EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0307

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 307/1999 tat-8 ta’ Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-skemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u lill-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il- Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar -Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jestenduhom sabiex ikopru studenti

OJ L 38, 12.2.1999, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 003 P. 335 - 339
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 005 P. 103 - 107
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 005 P. 103 - 107
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 005 P. 153 - 157

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/307/oj

31999R0307



Official Journal L 038 , 12/02/1999 P. 0001 - 0005


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999

tat-8 ta' Frar 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-skemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u lill-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il- Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar -Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jestenduhom sabiex ikopru studenti

IL- KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t- Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l- Artikoli 51 u 235,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni [1], mogħtija wara li saret konsultazzjoni mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal- Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi l-punt (ċ) ta' l- Artikolu 3 tat- Trattat isostni li l-attivitajiet tal-Komunità għandhom jinkludu, kif provdut fit-Trattat, l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri, ta' l-ostakli għall-moviment liberu ta' persuni;

(2) Billi l- Artikolu 7a tat- Trattat jipprovdi li s-suq intern għandu jikkomprendi area mingħajr fruntieri interni li fiha huwa assigurat il-moviment liberu ta' l-affarijiet, il-persuni, is-servizzi u l-kapital skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

(3) Billi bil-ħsieb li jitwaqqaf moviment liberu ta' persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom u t-tneħħija ta' l-ostakli li, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' liġijiet nazzjonali biss, il- Kunsill, abbażi ta' l- Artikoli 51 u 235 tat- Trattat, adotta r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità [4] u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jipprovdi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar -Regolament (KEE) Nru 1408/71 [5];

(4) Billi, aktar minn hekk, l-għan tar -Regolament (KEE) Nru 1408/71 imissu jkun estiż sabiex jinkludi, inprinċipju, l-iskema speċjali li tkopri l-istudenti;

(5) Billi, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, l-applikazzjoni ta' liġijiet nazzjonali waħedhom ma tagħtix protezzjoni biżżejjed lill-istudenti li jiċċaqilqu ġewwa l- Komunità; billi, sabiex il-moviment liberu tal-persuni jsir aktar effettiv, l-iskemi ta' sigurtà soċjali applikabbli għalihom għandhom ikunu kkoordinati;

(6) Billi, għal raġunijiet ta' ekwità, għandhom jiġu applikati għal studenti regoli speċifiċi li huma applikabbli għall-persuni mpjegati u li jaħdmu għal rashom; billi dawk ir-regoli, għal raġunjiet ta' sempliċità u ċarezza, imisshom jissupplimentaw id- dispożizzjonijiet li huma diġà fis-seħħ għal persuni mpjegati u li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom;

(7) Billi huwa meħtieġ li jiġu adattati r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 skond kif meħtieġ sabiex id- dispożizzjonijiet tagħhom japplikaw għal studenti li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kont tenut tas-sitwazzjoni speċifika ta' dawk il-persuni, il-fatturi speċjali ta' l-iskemi li huma assigurati taħthom, u l-benefiċċji li għalihom huma intitolati;

(8) Billi, għalkemm jista' jkun li n-natura speċifika tas-sitwazzjoni li tirrigwarda l-istudenti ma għenitx it-tfassil ta' regoli li jistabbilixxu liema liġijiet huma applikabbli, huwa xorta waħda mixtieq, fejn ikun possibbli, li jipprevjenu l-persuni kkonċernati milli jkunu soġġetti għal imposta doppja ta' kontribuzzjonijiet, jew jakkwistaw drittijiet doppji għall-benefiċċji;

(9) Billi l-adattazzjonijiet li għandhom isiru għat-termini li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jirrikjedu l-adattazzjoni ta' l-Anness VI;

(10) Billi s-sitwazzjoni speċifika fil-Lussemburgu, fejn l-istudenti kollha li jistudjaw barra mill-pajjiż huma intitolati għall-kura tas-saħħa, tiġġustifika li dawn l-istudenti jkunu eżentati awtomatikament mill-kondizzjoni li jissieħbu fi skema ta' assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn ikunu qed jistudjaw;

(11) Billi, minħabba s-sitwazzjoni speċifika ta' l-istudenti, mhuwiex possibbli li tiġi mwaqqfa sistema komprensiva għall-koordinazzjoni tad-drittijiet li kull student għandu rigward sigurtà soċjali fuq livell Komunitarju, partikolarment rigward benefiċċji dwar l-invalidità; billi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali disponibbli għall-istudenti ivarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor partikolarment rigward benefiċċji speċjali mhux kontributorji maħsuba biex jgħinu fl-ispejjeż addizzjonali li jinqalgħu minħabba l-bżonn ta' kura jew ċaqliq ta' persuni b'diżabilità; billi l- Qorti tal-Ġustizzja ta l-Komunitajiet Ewropej irrikonoxxiet li r-regoli ddettaljati għall-għoti ta' ċerti benefiċċji huma marbuta mill-qrib mal-kuntest ekonomiku u soċjali partikolari; Billi derogazzjoni limitata mir-regoli tal-koordinazzjoni tal-perjodi applikati permezz ta' l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa għalhekk iġġustifikat;

(12) Billi t-Trattat ma pprovdiex il-poteri meħtieġa sabiex jittieħdu miżuri xierqa fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-istudenti, u għalhekk rikors għall- Artikolu 235, b'żieda ma' l- Artikolu 51, huwa ġġustifikat;

(13) Billi dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 93/96/ KEE [6] għad-dritt ta' residenza ta' studenti,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa emendat skond kif ġej:

(a) il-punt li jmiss għandu jiżdied wara l-punt (ċ):

"(ca) "student" tfisser persuna li mhijiex persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew membru tal-familja tiegħu jew sopravissut fis-sens ta dan ir-Regolament li tistudja jew tirċievi taħriġ vokazzjonali li jwassal għal kwalifika uffiċjalment rikonoxxuta mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, u hija assigurata taħt skema ġenerali ta' sigurtà soċjali jew skema speċjali ta' sigurtà soċjali applikabbli għal studenti;"

(b) f'punti (f), (i) u (ii), il-kliem "persuna impjegata jew taħdem għal rasha" għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew student";

2. L-Artikolu 2 ser jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Persuni koperti

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta' Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni bla stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom jew is-sopravissuti tagħhom.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-sopravissuti ta' persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għal studenti li kienu soġġetti għal-liġijiet ta' Stat Membru jew aktar, irrispettivament min-nazzjonalità ta' dawn il-persuni, fejn is-sopravissuti tagħhom huma persuni ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri, jew persuni bla Stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.";

3. fl-Artikolu 9a, fit-test Ġermaniż, il-kliem "der Arbeitnehmer oder Selbständige" għandhom jinbidlu bil-kliem "die Person";

4. fl-Artikolu 10(2), il-kliem "bħala persuna impjegata jew taħdem għal rasha" għandu jitħassar;

5. L-Artikolu 22ċ għandu jitħassar;

6. fil-Kapitolu 1 tat- Titolu III, għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja:

"It-Taqsima 5a

Persuni li jistudjaw jew jirċievu taħriġ vokazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom

L-Artikolu 34a

Dispożizzjonijiet speċjali għal studenti u membri tal-familja tagħhom

Id-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 18, l-Artikolu 19, l-Artikolu 22(1)(a) u (ċ), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 22(2), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 23, l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 6 u 7 għandhom japplikaw b'analoġija għal studenti u membri tal-familja tagħhom, kif inhu xieraq.

L-Artikolu 34b

Dispożizzjonijiet komuni

Persuna, kif imsemmija fl-Artikolu 22(1) u (3) u fl- Artikolu 34a, li toqgħod fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat kompetenti sabiex tistudja hemm jew tirċievi taħriġ vokazzjonali li jwassal għal kwalifiki uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, u l-membri tal-familja li jakkumpanjawh matul dak il-perjodu, għandhom jaqgħu taħt id- dispożizzjonijiet ta' l- Artikolu 22(1)(a) għal kull kondizzjoni li teħtieġ benefiċċji matul il-perjodu li fih joqgħod fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn dik il-persuna qed tistudja jew tirċievi t-taħriġ."

;

7. fl-Artikolu 35(3), il-kliem "ma għandu japplika la għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom lanqas għall-membri tal-familja tagħhom" għandu jinbidel bil-kliem "m'għandux japplika għal persuni";

8. fil-Kapitolu 4 ta' Titolu III, għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja:

"It-Taqsima 5

Studenti

L-Artikolu 63a

Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 1 sa 4 għandhom japplikaw b'analoġija għall-istudenti."

;

9. l-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

"L-Artikolu 66a

Studenti

Id-dispożizzjonijiet ta' l- Artikoli 64 sa 66 għandhom japplikaw b'analoġija għal studenti u l-membri tal-familja tagħhom.";

10. l-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

"L-Artikolu 76a

Studenti

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 72 għandhom japplikaw b'analoġija għall-studenti.";

11. l-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

"L-Artikolu 95d

Dispożizzjonijiet transizzjonali applikabbli għall-istudenti

1. L-ebda dritt m'għandu jiġi akkwistat taħt dan ir-Regolament minn studenti, membri tal-familja tagħhom jew sopravissuti tagħhom għal kull perjodu qabel l-1 ta' Mejju 1999.

2. Kull perjodu ta' assigurazzjoni u, fejn ikun xieraq, kull perjodu ta' impieg, xogħol li persuni jagħmlu għal rashom jew residenza kompletati taħt il-liġijiet ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Mejju 1999 għandu jittieħed inkonsiderazzjoni biex jiġu ddeterminati id-drittijiet akkwistati skond id- dispożizzjonijiet ta' dan ir-r-Regolament.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dritt għandu jiġi akkwistat taħt dan ir-Regolament anke jekk jirreferi għall-kontinġenza li nqalgħet qabel l-1 ta' Mejju 1999.

4. Kull benefiċċju li ma ġiex mogħti jew li kien sospiż minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal- persuna kkonċernata għandu, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jingħata jew jerga' jibda jingħata mill-1 ta' Mejju 1999, basta li d-drittijiet li għalihom il-benefiċċji kienu mogħtija qabel ma tawx lok għal ħlas ta' flus f'somma sħiħa.

5. Jekk it- talba msemmija fil-paragrafu 4 issir fi żmien sentejn mill-1 ta' Mejju 1999, id-drittijiet imnisslin minn dan ir-Regolament a favur ta' studenti, membri tal-familja tagħhom u sopravissuti tagħhom għandhom ikunu akkwistati minn dik id-data 'l quddiem u d- dispożizzjonijiet tal-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-telf jew il-preskrizzjoni ta' drittijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-persuni kkonċernati.

6. Jekk it- talba msemmija fil-paragrafu 4 issir wara t-tmiem tal-perjodu ta' sentejn mill-1 ta' Mejju 1999, dirttijiet li ma ntilfux u li ma skadewx jistgħu jiġu akkwistati mid-data ta' din it- talba, bla ħsara għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru.";

12. L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) F'taqsima

"D. SPANJA"

il-punt li ġej għandu jiżdied:

"9. L-iskema speċjali Spanjola għall-istudenti ("Seguro Escolar";) mhijiex ibbażata, rigward ir-rikonoxximent ta benefiċċji, fuq il-kompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, xogħol jew residenza kif dawn l-espressjonijiet huma definiti fl- Artikolu 1(r), (s) u (sa) tar-Regolament. Għalhekk l-istituzzjonijiet Spanjoli ma jistgħux joħorġu ċ-ċertifikati rilevanti sabiex jingħaqdu flimkien perjodi differenti.

Minkejja dan, l-iskema speċjali spanjola għall-istudenti ser tapplika għall-istudenti li huma ta' nazzjonalità ta' Stati Membri oħra li qed jistudjaw fi Spanja, taħt l-istess kondizzjonijiet għall-istudenti ta' nazzjonalità Spanjola";

(b) f'taqsima

"I. IL-LUSSEMBURGU"

, għandu jiżdied il-punt li ġej:

"8. Persuni li huma koperti permezz ta' assigurazzjoni tas-saħħa fil-Gran Dukat tal- Lussemburgu li jistudjaw fi Stat Membru ieħor huma eżentati milli jissieħbu bħala studenti taħt il-liġijiet tal-pajjiż fejn qed jistudjaw.";

(ċ) f'taqsima

"O. IR-RENJU UNIT"

għandu jiżdied il-punt li ġej:

"21. Fil-każ kemm ta' studenti kif ukoll tal-membri tal-familja tagħhom jew is-sopravissuti ta' student, l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament ma għandux japplika għall-benefiċċji maħsuba biss għall-protezzjoni speċifika ta' persuni b'diżabilità."

L-Artikolu 2

L-Artikolu 120 tar- Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 120

Persuni li jistudjaw jew li jirċievu taħriġ vokazzjonali

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 10 u 10a, għandhom japplikaw, fejn ikun xieraq, b'analoġija għall-istudenti."

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tielet xahar ta' wara li jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Frar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Lafontaine

[1] ĠU C 46, ta' l-20.2.1992, p. 1.

[2] ĠU C 94, tat-13.4.1992, p. 326.

[3] ĠU C 98, tal-21.4.1992, p. 4.

[4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1606/98 (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 1).

[5] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1606/98 (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 1).

[6] ĠU L 317, tat-18.12.1993, p. 59.

--------------------------------------------------

Top