f’każijiet ta' forza maġġuri, is-sigurtà għandha titqies li tintilef għal kollox jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir b'mod parzjali, f'dak il-perjodu.

3. Dan li ġej għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42:

(a) il-lista ta' prodotti li fir-rigward tagħhom huma meħtieġa liċenzji ta' esportazzjoni;

(b) it-terminu ta' validità tal-liċenzji; u

(ċ) ir-regoli dettaljati l-oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta' dazju fit-Tariffa Komuni Doganali għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

Artikolu 28

1. Sabiex jiġu evitati jew kumpensati l-effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjoni ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, l-importazzjoni ta' wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti bir-rata doganali msemmija fl-Artikolu 27 għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikultura konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj ta' negozjati multilaterali ikunu ġew sodisfatti, sakemm l-importazzjonijiet ma jkunux aktarx sejrin ifixklu s-suq Komunitarju, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati ma’ l-objettiv intenzjonat.

2. Il-prezzijiet ta’ skattament li taħthom jista’ jiġi impost dazju addizzjonali għandhom ikunu dawk mgħoddija mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi ta’ skattament li jridu jinqabżu sabiex jiġi impost dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità fit-tliet snin ta’ qabel is-sena meta l-effetti negattivi msemmija fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew aktarx ikunu sejrin jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jiġu meqjusa sabiex jiġi impost dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ importazzjoni c.i.f tal-kunsinna li tkun qiegħda tiġi meqjusa.

Il-prezzijiet ta' importazzjoni c.i.f għandhom jiġu kontrollati għal dak l-iskop kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq ta’ importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a) il-prodotti li għalihom għandhom jiġu applikati d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni skond it-termini ta’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterji l-oħrajn meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 29

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn att ieħor tal-Kunsill għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skond ir-regoli dettaljati adottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

2. Il-kwoti jistgħu jiġu amministrati billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom:

- metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet (skond il-prinċipju ta’ "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel"),

- metodu ta' distribuzzjoni proporzjonat mal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew preżentati (skond il-metodu ta’ "eżaminazzjoni simultanja"),

- metodu li jieħu bħala l-bażi tiegħu t-tendenzi tradizzjonali fil-kummerċ (permezz tal-metodu ta’ "importaturi tradizzjonali/wasliet ġodda").

Metodi approprjati oħrajn jistgħu jiġu adottati.

Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta' amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti l-importanza xierqa lir-rekwiżiti tal-provvista fuq is-suq Komunitarju u l-ħtieġa li jiġi mħares l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jintużaw metodi li jistgħu jkunu ġew applikati fil-passat għall-kwoti li jikkorrispondu għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċ.

4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu sabiex il-kwoti annwali, imdaħħla b'mod xieraq matul is-sena, jekk ikun meħtieġ jinfetħu, jiistabbilixxu l-metodu amministrattiv li għandu jiġi applikat u, fejn xieraq, jinkludu disposizzjonijiet fir-rigward ta’:

(a) il-garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) l-għarfien tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji msemmija f'(a); u

(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom jinħarġu l-liċenzji ta' importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom.

Artikolu 30

1. Meta ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jipprovdi għall-amministrazzjoni totali jew parzjali ta’ kwota ta’ tariffi miftuħa minn pajjiż terz għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, il-metodu ta’ amministrazzjoni li jrid jiġi applikat u r-regoli dettaljati li għandhom x’jaqsmu ma’ dak il-metodu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

2. Il-kwoti jistgħu jiġu amministrati permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom:

- metodu ibbażat fuq l-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet (skond il-prinċipju ta’ "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel"),

- metodu ta' distribuzzjoni proporzjonat mal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew preżentati (skond il-metodu ta’ "eżaminazzjoni simultanja"),

- metodu li jieħu bħala l-bażi tiegħu t-tendenzi tradizzjonali fil-kummerċ (permezz tal-metodu ta’ "importaturi tradizzjonali/wasliet ġodda").

Metodi approprjati oħrajn jistgħu jiġu adottati.

Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

Artikolu 31

1. Safejn ikun meħtieġ sabiex il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 jkunu jistgħu jiġu esportati mingħajr proċessar ulterjuri jew fil-forma ta’ oġġetti elenkati fl-Anness II jekk ikunu prodotti elenkati fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (d), (e) u (g), fuq il-bażi ta' prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ dinji u fi ħdan il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jiġu koperti minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni.

Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness II ma jistgħux ikunu akbar minn dawk applikabbli għal prodotti ta’ din ix-xorta esportati mingħajr proċessar ulterjuri.

2. Il-metodu li jrid jiġi adottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar adattat għax-xorta tal-prodott u l-qagħda fuq is-suq in kwestjoni, li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli, wara li jiġu meqjusa l-effiċjenza u l-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, madanakollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) huwa ta’ l-anqas piż amministrattiv għall-operaturi, wara li jitqiesu r-rekwiżiti amministrattivi;

(ċ) jipprevjenu kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta l-qagħda fuq is-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan meħtieġ.

Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti:

(a) f'intervalli regolari;

(b) b'sejħa għall-offerti għal prodotti li għalihom kienet provduta dik il-proċedura fl-imgħoddi.

Ħlief jekk tkun stabbilita b’sejħa għall-offerti, il-lista ta’ prodotti li fuqhom tingħata rifużjoni fuq l-esportazzjoni u l-ammont ta’ din ir-rifużjoni għandhom jiġu stabbiliti ta’ mill-anqas darba kull erba’ ġimgħat. L-ammont tar-rifużjoni jista’, madanakollu, jibqa’ fuq l-istess livell għal iktar minn erba’ ġimgħat u jista’, fejn meħtieġ, jiġi aġġustat fil-perjodu ta’ intervenzjoni mill-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizzjattiva tagħha stess. Madanakollu, għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u li huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-rifużjoni tista’ tiġi ffissata skond skeda oħra stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 [22].

4. Dan li ġej għandu jiġi meqjus meta jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u li huma esportati mingħajr proċessar ulterjuri:

(a) il-qagħda eżistenti u t-tendenzi futuri fir-rigward ta’:

- il-prezzijiet u d-disponibbiltà tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fuq is-suq tal-Komunità,

- il-prezzijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fuq is-suq dinji;

(b) l-ispejjeż ta' l-aktar favorevoli tat-tqegħid fuq is-suq u tat-trasport mis-swieq Komunitarji lejn portijiet tal-Komunità jew postijiet oħrajn ta' esportazzjoni flimkien ma’ spejjeż ta’ trasport lejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni; id-domanda fuq is-suq tal-Komunità;

(ċ) l-objettivi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li għandhom jassiguraw sitwazzjoni bilanċjata u żvilupp naturali fir-rigward tal-prezzijiet u l-kummerċ fuq dawn is-swieq;

(d) il-limiti li jirriżultaw minn diversi ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat;

(e) l-importanza li jiġi evitat kull tfixkil fis-suq tal-Komunità;

(f) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta.

Għandhom jiġu meqjusa wkoll b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti agrikoli għall-esportazzjoni bħala oġġetti proċessati lejn pajjiżi terzi, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi mdaħħla għall-ipproċessar intern.

5. Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u esportati bħala tali:

(a) il-prezzijiet fil-Komunità memmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġu meqjusa l-prezzijiet prevalenti li jirriżultaw li huma l-aktar favorevoli fir-rigward ta’ l-esportazzjoni;

(b) il-prezzijiet fuq is-suq dinji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġu meqjusa b’mod partikolari:

- il-prezzijiet fis-swieq tal-pajjiżi terzi,

- il-prezzijiet l-aktar favoribbli fil-pajjiżi terzi ta' destinazzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi,

- il-prezzijiet tal-produtturi rreġistrati f’pajjiżi terzi li jesportaw, wara li jiġu meqjusa, fejn approprjat, is-sussidji mogħtija minn dawk il-pajjiżi,

- prezzijiet ta' offerti liberi mal-fruntjiera.

6. Għandhom jingħataw rifużjonijiet għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 u li huma esportati bħala tali biss wara l-applikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-liċenzja ta’ esportazzjoni relevanti.

7. Ir-rifużjoni applikabbli għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u li huma esportati bħal tali għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u, fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum għal:

(a) id-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja, jew fejn xieraq;

(b) id-destinazzjoni attwali jekk hi differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax ikun aktar mill-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja.

Jistgħu jittieħdu miżuri appropjati biex jiġi evitat abbuż mill-flessibiltà li dan il-paragrafu jipprovdi.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jkunu applikabbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u li huma esportati fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness II skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

9. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jiġu rinunzjati fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom jitħallsu r-rifużjonijiet taħt operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ikel, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

10. Ir-rifużjoni għandha tiġi mħallsa malli jkun hemm prova li:

- il-prodotti huma ta' oriġini tal-Komunità,

- il-prodotti ġew esportati mill-Komunità, u

- fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, il-prodotti laħqu d-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7(b). Jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, sakemm jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

11. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, l-ewwel inċiż, fin-nuqqas ta' deroga li tingħata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, ebda rifużjoni ta' esportazzjoni m’għandha tingħata fuq prodotti li huma importati minn pajjiżi terzi u li jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.

12. Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u li huma esportati fil-forma ta' l-oġġetti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafi 10 u 11 għandhom japplikaw biss għall-oġġetti li jaqaw taħt il-kodiċi NM li ġejjin:

- 04052030 (prodotti tal-ħalib li jindilku b’kontenut ta' xaħam bejn 60 u 75 %),

- 18069060 to 18069090 (ċerti prodotti li fihom il-kawkaw),

- 1901 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel tad-dqiq, eċċ.),

- 21069098 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati mkien ieħor),

li għandhom kontenut għoli ta’ prodott tal-ħalib.

13. Konformità mal-limiti fuq il-volumi li jirriżultaw minn diversi ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tiġi żgurata fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta’ esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta’ referenza stabbiliti fih u li huma applikabbli għall-prodotti in kwestjoni. Fir-rigward tal-konformita ma' l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta’ perjodu ta’ referenza m’għandux jaffettwa l-validità tal-liċenzji ta’ esportazzjoni.

14. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għall-kunsinna mill-ġdid ta’ kwantitajiet esportabbli li ma jkunux allokati jew użati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42. Madanakollu, ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 8, 10, 11 u 12 għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u li huma esportati fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 32

1. Sa fejn dan ikun meħtieġ għat-tħaddim tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-Kunsill, waqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’, f’każijiet speċjali, jipprojbixxi għal kollox jew parzjalment l-użu ta’ arranġamenti ta’ proċessar intern fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li huma maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti elenkati f’dak l-Artikolu jew ta’ oġġetti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala’ b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun imfixkel jew aktarx li jkun sejjer jiġi mfixkel mill-arranġamenti ta' proċessar interni, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizzjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati dwar dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa wara li tirċievi t-talba.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferiti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien gimgħa mill-jum meta jkunu ġew notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew iħassar id-Deċisjoni tal-Kummissjoni.

Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li tkun ġiet mħassra.

Artikolu 33

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament; in-nomenklatura ta’ tariffi li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkorporata fit-Tariffa Komuni Doganali.

2. Ħlief jekk dan ir-Regolament jew id-disposizzjonijiet adottati taħtu jistabbilixxu mod ieħor, dan li ġej għandu jkun projbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi;

- l-imposta ta’ xi piż li għandu effett ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' xi restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li għandha effett ekwivalenti.

Artikolu 34

1. Meta, għal wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, il-prezz liberu mal-fruntiera jeċċedi b’mod sinifikanti l-livell ta’ prezzijiet Komunitarji u meta dik is-sitwazzjoni tkun aktarx sejra tissokta, b’mod li tfixkel jew thedded li tfixkel is-suq Komunitarju, il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 5 jistgħu jittieħdu.

2. Eċċess sinifikanti skond it-tifsira tal-paragrafu 1 teżisti meta l-prezz liberu mal-fruntiera jeċċedi l-prezz ta’ intervent stabbilit għall-prodott in kwestjoni, b’żieda ta’ 15 %, jew, fir-rigward ta’ prodotti li għalihom m’hemmx prezz ta’ intervent, prezz miksub mill-prezz ta’ intervent, li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, wara li jiġu meqjusa x-xorta u l-għamla tal-prodott in kwestjoni.

3. Is-sitwazzjoni meta l-prezz liberu mal-fruntiera jeċċedi l-livell ta’ prezzijiet aktarx tissokta meta jeżisti żbilanċ bejn id-domanda u l-provvista u dak l-iżbilanċ ikun aktarx sejjer jissokta, minħabba tendenzi prevedibbli fil-produzzjoni u l-prezzijiet tas-suq.

4. Is-suq tal-Komunità huwa mfixkel jew taħt theddida ta’ tfixkil mis-sitwazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu meta l-livell għoli tal-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali:

- ifixkel l-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib fil-Komunità, jew

- iwassal sabiex il-prodotti tal-ħalib jitilqu mill-Komunità,

b’tali mod li s-sigurtà tal-provvista ma tibqax żgurata jew ikun hemm theddida li din ma tibqax żgurata fil-Komunità.

5. Meta l-kondizzjonijet elenkati fil-paragrafi 1 sa 4 jiġu sodisfatti, tista’ tittieħed deċiżjoni li d-dazji fuq l-importazzjoni u/jew il-ġbir ta’ piżijiet fuq l-esportazzjoni jiġu sospiżi totalment jew parzjalment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skond l-istess proċedura.

Artikolu 35

1. Jekk, minħabba l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju f’wieħed jew iżjed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ikun effetwat minn, jew ikun mhedded bi, tfixkil serju li aktarx ikun sejjer jipperikola l-kisba ta’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jiġu applikati miżuri approprjati fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi sakemm dan it-tfixkil jew theddida ta’ tfixkil ikunu waqfu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u għandu jiddefinixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati dwar dawn il-miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar din fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferiti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum minn meta jkunu ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżura in kwestjoni fi żmien xahar mill-jum meta din tkun ġiet riferita lill-Kunsill.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat wara li jitqiesu l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

IT-TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 36

Sabiex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' miżuri biex tiġi miġġielda l-firxa ta’ mard fl-annimali, jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq affettwati minn dawk ir-restrizzjonijiet skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42. Dawk il-miżuri jistgħu jittieħdu sakemm, u għat-tul ta' żmien, li huwa strettament meħtieġ għall-appoġġ ta' dak is-suq.

Artikolu 37

Ħlief jekk dan ir-Regolament jistabbilixxi mod ieħor, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

Artikolu 38

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 87(2) tat-Trattat, huma projbiti dawk l-għajnuniet li l-ammont tagħhom huwa ffissat fuq il-bażi tal-prezz jew il-kwantità ta’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Għandhom ikunu projbiti wkoll dawk il-miżuri nazzjonali li jippermettu li l-prezzijiet ta’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 jinġiebu ndaqs.

Artikolu 39

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, Stat Membru jista’ jimponi levy promozzjonali fuq il-produtturi tal-ħalib tiegħu fir-rigward ta’ kwantitajiet mqiegħda fuq is-suq ta’ ħalib jew ħalib ekwivalenti sabiex jiġu finanzjati l-miżuri li jippromwovu l-konsum fil-Komunità, u li jespandu s-swieq għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib u li jtejbu l-kwalità.

Artikolu 40

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni ta’ din ix-xorta għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

Artikolu 41

Għandu jiġi stabbilit Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-"kumitat"), kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 42

1. Meta l-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-president għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jisottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’terminu ta’ żmien li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom jiġu mwieżna fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Madanakollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F’dak il-każ il-Kummissjoni tista’ tiddiferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija tkun iddeċidiet għal aktar minn xahar mid-data ta’ din il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 43

Il-Kumitat jista’ jikkunsidra kull mistoqija oħra riferita lilu mill-president tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 44

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’tali mod li jiġu meqjusa b’mod approprjat, fl-istess ħin, l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat..

Artikolu 45

Ir-Regolament (KE) Nru 1258/2000 u d-disposizzjonijiet adottati biex jimplimentawh għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

IT-TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 46

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 804/68, (KEE) Nru 986/68, (KEE) Nru 987/68, (KEE) Nru 508/71, (KEE) Nru 1422/78, (KEE) Nru 1723/81, (KEE) Nru 2990/82, (KEE) Nru 1842/83, (KEE) Nru 865/84 u (KEE) Nru 777/87 qegħdin jiġu mħassra.

2. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 804/68 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 47

Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42:

- il-miżuri meħtieġa biex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni mill-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 804/68 għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament,

- il-miżuri meħtieġa biex isolvu problemi prattiċi speċifiċi. Dawn il-miżuri - jekk ikunu ġustifikati b'mod xieraq - jistgħu jidderogaw minn ċerti partijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta' Mejju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. Funke

[1] ĠU C 170, 4.6.1998, p. 38.

[2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Mejju 1999 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 407, 28.12.1998, p. 203.

[4] ĠU C 93, 6.4.1999, p. 1.

[5] ĠU C 401, 22.12.1998, p. 3.

[6] ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1.

[7] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

[8] Ara l-paġna 103 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[9] ĠU L 148, 27.6.1968, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 21).

[10] ĠU L 169, 18.7.1968, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 (ĠU L 174, 26.7.1995, p. 31).

[11] ĠU L 169, 18.7.1968, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1435/90 (ĠU L 138, 31.5.1990, p. 8).

[12] ĠU L 58, 11.3.1971, p. 1.

[13] ĠU L 171, 28.6.1978, p. 14.

[14] ĠU L 172, 30.6.1981, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 863/84 (ĠU L 90, 1.4.1984, p. 23).

[15] ĠU L 314, 10.11.1982, p. 26. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2442/96 (ĠU L 333, 21.12.1996, p. 1).

[16] ĠU L 183, 7.7.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1958/97 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 1).

[17] ĠU L 90, 1.4.1984, p. 25.

[18] ĠU L 78, 20.3.1987, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1634/91 (ĠU L 150, 15.6.1991, p. 26).

[21] Ara l-paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[22] ĠU L 318, 20.12.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦLASIJIET ADDIZZJONALI: AMMONTI GLOBALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 17

(espressi bħala miljun EUR)

| 2005 | 2006 | 2007 u snin kalendarji sussegwenti |

Il-Belġju | 8,6 | 17,1 | 25,7 |

Id-Danimarka | 11,5 | 23,0 | 34,5 |

Il-Ġermanja | 72,0 | 144,0 | 216,0 |

Il-Greċja | 1,6 | 3,3 | 4,9 |

Spanja | 14,4 | 28,7 | 43,1 |

Franza | 62,6 | 125,3 | 187,9 |

L-Irlanda | 13,6 | 27,1 | 40,7 |

L-Italja | 25,7 | 51,3 | 77,0 |

Il-Lussemburgu | 0,7 | 1,4 | 2,1 |

L-Olanda | 28,6 | 57,2 | 85,8 |

L-Awstrija | 7,1 | 14,2 | 21,3 |

Il-Portugall | 4,8 | 9,7 | 14,5 |

Il-Finlandja | 6,2 | 12,4 | 18,6 |

L-Iżvezja | 8,5 | 17,1 | 25,6 |

Ir-Renju Unit | 37,7 | 75,4 | 113,1 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |

04031051 to 99 u04039071 to 99 | Ħalib tal-butir, ħalib u krema mbaqqta, jogurt, kefir u ħalib u kremi oħrajn iffermentati jew aċidifikati, kemm jekk konċentrati jew jekk fihom xi zokkor jew xi sustanza ħelwa oħra miżjuda, u kemm jekk le, bl-essenza jew frott jew kawkaw miżjud |

ex0405 | Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn miksuba mill-ħalib; prodotti tal-ħalib li jindilku: |

040520 | – Prodotti tal-ħalib li jindilku |

04052010 | – – b'kontenut ta' xaħam, bl-użin, ta' 39 % jew iżjed imma inqas minn 60 % |

04052030 | – – – b'kontenut ta' xaħam, bl-użin, ta' 60 % jew iżjed imma mhux iżjed minn 75 % |

ex1517 | Marġerin; taħlit li jittieklu jew preparazzjonijiet ta' xaħmijiet veġetali jew mill-annimali jew żjut jew frazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut differenti ta' dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut li jittieklu jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-Kodiċi NM 1516: |

151710 | – Marġerin, eskluż marġerin likwidu: |

15171010 | – – li fih aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bl-użin xaħmijiet tal-ħalib |

151790 | – Oħrajn: |

15179010 | – – li fihom aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bl-użin xaħmijiet tal-ħalib |

ex1702 | Lattożju u ġulepp tal-lattożju: |

17021100 | – – li fihom bl-użin 99 % jew iżjed lattożju, espress bħala anhydrous lactose, kalkulat fuq il-materja niexfa |

ex1704 | Ħelu taz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata l-bajda), mingħajr kakaw: |

ex170490 | – Oħrajn, eskluż l-estratt ta' likorizja li fih aktar minn 10 % bl-użin sukrożju imma li ma fih ebda sustanzi oħra miżjuda |

ex1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw, eskluż it-trab tal-kawkaw miżjud bis-sukrożju tal-Kodiċi NM 180610 |

ex1901 | Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta' l-ikel tad-dqiq, dqiq mitħun oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihx kawkaw jew li fih inqas minn 40 % bl-użin kawkaw kalkulat fuq bażi għal kollox mingħajr xaħam, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor, preparazzjonijiet ta' l-oġġetti tal-Kodiċi NM 0401 sa 0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % bl-użin kawkaw kalkulat fuq bażi għal kollox mingħajr xaħam, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor: |

19011000 | – Preparazzjonijiet għat-trabi, mibjugħa bl-imnut |

19012000 | – Taħlit u għaġina li jintużaw fit-tħejjija tal-prodotti tal-furnara tal-Kodiċi NM 1905 |

190190 | – oħrajn: |

| – – oħrajn: |

19019091 | – – – li ma fihom ebda xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, iżoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju (inkluż zokkor invertit) jew iżoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu, esklużi preparazzjonijiet ta' l-ikel fil-forma ta' trab tal-Kodiċi NMs 0401 sa 0404 |

19019099 | – – – oħrajn |

ex1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli u kemm jekk le (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparati mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, tarja, lażanja, njokki, ravjul, kannelloni; kusksu, kemm jekk preparat u kemm jekk le: |

| – Pasta mhux imsajra jew preaparata mod ieħor: |

190219 | – – oħrajn |

190220 | – Għaġin mimli, kemm jekk imsajjar jew preparat mod ieħor u kemm jekk le,: |

| – – oħrajn: |

19022091 | – – – Imsajjar |

19022099 | – – – oħrajn |

190230 | – għaġin ieħor |

190240 | – Kusksu: |

19024090 | – – Oħrajn |

1904 | Ikel preparat miksub mill-infiħ jew xiwi ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eæempju corn flakes); ċereali (minbarra majs (qamħirrum)) fil-forma ta' qamħ jew fil-forma ta' frak jew qamħ ieħor maħdum (minbarra dqiq u qamħ mitħun oħxon), imsajjar minn qabel jew preparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluæ imkien ieħor |

1905 | Ħobż, għaġina, pasti, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; karti ta' l-ostja, kapsuli żgħar addattati għall-użu farmaċertiku, wejfers li jissiġillaw, karta tar-ross u prodotti simili: |

19051000 | – Crispbread |

190520 | – Gingerbread u prodotti simili |

190530 | – Gallettini ħelwin; waffles u wejfers |

190540 | – Qarmeċ, ħobż mixwi u prodotti simili mixwija |

190590 | – oħrajn: |

| – – oħrajn: |

19059040 | – – – Waffles u wejfers b'kontenut ta' ilma ta' iktar minn 10 % bl-użin |

19059045 | – – – Gallettini |

19059055 | – – – Prodotti estrużi jew imkabbra, bil-ħwawar jew bil-melħ |

19059060 | – – – – b'żieda ta' sustanza ħelwa |

19059090 | – – – – oħrajn |

ex2004 | Ħxejjex oħrajn preparati jew priżervati b'xi mod ieħor minbarra bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, minbarra l-prodotti ta' l-intestatura Nru 2006: |

200410 | – Patata: |

| – – oħrajn: |

20041091 | – – – fil-forma ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon jew dqiq |

ex2005 | Ħxejjex oħrajn mħejjija jew priżervati b'xi mod minbarra bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, minbarra l-prodotti ta' l-intestatura Nru 2006: |

200520 | – Patata: |

20052010 | – – fil-forma ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon, jew frak |

ex2008 | Frott, ġewż u partijiet oħra li jittieklu tal-pjanti, preparati jew priżervati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew xi sustanza jew spirtu ħelwin oħra miżjuda u kemm jekk le, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor: |

| – Ġewż, ġewż mitħun u żrieragħ oħra, kemm jekk imħaltin flimkien u kemm jekk le; |

200811 | – – Ġwież mitħuna: |

20081110 | – – – Ġelat tal-butir tal-karawett |

210500 | Ġelat jew silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk fih il-kawkaw u kemm jekk le |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, esklużi preparazzjonijiet komposti alkoħoliċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 21069020 u ġuleppi taz-zokkor bl-essenza jew bil-kulur li jaqgħu taħt il-kodċi NM 21069030, 21069051, 21069055 u 21069059 |

ex2202 | Ilma, inkluż ilma minerali u ilma bl-arja, li fihom zokkor miżjud jew sustanza ħelwa oħra jew bl-essenza, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux inkluż frott u meraq tal-ħzejjez tal-Kodiċi NM 2009: |

220290 | – oħrajn: |

| – – oħrajn, li fihom bl-użin xaħam miksub mill-prodotti tal-kodiċi NM 0401 sa 0404: |

22029091 | – – – inqas minn 0,2 % |

22029095 | – – – 0,2 % or iżjed imma inqas minn 2 % |

22029099 | – – – 2 % jew iżjed |

ex2208 | Alkoħol etilil mhux żnaturat ta' qawwa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti likuri u xorb ieħor spirituż: |

220870 | – Likuri u kordjali |

220890 | – oħrajn: |

| – – spirit u xorb ieħor sprituż, f'kontenituri li fihom: |

| – – – żewġ litri jew inqas: |

| – – – – oħrajn: |

22089069 | – – – – – xorb ieħor spirituż |

| – – – aktar minn żewġ litri: |

22089078 | – – – – xorb ieħor spirituż |

ex3302 | Taħlit ta' sustanzi odoriferużi u taħlit, (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' waħda jew iżjed minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-indutrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi odoriferużi, tat-tip użati għall-manifattura tax-xorb: |

330210 | – tat-tip użati fl-industriji ta' l-ikel jew tax-xorb: |

| – – tat-tip użati fl-industriji tax-xorb: |

33021029 | – – – – – oħrajn |

3501 | Kaseina, kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina; kola tal-kaseina |

ex3502 | Albumini, albuminati u derivattiv oħra ta' l-albumin: |

350220 | – Albumin tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox: |

| – – oħrajn: |

35022091 | – – – imnixxfa (per eżempju f'folji, qxur, frak, trab) |

35022099 | – – – oħrajn |

--------------------------------------------------

ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 804/68 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1) and (2) | L-Artikolu 3(1) |

L-Artikolu 3(3) | – |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 4 | – |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 5a | – |

L-Artikolu 5c | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 6(3) |

L-Artikolu 6(3) | L-Artikolu 6(4) |

L-Artikolu 6(4) | L-Artikolu 6(5) |

L-Artikolu 6(6) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 7(2) | L-Artikolu 7(3) |

L-Artikolu 7(3), l-ewwel sottoparagrafu | L-Artikolu 7(4), l-ewwel sottoparagrafu |

L-Artikolu 7(3), ir-raba' sottoparagrafu | L-Artikolu 7(4), it-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 7(4) | L-Artikolu 7(5) |

L-Artikolu 7(5) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 7a | – |

L-Artikolu 8(1) to (3) | L-Artikolu 8(1) to (3) |

L-Artikolu 8(4) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 9(3) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 11(1) |

L-Artikolu 10(2) | – |

L-Artikolu 10(3) | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 12(1) |

L-Artikolu 11(2) | – |

L-Artikolu 11(3) | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 12(3) | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 16a | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 22 | – |

L-Artikolu 22a | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 24a | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 25 | – |

L-Artikolu 26(1) and (2) | L-Artikolu 14(1) and (2) |

L-Artikolu 26(4) | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 26(5) | – |

L-Artikolu 28 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 29(1) | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 29(2) | – |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 42 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 32 | – |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 35 | – |

L-Artikolu 36 | – |

L-Artikolu 37(1) | L-Artikolu 48 |

L-Anness | L-Anness II |

--------------------------------------------------

Top