EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0476(01)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għad-Deterġenti tal-Ħasil (notifikata bid-dokument numru K(1999) 1522)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 187, 20.7.1999, p. 52–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 004 P. 281 - 297
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 004 P. 280 - 296

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/476(2)/oj

31999D0476(01)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għad-Deterġenti tal-Ħasil (notifikata bid-dokument numru K(1999) 1522)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 187 , 20/07/1999 P. 0052 - 0068
CS.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
ET.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
HU.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
LT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
LV.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
MT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
PL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296
SK.ES Chapter 15 Volume 04 P. 281 - 297
SL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 280 - 296


ID-Deċiżjoni tal-kummissjoni

ta' l-10 ta' Ġunju 1999

li tistabbilixxi l-Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għad-Deterġenti tal-Ħasil

(notifikata bid-dokument numru K(1999) 1522)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/476/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 tat-23 ta' Marzu 1992 dwar l-iskema ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja [1], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tiegħu,

(1) Billi, bid-Deċiżjoni 95/365/KE [2], il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-ħasil, li, skond l-Artikolu 3 tagħha, dawn skadew fil-25 ta' Lulju 1998;

(2) Billi jkun xieraq li tiġi addottata Deċiżjoni ġdida għall-grupp ta' prodott magħruf bħala "deterġenti tal-ħasil" u li jiġu stabbiliti kriterji għal dan il-grupp ta' prodott li jkunu validi għal perjodu ta' tliet snin;

(3) Billi jkun xieraq li jiġu riveduti l-kriterji li kienu ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni 95/365/KE biex ikunu jinħassu l-iżviluppi fis-suq;

(4) Billi l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jipprovdi li l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għandhom jiġu definiti skond il-grupp tal-prodott;

(5) Billi l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jgħid illi t-turija ambjentali ta' prodott għandha tiġi valutata b'referenza għall-kriterji speċifiċi għall-gruppi tal-prodott;

(6) Billi l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jgħid li Eko-tikketta m'għandhiex tingħata lil prodotti li jkunu sustanzi jew preparazzjonijiet li huma klassifikati bħala perikolużi, bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi 67/548/KEE [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/98/KE [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE [5] kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/65/KEE [6], din tista' tingħata lill-prodott li jkollu dawn is-sustanzi jew preparazzjonijiet sakemm dawn ikunu jilħqu l-għanijiet ta' l-iskema ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja;

(7) Billi d-deterġenti tal-ħasil fihom sustanzi jew preparazzjonijiet ikklassifikati bħala perikolużi fi qbil mad-Direttivi msemmija fuq;

(8) Billi l-kriterji ekoloġiċi stabbiliti b'din id-Deċiżjoni jinkludu, l-aktar, ostakli u punti li jnaqqsu għal livell baxx ħafna l-kontenut ta' sustanzi jew preparazzjonijiet meqjusa bħala perikolużi fid-deterġenti li jistgħu jingħataw l-Eko-tikketta;

(9) Billi d-deterġenti li huma konformi ma' dawn il-kriterji, għalhekk, għandhom impatt ambjentali mnaqqas u jilħqu l-għanijiet ta' l-iskema ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja;

(10) Billi l-Kummissjoni addottat ir-rakkomandazzjoni tat-22 ta' Lulju 1998 dwar il-prattika ambjentali tajba għad-deterġenti tal-ħasil li jintużaw fid-djar [7];

(11) Billi fi qbil ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 il-Kummissjoni konsultat il-gruppi interessati ewlenin f'forum ta' konsultazzjoni;

(12) Billi l-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodott "deterġenti tal-ħasil" ifisser id-deterġenti tal-ħasil, fi trab, likwidu jew f'kull għamla oħra, għall-ħasil ta' ħwejjeġ, u li huma maħsuba biex jintużaw l-aktar fil-magni tal-ħasil tad-djar.

Artikolu 2

It-turija ambjentali u l-konvenjenza għall-użu tal-grupp tal-prodott, kif iddefiniti fl-Artikolu l, għandhom ikunu valutati b'referenza għall-kriterji ekoloġiċi speċifiċi u dawk tat-turija, stabbiliti fl-Anness u l-Appendiċi I il-Parti A, I il-Parti B, II, III u IV.

Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji għall-grupp tal-prodott għandhom ikunu validi għal perjodu ta' tliet snin mill-ewwel jum li fih din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.

Artikolu 4

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp tal-prodott għandu jkun "006".

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fl-10 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 99, 11.04.92, p. 1.

[2] ĠU L 217, 13.09.95, p. 14.

[3] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1

[4] ĠU L 355, 30.12.98, p. 1.

[5] ĠU L 187, 16.07.88, p. 14.

[6] ĠU L 265, 18.10.96, p. 15.

[7] ĠU L 215, 01.08.98, p. 73.

--------------------------------------------------

ANNESS

QAFAS

Il-kriterji ġenerali stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 880/92 fuq l-iskema ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja u l-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom ikunu jgħoddu għall-għoti ta' l-Eko-tikketta għal deterġenti tal-ħasil, u għandhom jitħarsu matul il-perjodu kollu kopert mill-kuntratt li għandu x'jaqsam mat-termini ta' l-użu tat-tikketta.

L-entitajiet kompetenti huma rakkomandati li jqisu l-implimentazzjoni ta' l-iskemi ta' amministrazzjoni ambjentali li jkunu magħrufa, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001; dan l-aktar meta jkunu qed jiġu valutati l-applikazzjonijiet u meta jkun qed isir moniteraġġ tal-konformità mal-kriterji li hemm f'dan l-Anness.

Dawn il-kriterji jimmiraw li jmexxu 'l quddiem:

- it-tnaqqis tat-tniġġiż ta' l-ilma kemm billi titnaqqas il-kwantità ta' deterġenti li jintużaw kif ukoll billi tkun limitata l-kwantità ta' ingredjenti li jagħmlu ħsara

- it-tnaqqis kemm jista' jkun ta' produzzjoni ta' skart billi jitnaqqas l-ammont ta' ippakkjar primarju u billi jitmexxa 'l quddiem l-użu mill-ġdid tiegħu u/jew ir-riċiklaġġ

- it-tnaqqis ta' l-użu ta' l-enerġija billi jitmexxew 'il quddiem deterġenti li jkunu effettivi f'temperaturi baxxi.

Barra minhekk, dawn il-kriterji jsaħħu l-għarfien ambjentali tal-konsumaturi.

1. L-UNITÀ FUNZJONALI U D-DOŻA TA' REFERENZA

1.1. L-unità funzjonali

L-unità funzjonali titfisser fi g/ħasla (grammi għal kull ħasla). Għal deterġenti qawwija din tkun relatata għad-doża għal kull tagħbija ta' 4,5 kg (ħwejjeġ xotti), waqt li għal deterġenti ħfief għad-doża għal kull tagħbija ta' 2,5 kg (ħwejjeġ xotti) fil-magna tal-ħasil.

1.2. Id-doża ta' referenza

Id-doża rakkomandata mill-fabbrikant lill-konsumaturi għar-ragħa ta' l-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l u ħwejjeġ "maħmuġin normali" qed tittieħed bħala doża ta' referenza għall:

- kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, u

- l-prova tat-turija tal-ħasil.

Jekk ir-ragħa ta' l-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l ma tkunx relevanti fl-Istati Membri li fihom id-deterġent jitpoġġa fis-suq, l-applikant għandu jispeċifika d-doża użata bħala referenza.

2. IL-KRITERJI EKOLOĠICI FUQ L-INGREDJENTI U L-IPPAKKJAR

2.1. Il-kriterji ekoloġiċi fuq l-ingredjenti

Fil-parametri li ġejjin qed jitqiesu:

- l-kimiċi kollha (KK),

- t-tossiċità tal-volum kritiku tas-sustanza maħlula (CDVtoss),

- l-fosfati (bħala STPP),

- l-inorganiċi li mhumiex solubRBi (IMS)

- inorganiċi li huma solubRBi (IS)

- organiċi li mhumiex biodegradabRBi (aerobiċi) (OMBDa)

- organiċi li mhumiex biodegradabRBi (anaerobiċi) (OMBD an)

- domanda bioloġika ta' l-ossiġnu (BOD).

L-Appendiċi II jippreżenta d-definizzjoni tal-parametri fil-kalkolu. Dawn il-parametri huma maħduma u mfissra bħala g/ħasla jew l/ħasla, skond kif xieraq. Dawn jittieħdu f'daqqa u jinħadmu bħala total sħiħ, skond l-avviċinament li jiġi preżentat f'dan id-dokument.

Fatturi ta' punti/tweżin

It-tabella li ġejja tagħti fil-qosor il-kriterji magħżula, l-ostakli ta' esklużjoni tagħhom, il-fatturi ta' tweżin tagħhom u l-ogħla riżultat li jista' jintlaħaq. Il-fomuli tas-sistema tal-punti li għandhom jintużaw biex jinħadem ir-riżultat għal kull kriterju qed jidhru fil-punt 2.3.

Is-sistema tal-kalkolu tal-punti/tweżin tad-deterġenti tal-ħasil

Nota:

Il-valuri kollha huma mfissra fi g/ħasla, ħlief il-CDVtoss li huwa mfisser f'l/ħasla.

PuntiKriterju | | 4 | 3 | 2 | 1 | Esklużjoni ostaklu | Tweżin | Somma |

Kimiċi totali | 60 | 70 | 80 | 90 | 110 | 3 | 12 |

Il-volum kritiku tas-sustanza maħlula, toss | 1500 | 3500 | 5500 | 7500 | 10000 | 8 | 32 |

Fosfati (bħala STPP) | 0 | 7,5 | 15 | 22,5 | 30 | 2 | 8 |

Inorganiċi li mhumiex solubRBi | 10 | 15 | 20 | 25 | 30 | 0,5 | 2 |

Inorganiċi li huma solubRBi | 10 | 25 | 40 | 55 | 70 | 0,5 | 2 |

OMBD (aerobiċi) | 1 | 2 | 3 | 4 | 8 | 1 | 4 |

OMBD (anaerobiċi) | 1 | 4 | 7 | 10 | 15 | 1,5 | 6 |

BOD | 20 | 40 | 60 | 80 | 130 | 2 | 8 |

Total | | | | | | | 74 |

L-inqas punti meħtieġa | 45 |

2.2. Il-livell ta' mogħdija/twaħħil għall-għoti ta' l-eko-tikketta

Is-somma tal-punti marbuta mat-tmien kriterji li jikkonċernaw l-ingredjenti għandha tkun ugwali jew ikbar minn 45.

Il-valuri ta' ostaklu m'għandhomx ikunu iżjed fuq kull kriterju. Il-prodott għandu jkun ukoll fi qbil mal-kriterji stabbiliti f'partijiet oħra ta' dan l-Anness.

2.3. Il-kalkoli marbuta mal-kriterji ekoloġiċi fuq l-ingredjenti

Id-database ta' l-ingredjenti tad-deterġenti (DID)

L-Appendiċi I, il-Parti A tippreżenta l-bażi tat-tagħrif ta' l-ingredjenti tad-deterġenti (DID). Din fiha l-ingredjenti l-aktar li jintużaw fil-formulazzjoni tad-deterġenti. Din għandha tintuża għall-kalkoli tal-kriterji li jikkonċernaw l-ingredjenti.

Tagħrif fuq il-fattur tat-tagħbija, it-tossiċità, in-non-biodegradabbiltà (aerobika), in-non-biodegradabbiltà (anaerobika), l-ingoraniċi solubRBi/li mhumiex solubRBi u d-domanda bioloġika ta' l-ossiġnu (BOD), huma mniżżla għall-ingredjenti ewlenin tad-deterġenti fl-Appendiċi 1, il-Parti A u dan it-tagħrif għandu jintuża għall-kalkoli li jikkonċernaw dawn l-ingredjenti.

Il-kriterji:

- Il-kimiċi kollha

- fosfati (bħala STPP)

- inorganiċi solubRBi/mhux solubRBi

- mhumiex biodegradabRBi (aerobiċi/anaerobiċi)

- BOD

għandhom jinħadmu għal kull ingredjent billi titqies id-doża għal kull ħasla, il-kontenut ta' l-ilma u l-perċentwali ta' massa, u għandhom jingħaddu għal kull formulazzjoni ta' prodott.

Il-kriterju fuq it-tossiċità tal-volum kritiku tas-sustanza maħlula jinħadem għal kull ingredjent (i) tal-formulazzjoni tad-deterġent RB-ekwazzjoni li ġejja:

CDV

=

toqol/ħasla

x il-fattur tat-tagħbija

×1000

Il-Proċedura għal kif jinħadmu l-punti

Għall-mod kif jinħadmu l-punti, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Il-kimiċi kollha (KK)

Jekk KK = 110 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk KK = 90 g/ħasla | mela | Punti = 10 – KK/10 |

Jekk 110 = KK = 90 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk KK = 60 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

Il-Volum Kritiku tas-Sustanza Maħlulatoss (VKSTOSS):

jekk VKSTOSS = 10000 l/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk VKSTOSS = 7500 l/ħasla | mela | Punti = 4,75 – VKSTOSS/2000 |

Jekk 10000 = VKSTOSS = 7500 l/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk VKSTOSS = 1500 l/ħasla | mela | Punti = 4 |

Fosfati (F)

Jekk F = 30 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk F = 22,5 g/ħasla | mela | Punti = 4 – F/7,5 |

Jekk 30 = F = 22,5 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Inorganiċi li mhumiex solubRBi (IMS):

Jekk IMS = 30 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk IMS = 25 g/ħasla | mela | Punti = 6 – IMS/5 |

Jekk 30 = IMS = 25 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk IMS = 10 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

Inorganiċi li huma solubRBi (IS):

Jekk IS = 70 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk IS = 55 g/ħasla | mela | Punti = 4,66 – IS/5 |

Jekk 70 = IS = 55 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk IS = 10 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

Organiċi li mhumiex biodegradabRBi - aerobiċi (OMBDa):

Jekk OMBDa = 8 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk OMBDa = 4 g/ħasla | mela | Punti = 5 – OMBDa |

Jekk 8 = OMBDa = 4 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk OMBDa = 1 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

Organiċi li mhumiex degradabRBi bioloġikament - anaerobiċi (OMBDan):

Jekk OMBDan = 15 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk OMBDan = 10 g/ħasla | mela | Punti = 4,34 – OMBDan/3 |

Jekk 15 = OMBDan = 10 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk OMBDan = 1 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

BOD (BOD):

Jekk BOD = 130 g/ħasla | mela | ESKLUŻJONI |

Jekk BOD = 80 g/ħasla | mela | Punti = 5 – BOD/20 |

Jekk 130 = BOD = 80 g/ħasla | mela | Punti = 0 |

Jekk BOD = 20 g/ħasla | mela | Punti = 4 |

Ingredjenti ġodda miżjuda

Fil-każ li jkun hemm kimiċi ġodda jew ingredjenti miżjuda li ma jkunux tniżżlu fid-database ta' l-ingredjenti tad-deterġenti, l-avviċinament deskritt hawn taħt u fl-Appendiċi I, il-Parti B għandu jkun dan li ġej.

- it-tagħrif sperimentali għandu jintbagħat mill-applikant lill-entità kompetenti,

- it-tagħrif fuq l-inorganiċi solubRBi/li mhumiex solubRBi, fuq il-biodegradabbiltà anaerobika (ibbażata fuq it-test Ecetoc Nru 28, Ġunju 1988) u d-domanda bioloġika ta' l-ossiġnu (BOD) għandu jingħata,

- għandha tingħata d-dokumentazzjoni disponibRBi kollha fuq it-tagħrif li jikkonċerna l-biodegradazzjoni, t-tneħħija, l-effetti għal żmien twil (it-tagħrif NOEC) fuq il-ħut, id-dafnja manja, u l-algae,

- ir-referenza għat-testijiet relevanti għandhom ikunu l-Annessi xierqa għad-Direttiva 67/548/KEE.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi I, il-Parti B għandha tkun tgħodd, skond kif ikun xieraq.

L-aktar, jekk it-tagħrif komplut dwar l-effetti għal żmien twil ma jkunx disponibRBi, għandhom ikunu jgħoddu l-proċeduri relevanti mħaffa li huma deskritti fl-Appendiċi I, il-Parti B.

Fejn ikun xieraq, jista' jiġi aċċettat tagħrif alternattiv jekk l-ekwivalenza tiegħu tiġi aċċettata mill-entità kompetenti li tkun qed tagħmel il-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni.

2.4. Kriterji ekoloġiċi oħra dwar l-ingredjenti

Ċerti ingredjenti speċifiċi m'għandhomx ikunu aktar mill-ogħla kontenut fil-formulazzjoni tad-deterġent jew m'għandhomx jintużaw, kif imfisser hawn taħt:

(a) il-piż totali ta' l-ingredjenti [1], li huma jew li jistgħu jiġu klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent ta' l-ilma u li huma mogħtija l-frażi ta' riskju R50 (tossiku ħafna għall-ħlejjaq ta' l-ilma) skond id-Direttiva 67/548/KEE, m'għandux ikun ogħla minn 10 g/ħasla;

(b) il-piż totali ta' l-ingredjenti li huma jew li jistgħu jiġu klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li jistgħu jingħataw il-frażi ta' riskju R50 (tossiku ħafna għall-ħlejjaq ta' l-ilma) u R53 (jista' joħloq effetti ħżiena għal żmien twil fuq l-ambjent ta' l-ilma) skond id-Direttiva 67/548/KEE, m'għandux ikun ogħla minn 0,25 g/ħasla;

(ċ) il-fosfonati m'għandhomx ikunu ogħla minn 1 g/ħasla:

(d) is-surfactants li ġejjin mill-familja alkylphenolethoxylates (APEO), il-fwejjaħ li jkollhom in-nitro komposti aromatiċi msemmija fl-Appendiċi II, l-aġent tal-formazzjoni komplessa EDTA u l-ingredjenti klassifikati bħala karċenoġeniċi, tossiċi għar-riproduzzjoni u mutaġeniċi skond id-Direttiva 67/548/KEE, m'għandhomx jintuzaw.

2.5. Kriterji ekoloġiċi fuq l-ippakkjar tal-prodott

L-ippakkjar primarju biss għandu jitqies. L-ippakkjar tad-deterġent għandu jkun magħmul minn ippakkjar jew kontenitur ħafif (kartun/kaxxa tal-plastik jew flixkun tal-plastik).

Jekk id-deterġent ikun f'kontenitur (kaxxa jew flixkun), il-manifattur għandu jipprovdi milja oħra.

Il-piż ta' l-ippakkjar ħafif jew ta' l-ippakkjar ta' milja oħra m'għandux ikun aktar minn 1,7 g/ħasla.

Il-piż tal-kontenitur m'għandux ikun aktar minn 7 g/ħasla.

L-ippakkjar tal-kartun għandu jkun 80 % ippakkjar irriċiklat u l-ippakkjar tal-plastik għandu jkollu t-tikketta skond l-ISO 1043.

3. IL-KRITERJI TAT-TURIJA

Fit-turija tal-ħasil tiegħu, il-prodott għandu jitqabbel ma' deterġenti ta' referenza ta' l-istess tip skond il-prova tat-turija ta' l-UE dwar l-eko-deterġenti.

Il-prodott għandu jilħaq il-kriterji minimi stabbiliti f'din il-prova.

4. L-ITTESTJAR

4.1. Prova fuq il-purità ta' l-enżimi biex ikun ivverifikat in-nuqqas ta' l-organiżmi tal-produzzjoni

Il-prova fuq il-purità ta' l-enżimi għandha ssir fuq enżimi li jinħolqu minn proċessi bijoteknoloġiċi u li jintużaw f'deterġenti tal-ħasil li japplikaw l-eko-tikketta. L-għan ta' din il-prova huwa li jkun żgurat li l-organiżmi tal-produzzjoni ma jkunux fil-preparazzjoni aħħarija ta' l-enżimi. It-tkabbir ta' mikro-organiżmi għandu jiġi ppruvat flimkien ma' antibijotiċi speċifikati. Il-proċedura tal-prova fuq il-purità għandha tiżgura li l-ebda organiżmu ta' produzzjoni ma jkun jinstab f'kampjun standard tal-prova ta' 20 ml tal-prodott aħħari ta' l-enżima.

4.2. Il-laboratorji tal-prova

Il-prova għandha ssir bi spiża ta' l-applikant f'laboratorji li jkunu jilħqu l-kriterji ġenerali stabbiliti fil-livelli EN 45001 jew b'sistemi oħra ekwivalenti.

5. TAGĦRIF LILL-KONSUMATUR

5.1. It-tagħrif fuq l-ippakkjar

It-tagħrif li ġej għandu jkun jidher jew fuq jew fl-ippakkjar:

"MEZZ TA' ĦASIL LI HUWA TAJJEB GĦALL-AMBJENT:

Pass 1 : qabel l-għażla tal-ħasla (eż. skond il-lewn, il-grad ta' ħmieġ, it-tip ta' fibra)

Pass 2 : ħasla sħiħa

Pass 3 : ikun evitat l-użu żejjed ta' deterġent, waqt li jkunu segwiti l-istruzzjonijiet tad-doża

Pass 4 : l-użu ta' ċikli tal-ħasil b'temperatura baxxa"

.

Aktar tagħrif fuq id-deterġent għandu jkun disponibRBi jekk ikun hemm talba għalih. Għal dan il-għan, għandha tkun tidher sentenza fuq l-ippakkjar li tgħid li jekk il-konsumatur ikun irid jikseb aktar tagħrif fuq id-deterġent, dan għandu jċempel (jew jikteb) lid-dipartment tal-konsumatur tal-kumpannija jew tal-bejjiegħ RB-imnut.

Biex il-konsumatur ikun inkoraġġit ma jużax deterġent żejjed u biex isegwi sew l-istruzzjonijiet tad-doża, għandu jkun hemm, fuq talba, tagħmir għall-kejl tad-doża (tazza) li tkun turi skala b'distanzi ta' mill-inqas 10 ml, f'każ li din ma tkunx inkluża fl-ippakkjar.

It-tagħrif li ġej għandu jkun jidher fuq l-ippakkjar:

"Dan il-prodott ingħata l-eko-tikketta ta' l-UE għaliex din tgħin fit-tnaqqis tat-tniġġiż ta' l-ilma, tal-produzzjoni ta' l-iskart u l-konsum ta' l-enerġija.

Għal aktar tagħrif dwar l-eko-tikketta ta' l-UE, żur is-sit ta' l-internet: http://europa.eu.int/ecolabel"

.

5.2. L-istruzzjonijiet dwar id-doża

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar id-doża għandhom ikunu jidhru fuq l-ippakkjar tal-prodott, flimkien ma' rakkomandazzjoni lill-konsumatur biex dan jikkuntattja lill-fornitur tiegħu ta' l-ilma jew lill-awtorità lokali biex jikseb il-grad ta' ragħa ta' l-ilma tal-vit tiegħu.

Id-dożi rakkomandati għandhom ikunu speċifikati għal ħwejjeġ maħmuġin "normali" jew "ħafna", kif ukoll għad-diversi skali ta' ragħa ta' ilma li jkunu relevanti għall-pajjiżi konċernati, waqt li jkun hemm referenza għalihom, kif ikun xieraq, skond il-piż tal-ħwejjeġ. Jekk l-istruzzjonijiet tad-doża jingħataw RB-użu ta' tagħmir ta' doża, il-volum tat-tagħmir (f'ml) għandu jkun jidher b'mod ċar fuq il-pakkett.

L-effiċjenza tal-ħasil għandha tintwera u tkun relattata għal ħwejjeġ "maħmuġin normali", waqt li jitqiesu l-iskali differenti ta' ragħa ta' ilma.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-doża bejn l-iskala tar-ragħa ta' l-ilma 1 (artab) - "maħmuġin normali" u l-ogħla skala tar-ragħa ta' l-ilma (3 jew 4) - "maħmuġin ħafna" m'għandhomx ikunu differenti b'aktar minn fattur ta' 2.

Id-doża ta' referenza użata għall-prova tat-turija tal-ħasil u għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi għandha tkun l-istess bħad-doża rakkomandata għal ħwejjeġ "maħmuġin normali" u l-iskala tar-ragħa ta' l-ilma li tikkorrispondi għal 2,5 mmol ta' CaCO3/l fl-Istati Membri li fihom tkun saret il-prova.

Jekk ragħa ta' l-ilma li tkun iktar baxxa minn 2,5 mmol ta' CaCO3/l biss tkun inkluża fir-rakkomandazzjonijiet, l-ogħla doża rakkomandata għal ħwejjeġ "maħmuġin normali" għandha tkun inqas mid-doża ta' referenza msemmija fil-paragrafu ta' qabel.

5.3. Tagħrif u l-ittikkettjar ta' l-ingredjenti

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/542/KEE [2] tat-13 ta' Settembru 1989 dwar l-ittikkettjar ta' deterġenti u aġenti tat-tindif għandha tkun tgħodd.

Il-gruppi ta' ingredjenti li ġejjin għandhom ikollhom it-tikketta b'mod indipendenti mill-kontenut tal-massa tagħhom:

- Enżimi: l-indikazzjoni ta' l-enżimi (eż. protease, lipase).

- Aġenti ta' preservazzjoni: il-karatterizzazzjoni u l-ittikkettjar skond in-nomenklatura IUPAC.

- Diżinfettanti: il-karatterizzazzjoni u l-ittikkettjar skond in-nomenklatura IUPAC.

Jekk il-prodott ikun fih xi fwejjaħ, dawn għandhom ikunu jidhru fuq il-pakkett.

[1] "Ingredjenti" tfisser jew sustanzi jew preparazzjonijiet.

[2] ĠU L 291, 10.10.89, p. 55.

--------------------------------------------------

Top