EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0697

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE li tħejji listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjizi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tas-selvaġġina miżmuma fl-irziezet (notifikata taħt dokument numru C(1999) 3276)Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 275, 26.10.1999, p. 33–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 026 P. 338 - 338
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 029 P. 174 - 174
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 029 P. 174 - 174
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 042 P. 7 - 7

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/697/oj

31999D0697



Official Journal L 275 , 26/10/1999 P. 0033 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Ottubru 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE li tħejji listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjizi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tas-selvaġġina miżmuma fl-irziezet

(notifikata taħt dokument numru C(1999) 3276)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(1999/697/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tħejjija, għal perjodu temporanju, listi proviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjizi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti mis-sajd u molluski bi-valvoli ħajjin [1], kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/556/KE [4], ħejjiet listi proviżorji ta’stabbilimenti ta’ pajjizi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tas-selvaġġina miżmuma fl-irziezet; billi l-lista ta’ stabilimenti mħejjija bid-Deċiżjoni msemmija qabel ma tinkludix stabilimenti li jipproduċu l-laħam rattit;

(2) il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw il-laħam tar-rattiti, il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għall-importazzjoni ta’ dan il-laħam fil-Komunità għadhom ma ġewx stabbiliti;

(3) l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 97/467/KE jistgħu sa’ l-1 ta’Ottubru 1999 jawtorizzaw stabbilimenti għall-importazzjoni tal-laħam tar-rattiti;

(4) id-data ta’ l-1 ta’ Ottubru 1999 għandha tiġi sostitwita bl-1 ta’ Ottubru 2000 biex tippermetti aktar konsiderazzjoni ta’ l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati sussegwentament, speċjalment fid-dawl ta’ kummenti magħmula minn pajjiżi terzi skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness B li jinsab mal-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, u bil-ħsieb li jinżamm il-kummerċ eżistenti;

(5) il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(2a) tad-Deċiżjoni Nru 97/467/KE l-kliem "l-1 ta’Ottubru 1999" huma sostitwiti bi "l-1 ta’ Ottubru 2000".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Ottubru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

[3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 57.

[4] ĠU L 266, ta’ l-1.10.1998, p. 86.

--------------------------------------------------

Top