EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0507

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1999 fuq ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja (notifikata bid-dokument numru C(1999) 2467)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 194, 27.7.1999, p. 66–67 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 026 P. 198 - 199

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2006; Imħassar b' 32006D0146

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/507/oj

31999D0507



Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0066 - 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Lulju 1999

fuq ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 2467)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/507/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi il-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif emendati l-aħħar bid-Direttiva 96/43/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha,

(1) Billi l-kundizzjonijiet prinċipali ta’ saħħa ta’ annimali li jridu jiġu mħarsa mill-Istati Membri meta jimportaw minn pajjiżi terzi klieb, qtates u annimali oħra li jistgħu ikollhom ir-rabja huma stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE [3]; billi madankollu iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad m’hiex armonizzata;

(2) Billi każi fatali ta’ marda Hendra u marda Nipah fil-bniedem ġew rappurtati rispettivament fl-Awstralja u l-Malasja;

(3) Billi friefet-il-lejl tal-frott tal-ġeneri Pteropus huma kkunsidrati li jrabbu naturalment virus tal-marda Hendra u rinomati li jżommu fihom kwantità ta’virus tal-marda Nipah; billi madankollu dawn il-mammiferi ma jurux sinjali kliniċi ta’ mard u jistgħu jżommu l-virus flimkien ma antikorpi li jinnewtraliżżawh;

(4) Billi il-friefet-il-lejl tal-frott huma kulltant importati minn pajjiżi terzi; billi sakemm ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-Komunità tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ friefet-il-lejl tal-frott, jidher neċessarju li jkun hemm ċerti miżuri protettivi rigward il-mard Hendra u Nipah;

(5) Billi l-marda Hendra tista’ tittieħed mill-qtates, u klieb u qtates jistgħu jieħdu l-marda Nipah; billi l-esposizzjoni għall-virus rispettivi tnissel serokonverżjoni f’annimali morda u konvalexxenti, li tista’ tiġi mikxufa b’test tal-laboratorju,

(6) Billi l-presenza ta’ din il-marda zoonotika fil-pajjiżi fuq imsemmija tista’ tkun ta’ periklu għal persuni u annimali suxxettibbli fil-Komunità;

(7) Billi hu neċessarju li jiġu adottati miżuri protettivi fil-livell tal-Komunità rigward importazzjoni ta’ friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates mill-Malasja (Penisola) u l-Awstralja;

(8) Billi din id-deċiżjoni taqbel mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-importazzjoni ta’ friefet-il-lejl tal-frott tal-ġeneri Pteropus mill-Malasja (Penisola) u l-Awstralja hi projbita.

2. Derogazzjoni mill-paragrafu 1 u minghajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, friefet-il-lejl tal-frott tal-ġeneri Pteropus jistgħu jiġu importati b’dawn il-kundizzjonijiet:

- l-annimali jkunu ġejjin minn kolonji fejn ikunu miżmuma, u

- l-annimali jkunu nżammu f’post ta’ kwarantina għal mill-inqas 60 jum, u

- l-annimali jkunu ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal newtralizzazzjoni ta’ serum jew test ELISA approvat għal antikorpi kontra virus ta’ mard Hendra u Nipah, magħmula f’laboratorju approvat għal testijiet bħal dawn mill-awtoritajiet kompetenti minn demm meħud darbtejn b’intervall ta’ minn 21 sa 30 jum, it-tieni kampjun ikun meħud sa 10 jiem qabel l-esportazzjoni.

Artikolu 2

1. L-importazzjoni ta’ klieb u qtates mill-Malasja (Penisola) hi pprojbita.

2. B’deroga mill-paragrafu 1 klieb u qtates jistgħu jiġu mportati b’dawn il-kundizzjonijiet:

- l-annimali ma kellhomx kuntatt ma’ ħnieżer matul almenu 60 jiem ta’ qabel l-esportazzjoni, u

- l-annimali ma kienux joqogħdu f-postijiet fejn matul l-aħħar 60 jum ġew konfermati każi ta’ marda Nipah, u

- l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test IgM u test IgG ELISA magħmula f’laboratorju approvat għal testijiet ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda Nipah mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq demm meħud sa 10 jiem qabel l-esportazzjoni.

Artikolu 3

1. L-importazzjoni ta’ qtates mill-Awstralja hi pprojbita.

2. B’deroga mill-paragrafu 1 qtates jistgħu jiġu mportati b’dawn il-kundizzjonijiet:

- l-annimali ma’ kienux joqogħdu f’postijiet fejn fl-aħħar 60 jum gew konfermati każi ta’ marda Hendra, u

- l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test IgM u test IgG ELISA magħmula f’laboratorju approvat għal testijiet ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda Hendra mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti b’demm meħud sa 10 jiem qabel l-esportazzjoni.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw rigward il-Malasja (Penisola) u l-Awstralja biex iġibuhom jaqblu ma’ din id-Deċiżjoni.

Huma għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[2] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[3] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

--------------------------------------------------

Top