EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0245

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 1999 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles (notifikata bid-dokument numru C(1999)770)Test b’relevanza għall-ŻEE

OJ L 91, 7.4.1999, p. 40–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 025 P. 98 - 102
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 027 P. 162 - 166
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 027 P. 162 - 166

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/245/oj

31999D0245



Official Journal L 091 , 07/04/1999 P. 0040 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Marzu 1999

li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles

(notifikata bid-dokument numru C(1999)770)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(1999/245/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi espert tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ spezzjoni fis-Seychelles biex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità;

(2) Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tas-Seychelles dwar spezzjonijiet ta’ saħħa u monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE;

(3) Billi, fis-Seychelles "Unità ta’ Spezzjoni ta’ Ħut (USĦ) tas-Servizzi Veterinarji fih dan il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Riżorsi tal-Baħar" hija kapaċi tivverifika b’mod effettiv l-applikazjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

(4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ saħħa imsemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, ir-rekwiżiti minimi dwar il-lingwi li bihom dan għandu jkun abozzat u l-grad tal-persuna li għandha l-poter tiffirmaħ;

(5) Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka fuq imballaġġi ta’ prodotti tas-sajd li turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen ta’ kesħa jew bastiment friża ta’ oriġini;

(6) Billi, skond l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titħejja lista ta’ stabbilimenti approvati/reġistrati, bastimenti fabbrika, jew mħażen ta’ kesħa; billi għandha titħejja lista ta’ bastimenti tal-friza reġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom jitħejjew fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-USĦ lill-Kummissjoni; billi huwa għaldaqstant għall-USĦ biex tiżġura konformità mad-disposizzjonijiet preskritti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

(7) Billi l-USĦ tat assikurazjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli preskritti f’Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u fir-rigward tat-twettieq tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva għall-approvazzjonij jew reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen ta’ kesħa jew bastimenti friża ta’ oriġini;

(8) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unità ta’ Spezzjoni tal-Ħut (USĦ) tas-Servizzi Veterinarji fih dan il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Baħar għandha tkun l-awtorità kompetenti fis-Seychelles sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandu jkun hemm magħha ċertifikat numerat tas-saħħa oriġinali, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u li jkun fih folja waħda skond il-mudell fl-Anness A ma’ dan;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, mħażen ta’ kesħa jew bastimenti tal-friza reġistrati elenkati fl-Anness B ma’ dan;

3. barra mill-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi kwantitajiet kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel priservat, l-imballaġġi kollha għandhom iġibu l-kelma "SEYCHELLES" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen ta’ kesħa jew bastiment friża ta’ oriġini b’ittri li ma jistgħux jitħassru.

Artikolu 3

1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu magħmula għall-inqas f’lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-ispezzjonijiet.

2. Iċ-ċertifikati għandhom juru l-isem, il-kariġa u l-firma tar- rappreżentant ta’ l-USĦ u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ endorsjar ieħor.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I. LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Numru | Isem | Indirizz |

P.P.01 | SMB Trading Prawn Project | Victoria-Mahe |

F.C.01 | Indian Ocean Tuna Ltd | Victoria-Mahe |

F.F.07 | Oceana Fisheries Co. Ltd | Victoria-Mahe |

F.F.10 | Sea Harvest (Pty) Ltd | Victoria-Mahe |

II. LISTA TA’ BASTIMENTI FABBRIKI APPROVATI

Numru | Isem | Port |

F.V.01 | Via Gwalarn (Saupiquet, Concarneau) | Mahe |

--------------------------------------------------

Top