EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0043

Id-Direttiva 1999/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 illi temenda għas-17-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

OJ L 166, 1.7.1999, p. 87–90 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 024 P. 45 - 49
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 026 P. 241 - 245
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 026 P. 241 - 245

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/43/oj

31999L0043



Official Journal L 166 , 01/07/1999 P. 0087 - 0090


Id-Direttiva 1999/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-25 ta' Mejju 1999

illi temenda għas-17-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [2]

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

(1) Billi l-miżuri neċessarji għandhom jiġu adottati għall-operazzjoni mingħajr xkiel tas-suq intern;

(2) Billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fid-29 ta' Marzu 1996 id-Deċiżjoni Numru 646/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tad-29 ta' Marzu 1996 li tadotta pjan ta' azzjoni biex jiġi kumbattut il-kanċer fil-kwadru għal azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 to 2000) [4];

(3) Billi sabiex titjieb il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur, sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni u l-preparazzjonijiet li jikkontjenuhom m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq sabiex jintużaw mill-pubbliku in ġenerali;

(4) Billi d-Direttiva 94/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 illi temenda għall-14-il darba id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [5] tistablixxi, fil-forma ta' Appendiċi li jikkonċerna l-punti 29,30 u 31 ta' Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE [6], lista li fiha sustanzi klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2; billi dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet m' għandhomx jitqiegħdu fis-suq għal użu mill-pubbliku in ġenerali;

(5) Billi d-Direttiva 94/60/KE tipprovdi illi l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta sabiex din il-lista tiġi estiża sa mhux iktar minn sitt xhur wara pubblikazzjoni ta' adattament għall-progress tekniku ta' Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE [7] li jikkontjeni sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2;

(6) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/54/KE [8] li tadatta għat-22 darba d-Direttiva 67/548/KEE, u partikolarment l-Anness I ta' magħha, għall-progress tekniku, tikkontjeni 16 il-sustanza kklassifikati ġodda bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2; billi dawn is-sustanzi għandhom jiżdiedu mal-punti 29,30 u 31 ta' l-Appendiċi ma' Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE, kif konsolidat bid-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [9] li temenda d-Direttiva 76/769/KEE għas-16-il darba;

(7) Billi r-riskji u l-vantaġġi tas-sustanzi kklassifikati ġodda, bid-Direttiva 96/54/KE, bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 ġew kundsidrati;

(8) Billi Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 96/54/KE tħassar tmien iskrizzjonijiet minn Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE ladarba s-sustanzi taħt dawn l-iskrizzjonijiet huma diġà koperti b' iskrizzjonijiet oħra jew il-klassifikazzjoni tagħhom bħala karċinoġeniċi ġiet irtirata; billi ħamsa minn dawn is-sustanzi huma inklużi fl-Appendiċi għall-punt 29 ta' Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE; billi dawn l-iskrizzjonijiet għandhom ukoll jitħassru fid-Direttiva ta' l-aħħar;

(9) Billi din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta' ħaddiema kontenuta fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jiġi nkoraġġit titjib fis-sigurtá u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (1), u d-direttivi individwali bbażati fuqha, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma' l--espożizzjoni għal karċinoġeniċi fuq ix-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fis-sens ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [10].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Is-sustanzi elenkati f'Anness I ma' din id-Direttiva għandhom jiżdiedu ma' dawk is-sustanzi elenkati fl-Appendiċi li jikkonċerna il-punti 29, 30 u 31 ta' Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE.

Artikolu 2

Is-sustanzi elenkati f'Anness II ma' din id-Direttiva għandhom jitħassru minn dawk is-sustanzi elenkati fl-Appendiċi mal-punt 29 ta' Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Mejju 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

H. Eichel

[1] ĠU Ċ 59, tal- 25.2.1998, p. 5.

[2] ĠU Ċ 214, ta' l- 10.7.1998, p. 73.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU Ċ 80, tas- 16.3.1998, p. 91), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 (ĠU Ċ 18, tat- 22.1.1999, p. 43) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Frar 1999 (ĠU Ċ 150, tat- 28.5.1999) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Mejju 1999.

[4] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 9.

[5] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 1.

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li irrelataw għall-klassifika, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU Ċ 196, tas- 16.8.1967, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/69/KE (ĠU L 343.tat- 13.12.1997. p.19)

[7] ĠU L 262.tas- 27.9.1976.p.201. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/64/KE (ĠU L 315.tad- 19.11.1997. p.13)

[8] ĠU L 248, tat-30.9.1996, p. 1.

[9] ĠU L 333, ta' l-4.12.1997, p. 1.

[10] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-Punt 29 – Karċinoġeni: il-kategorija 2

Sustanzi | Numru ta' l-Indiċi | Numru tal-KE | Numru tal-CAS | Noti |

Dikromat tal-potassju | 024-002-00-6 | 231-906-6 | 7778-50-9 | |

Dikromat ta' l-ammonju | 024-003-00-1 | 232-143-1 | 7789-09-5 | |

Dikromat tas-sodju | 024-004-00-7 | 234-190-3 | 10588-01-9 | |

Sodjudikromat, deidrat | 024-004-01-4 | 234-190-3 | 7789-12-0 | |

Chromyl dichloride; chromic oxychloride | 024-005-00-2 | 239-056-8 | 14977-61-8 | |

Kromat tal-potassju | 024-006-00-8 | 232-140-5 | 7789-00-6 | |

Komposti tal-Kromju (VI), bl-eċċezzjoni tal-kromat tal-barju u ta' komposti speċifikati band'oħra f'Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE | 024-017-00-8 | — | — | |

Bromoethylene | 602-024-00-2 | 209-800-6 | 593-60-2 | |

5-Allyl-1, 3-benzodioxole; safrole | 605-020-00-9 | 202-345-4 | 94-59-7 | |

Benzidine ibbażat fuq żebgħat azo; 4,4'- diarylazobiphenyldyes, bl-eċċezzjoni ta' dawk speċifikati band'oħra f'Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE | 611-024-00-1 | — | — | |

Disodium 4-amino 3-[[4'-[(2,4-diaminophenyl)azo][1,1'-biphenyl]-4-yl]azo]-5-hydroxy-6-(phenylazo)naphthalene-2,7-disulphonate; C.I. Direct Black 38 | 611-025-00-7 | 217-710-3 | 1937-37-7 | |

Tetrasodium 3,3'-[[1,1'-biphenyl]-4,4'-dylbis(azo) ]bis[5-amino-4-hydroxynaphtalene-2,7-disulphonate]; C.I. Direct Blue 6 | 611-026-00-2 | 220-012-1 | 2602-46-2 | |

Disodium 3,3'-[[1,1'-bifenyl]-4,4'dylbis(azo) ]bis-[4-aminonaphtyhalene-1-sulphonate); C.I. Direct red 28 | 611-027-00-8 | 209-358-4 | 573-58-0 | |

Toluene-2,4-diammonium sulphate | 612-126-00-9 | 265-697-8 | 65321-67-7 | |

Il-Punt 30 — Mutaġeni: il-kategorija 2

Sustanzi | Numru ta' l-Indiċi | Numru KE | Numru CAS | Noti |

Dikromat tal-potassju | 024-002-00-6 | 231-906-6 | 7778-50-9 | |

Dikromat ta' l-ammonju | 024-003-00-1 | 232-143-1 | 7789-09-5 | |

Dikromat tas-sodju | 024-004-00-7 | 234-190-3 | 10588-01-9 | |

Sodjukromat deidrat | 024-004-01-4 | 234-190-3 | 7789-12-0 | |

Chromyl dichloride; chromic oxychloride | 024-005-00-2 | 239-056-8 | 14977-61-8 | |

Kromat tal-potassju | 024-006-00-8 | 232-140-5 | 7789-00-6 | |

1,3,5,-tris(oxiranylmethyl)-1,3,5-triazine-2,4,6(1H,3H,5H)-trione; TGIC | 615-021-00-6 | 219-514-3 | 2451-62-9 | |

Il-Punt 31 Tossiku għar-riproduzzjonji: il-kategorija 1

Sustanzi | Numru ta' l-Indiċi | Numru KE | Numru CAS | Noti |

1,2-Dibromo-3-chloropropane | 602-021-00-6 | 202-479-3 | 96-12-8 | |

Il-Punt 31 – Tossiku għar-riproduzzjonji: il-kategorija 2

Sustanzi | Numru ta' l-Indiċi | Numru KE | Numru CAS | Noti |

Bis(2-Methoxyethyl) phthalate | 607-228-00-5 | 204-212-6 | 117-82-8 | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Sustanzi | Numru ta' l-Indiċi | Numru KE | Numru CAS | Noti |

Idrokarboni aromatiċi, C8-10; Żejt ħafif ridistillat. Ibaqbaq f'temperatura għolja | 648-011-00-5 | 292-695-4 | 90989-39-2 | J |

Qatran, faħam-kannella; Żejt karboliku. (Żejt distillat minn qatran tal-faħam kannella. Kompost primarjament minn idrokarbuni aromatiċi alifatiċi, nafteniċi u one- to three-ring, id-derivati tagħhom ta' l-alkyl, eteroaromatiċi u fenoli one- to two-ring, li jbaqbaq fil-livell ta' madwar 150 °C u 360 °C (302 °f sa 680 °f)). | 648-025-00-1 | 309-885-0 | 101316-83-0 | J |

Coke (qatran tal-faħam), pitch ta' temperatura għolja | 648-157-00-X | | 140203-12-9 | |

Coke (qatran tal-faħam), pitch imħallat ta' temperatura għolja tal-faħam | 648-158-00-5 | | 140203-13-0 | |

Coke (qatran tal-faħam) temperatura baxxa, pitch ta' temperatura għolja | 648-159-00-0 | | 140413-61-2 | |

--------------------------------------------------

Top