EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1167

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/1999 tat-3 ta’ Ġunju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/97 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-avokado

OJ L 141, 4.6.1999, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 025 P. 287 - 287
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 028 P. 51 - 51
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 028 P. 51 - 51

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1167/oj

31999R1167



Official Journal L 141 , 04/06/1999 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/1999

tat-3 ta’ Ġunju 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/97 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-avokado

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1., kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 857/1999 [2] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 7., u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

(1) Billi l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/97 [3] ĠU L 119, tat-8.5.1997, p. 13. jistabbilixxi l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-avokado;

(2) Billi l-Istandard FFV-42 tal-UN/ECE (Il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa Magħquda) li jirrigwarda l-kontroll tal-kwalità tal-marketing u kummerċjali ta’ l-avokado li jkunu qegħdin jimxu fil-kummerċ internazzjonali bejn u lejn il-pajjiżi membri tal-UN/ECE ġie emendat f’laqgħat riċenti tal-Grupp tax-Xogħol tal-ECE dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jeħżienu u l-Iżvilupp tal-Kwalità; billi l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jipprovdi illi għandhom jitqiesu l-istandards tal-UN/ECE rrakkomandati minn dan il-Grupp tax-Xogħol meta jiġu adottati l-istandards dwar il-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel; billi l-istandards Komunitarji għall-avokado għandhom għalhekk jinġiebu f’linja ma’ l-istandards korrispondenti tal-UN/ECE;

(3) Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEC) Nru 831/97 jiġi emendat kif ġej:

1. fil-punt A "Ħtiġiet minimi" tat-tieni paragrafu ta’ l-ewwel sentenza fit-Titolu II "DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ", tiġi miżjuda l-frażi "sod waqt il-punt tad-dispaċċ" wara l-frażi "irid ikun";

2. il-punt A

"L-Uniformità"

ta’ l-ewwel paragrafu fit-Titolu V

"DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL- PREŻENTAZZJONI"

, jiġi mibdul b’dan li ġej (inkluża n-nota (

1

) fil-qiegħ tal-paġna):

"Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss avokado ta’ l-istess oriġini, varjetà, kwalità, kolorazzjoni [1] Bidla fil-kulur tal-varjetajiet tal-qoxra skura mhix meqjusa bħala difett, iżda l-kulur tal-frott f’kull pakkett irid ikun uniformi fil-waqt tad-dispaċċ. u daqs."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

Top