EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0096

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998 li temenda, inter alia, f'dak li jirrigwarda l-ispezzjonijiet mhux uffiċjali fuq il-post skond id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

OJ L 25, 1.2.1999, p. 27–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 024 P. 360 - 366
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 026 P. 210 - 216
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 026 P. 210 - 216
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 056 P. 164 - 170

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/96/oj

31998L0096



Official Journal L 025 , 01/02/1999 P. 0027 - 0033


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE

ta' l-14 ta' Diċembru 1998

li temenda, inter alia, f'dak li jirrigwarda l-ispezzjonijiet mhux uffiċjali fuq il-post skond id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, għar-raġunijiet miġjuba hawn taħt, għandhom jiġu emendati d-Direttivi li ġejjin dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjali tal-propagazzjoni:

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [4],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf [5],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [6],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [7],

- id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra [8],

- id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [9], u

- id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [10];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE tat-22 ta' Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjali tal- propagazzjoni [11], organizzat esperiment temporanju skond kondizzjonijiet speċifiċi, bl-għan li jsiru estimi jekk l-ispezzjonijiet mhux uffiċjali fuq il-post ma jassigurawx is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali taż-żerriegħa meħtieġa skond id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-kwalità taż-żerriegħa;

Billi r-riżultati ta' l-esperiment urew li, għal ċerti skopijiet, seta’ jkun hemm simplifikazzjoni tal-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali taż-żerriegħa taż-'żerriegħa ċċertifikata' tal-kategoriji kollha, jekk l-ispezzjonijiet kellhom jitħallew li jitwettqu minn spetturi oħra għajr dawk inkarigati mill-eżaminazzjoni uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa;

Billi saru żviluppi amministrattivi fl-Istati Membri;

Billi d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE għandhom jiġu emendati kif jixraq;

Billi d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE jipprovdu li jsiru emendi fil-listi ta’ l-ispeċi li hemm referenza dwarhom hemmhekk fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għerf xjentifiku jew tekniku li jirrigwarda l-ismijiet u l-ibridi li jirriżultaw mit-taħlit tar-razez ta’ l-ispeċi koperti b'dawn id-Direttivi, b'mod konformi mal-proċedura tal-Kumitat Permanenti;

Billi huwa mixtieq li tkun iffaċilitata ż-żieda ta’ l-ispeċi ġodda mal-lista ta’ l-ispeċi fid-Direttivi msemmija;

Billi dawn id-Direttivi għandhom jiġu emendati kif jixraq;

Billi d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE jipprovdu għall-organizzazjoni ta' esperimenti temporanji bl-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi ta’ l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni adottati kif miġjuba taħt dik il-parti;

Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza, huwa mixtieq li jiġi mifrux l-iskop ta' l-organizzazzjoni ta' dawn l-esperimenti bl-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati fid-Direttivi msemmija;

Billi huwa mixtieq li jkun ipprovdut bażi legali fid-Direttiva 66/403/KEE għall-organizzazzjoni ta' l-esperimenti temporanji bl-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonjiet iddikjarati f'din id-Direttiva;

Billi huwa mixtieq li jkunu pprovduti regoli fid-Direttivi 70/457/KEE u 70/458/KEE f'dak li għandu x'jaqsam kemm ikunu xierqa d-denominazzjonjiet,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/400/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 2(1)(C)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li kienet instabet minn eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonjiet preskritti fl-Anness I(A), tkun ġiet misjuba li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali."

2) fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Meta titwettaq l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1(C)(d)(ii) ta' hawn fuq, għandhom jitħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

(i) l-ispetturi, għandhom:

(a) ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(b) ma jagħmlu l-ebda qligħ privat b'konnessjoni mat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet;

(ċ) ikunu lliċenzjati uffiċjalment mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa fl-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew it-teħid ta' ġurament għall-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenn rigward ir-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(d) iwettqu l-ispezzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mar-regoli li japplikaw għall-ispezzjonijiet uffiċjali;

(ii) il-wiċċ (tar-raba') taż-żerriegħa li għandha tkun spezzjonata, għandu jiġi mkabbar minn żerriegħa li tkun għaddiet minn kontroll b'lura uffiċjali, li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti;

(iii) proporzjon ta' l-uċuħ (tar-raba') taż-żerriegħa għandhom jiġu kontrollati minn spetturi uffiċjali. Dan il-proporzjon għandu jkun ta' 10 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru lilhom infushom u ta' 20 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru wieħed lill-ieħor jew, għal dawk l-ispeċji li għalihom l-Istati Membri jipprovdu l-eżaminazzjoni taż-żerriegħa f'laboratorji uffiċjali li jużaw proċeduri morfoloġiċi, fiżjoloġiċi u, fejn xieraq, bijo-kimiċi sabiex jidentifikaw il-varjetà u jistabbilixxu s-safa, ta' 5 % u 15 % rispettivament;

(iv) proporzjon tal-kampjuni mill-lottijiet taż-żerriegħa miġbura fil-muna mill-uċuħ (tar-raba') taż-żerriegħa għandu jinġibed għall-kontroll b'lura uffiċjali u, fejn xieraq, għat-testijiet taż-żerriegħa f'laboratorju uffiċjali rigward l-identità u s-safa tal-varjetà magħmula minn razza waħda;

(v) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt is-soreljanza uffiċjali. Il-penali li dawn jipprovdu jridu jkunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Il-penali jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-għarfien li hemm referenza dwaru fil-paragrafu (3)(i)(c) minn spetturi lliċenzjati uffiċjalment li jkunu nstabu ħatja bi ksur deliberat jew negliġenti tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali. Kull ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata għandha tkun annullata fil-każ ta' kontravvenzjoni bħal din għajr jekk jista' jkun muri li din iż-żerriegħa tkun għadha tilħaq il-ħtiġiet kollha rilevanti.

4. Jistgħu jiġu adottati aktar miżuri għat-twettiq ta' l-eżaminazzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

Sakemm jiġu adottati dawn il-miżuri, għandhom jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE."

3) l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta' kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 21."

4) il-punt 3 fl-Anness I(A) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kategoriji kollha għandu jkun hemm mill-anqas spezzjoni waħda, jew uffiċjali jew taħt is-sorveljanza uffiċjali, u fil-każ taż-żerriegħa bażika (għandu jkun hemm) mill-inqas żewġ spezzjonijiet, waħda għall-'stecklings' u waħda għal-pjanti li jipproduċu ż-żerriegħa."

Artikolu 2

Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 2(1)(C) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali"

2) l-Artikolu 2(1a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1a. Għandhom jiġu adottati emendi għall-lista ta’ l-ispeċji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (A) b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21."

3) fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Meta titwettaq l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1(C)(d)(ii) ta' hawn fuq, għandhom jitħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

(i) l-ispetturi għandhom:

(a) ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(b) ma jagħmlu l-ebda qligħ privat b'konnessjoni mat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet tagħhom;

(ċ) iridu jkunu ġew liċenzjati uffiċjalment mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta’ l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew it-teħid tal-ġurament għall-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenn (tagħhom) għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(d) għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet taħt is-sorvejanza uffiċjali b'mod konformi mar-regoli li japplikaw għall-ispezzjonijiet uffiċjali;

(ii) il-wiċċ (tar-raba') taż-żerriegħa li jrid jiġi spezzjonat għandu jiġi mkabbar minn żerriegħa li tkun għaddiet minn kontroll uffiċjali b'lura, li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti;

(iii) proporzjon mill-uċuħ għaż-żrieragħ għandu jiġi kontrollat minn spetturi uffiċjali. Dan il-proporzjon għandu jkun ta' 10 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru lilhom infushom u ta' 20 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru wieħed lill-ieħor jew, għal dawk l-ispeċji li għalihom l-Istati Membri jipprovdu testijiet uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorji li jużaw proċeduri morfoloġiċi, fiżjoloġiċi u, fejn xieraq, bijo-kimiċi sabiex jidentifikaw il-varjetà u jistabbilixxu s-safa, ta' 5 % u 15 %, rispettivament;

(iv) proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet taż-żerriegħa miġbura għall-muna minn uċuħ (tar-raba') taż-żerriegħa għandu jinġabar għall-kontroll uffiċjali b'lura u, fejn xieraq, għat-testijiet taż-żerriegħa fl-laboratorju rigward l-identità u s-safa tal-varjetà magħmula minn razza waħda;

(v) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, Il-penali li dawn (l-Istati) għandhom jipprovdu jridu jkunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Il-penali jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-għarfien li hemm referenza dwaru fil-paragrafu (3)(i)(c) mill-ispetturi liċenzjati uffiċjalment li jinstabu ħatja bi ksur deliberat jew negliġenti tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali. Kull ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata għandha tkun annullata fil-każ ta' din il-kontravvenzjoni għajr jekk jista' jkun muri li din iż-żerriegħa tkun għadha tilħaq il-ħtiġiet kollha rilevanti.

4. Jistgħu jiġu adottati aktar miżuri li japplikaw għat-twettiq ta' l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

Sakemm jiġu adottati dawn il-miżuri, għandhom jitħarsu l-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE."

4) l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta' kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 21."

5) l-ewwel sentenza tal-punt 6 ta' l-Anness 1 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"6) Fil-każ taż-żerriegħa bażika, is-sodisfazzjon tal-livelli stabbiliti jew tal-kondizzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq għandhom jiġu eżaminati fl-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post u, fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata jew f'ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post jew fl-ispezzjonijiet imwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

Artikolu 3

Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 2(1)(E)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun ġiet misjuba li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq bl-eżaminazzjoni uffiċjali, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun ġiet misjuba li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

2) l-Artikolu 2(1)(F)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet li tissodisfa l-kondizzjonjiet imsemmija hawn fuq b'eżaminazzjoni uffiċjali, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun ġiet misjuba li tissodisfa dawn il-kondizzjonjiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

3) l-Artikolu 2(1)(G)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun ġiet misjuba li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq b'eżaminazzjoni uffiċjali, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun ġiet misjuba li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

4) l-Artikolu 2(1a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1a. L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta’ l-ispeċji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (A) għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21."

5) fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Meta titwettaq l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali li hemm referenza dwarha fil-paragrafi 1(E)(d)(ii), 1(F)(d)(ii) u 1(G)(d)(ii) ta' hawn fuq, għandhom jitħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

(i) l-ispetturi għandhom:

(a) ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(b) ma jagħmlu l-ebda qligħ privat mit-twettiq ta' l-ispezzjonijiet;

(ċ) ikunu lliċenzjati uffiċjament mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew it-teħid tal-ġurament għall-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenn (tagħhom) għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(d) għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mar-regoli li japplikaw għall-ispezzjonijiet uffiċjali;

(ii) il-wiċċ (tar-raba') taż-żerriegħa li għandu jkun spezzjonat għandu jitkabbar minn żerriegħa li tkun għaddiet minn kontroll uffiċjali b'lura, li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti;

(iii) proporzjon mill-uċuħ taż-żrieragħ għandha tiġi kontrollata mill-ispetturi uffiċjali. Dan il-proporzjoni għandu jkun ta' 10 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru lilhom infushom u ta' 20 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru wieħed lill-ieħor jew, għal dawk l-ispeċji li għalihom l-Istati Membri jipprovdu eżaminazzjoni taż-żerriegħa f'laboratorju uffiċjali jużaw proċeduri morfoloġiċi, fiżjoloġiċi u, fejn xieraq, bijo-komiċi sabiex jidentifikaw il-varjetà u jistabbilixxu s-safa, ta' 5 % u 15 % rispettivament;

(iv) proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet taż-żerriegħa miġbura għall-muna minn uċuħ (tar-raba') taż-żerriegħa għandu jinġabar għall-kontroll uffiċjali b'lura u, fejn xieraq, għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa f'laboratorju uffiċjali rigward l-identità u s-safa tal-varjetà magħmula minn razza waħda.

(v) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali. Il-penali li dawn (l-Istati) jipprovdu jridu jkunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Il-penali jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-għarfien li hemm referenza dwaru fil-paragrafu (3)(i)(c) mill-ispetturi lliċenzjati uffiċjalment li jinstabu ħatja ta' kontravvenzjonijiet deliberati jew negliġenti tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali. Kull ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata għandha tiġi annullata fil-każ ta' din il-kontravvenzjoni għajr jekk jista' jiġi muri li din iż-żerriegħa tkun għadha tilħaq il-ħtiġiet kollha.

4. Jistgħu jiġu adottati iktar miżuri li japplikaw għat-twettiq ta' l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritti fl-Artikolu 21.

Sakemm jiġu adottati dawn il-miżuri, għandhom jitħarsu l-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE."

6) l-ewwel paragrafu fl-Artikolu 13a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Bl-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 21."

7) l-ewwel sentenza tal-punt 5 ta' l-Anness I għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"5) Fil-każ taż-żerriegħa bażika, is-sodisfazzjon tal-livelli stabbiliti jew tal-kondizzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq għandu jiġi eżaminat bi spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post u, fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata, għandu jiġi eżaminat jew bl-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post jew bl-ispezzjonijiet imwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

Artikolu 4

Id-Direttiva 66/403/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 13:

"Artikolu 13b

Għall-iskop li jitfittxu alternattivi imtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-direttiva, għajr dawk li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 19.

Fil-qafas ta' dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jinħelsu minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f'din id-Direttiva. Il-firxa ta' dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b'referenza għad-disposizzjonijiet li tapplika għalihom. It-tul taż-żmien ta' l-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba' snin."

Artikolu 5

Id-Direttiva 69/208/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) L-Artikolu 2(1)(C)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

2) l-Artikolu 2(1)(D)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

3) l-Artikolu 2(1)(E)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali."

4) l-Artikolu 2(1)(Ea)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali."

5) l-Artikolu 2(1)(F)(d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) (i) li tkun instabet b'eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jew

(ii) fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, tkun instabet li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet jew b'eżaminazzjoni uffiċjali jew b'eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali."

6) l-Artikolu 2(1a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1a. L-emendi li jridu jsiru għall-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (A) għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20."

7) Fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Meta titwettaq l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali li hemm referenza dwarha fil-paragrafi 1(C)(d)(ii), 1(D)(d)(ii), 1(E)(d)(ii), 1(Ea)(d)(ii) u 1(F)(d)(ii), għandom jitħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

(i) l-ispetturi għandhom:

(a) ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(b) ma jagħmlu l-ebda qligħ privat mit-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet;

(ċ) ikunu lliċenzjati uffiċjalment mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew it-teħid tal-ġurament għall-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenn (tagħhom) għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(d) iwettqu l-ispezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mar-regoli li japplikaw għall-ispezzjonijiet uffiċjali;

(ii) il-wiċċ (tar-raba') li jrid jiġi spezzjonat għandu jiġi mkabbar minn żerriegħa li tkun għaddiet minn kontroll uffiċjali b'lura, li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti;

(iii) proporzjon ta’ l-uċuħ taż-żrieragħ għandha tiġi kontrollata mill-ispetturi uffiċjali. Dan il-proporzjon għandu jkun ta' 10 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru lilhom infushom u ta 20 % għall-uċuħ (tar-raba') li jdakkru wieħed lill-ieħor jew, għall-ispeċi li għalihom l-Istati Membri jipprovdu eżaminazzjoni taż-żerriegħa f'laboratorju uffiċjali li jużaw proċeduri morfoloġiċi, fiżjoloġiċi jew, fejn xieraq, bijo-kimiċi sabiex jidentifikaw il-varjetà u jistabbilixxu s-safa, ta' 5 % u 15 % rispettivament.

(iv) proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet taż-żerriegħa miġbura għall-muna minn uċuħ (tar-raba') taż-żerriegħa għandhom jiġu miġbura għal kontroll uffiċjali b'lura u, fejn xieraq, għal eżaminazzjoni taż-żerriegħa f'laboratorju uffiċjali rigward l-identità u s-safa tal-varjetà magħmula minn razza waħda;

(v) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali. Il-penali li dawn (l-Istati) jipprovdu jridu jkunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Il-penali jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-għarfien li hemm referenza dwaru fil-paragrafu (3)(i)(c) mill-ispetturi lliċenzjati uffiċjalment li jinstabu ħatja bi ksur deliberat jew negliġenti tar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali. Kull ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata għandha tiġi annullata fil-każ ta' din il-kontravvenzjoni għajr jekk din iż-żerriegħa tkun għadha tilħaq il-ħtiġiet rilevanti kollha.

4. Jistgħu jiġu adottati aktar miżuri li japplikaw għat-twettiq ta' l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20.

Sakemm jiġu adottati dawn il-miżuri, għandhom jitħarsu l-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE."

8) l-ewwel paragrafu fl-Artikolu 12a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-iskop li jitfixxu alternativi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 20."

9) l-ewwl sentenza tal-punt 5 fl-Anness I għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"5) Fil-każ taż-żerriegħa bażika, is-sodisfazzjon tal-livelli stabbiliti u l-kondizzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq għandhom jiġu eżaminati fi spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post u, fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata għandhom jiġu eżaminati jew fi spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post jew fi spezzjonijiet imwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali."

Artikolu 6

Id-Direttiva 70/457/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 9 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Safejn u sakemm jirrigwarda kemm hija xierqa d-denominazzjoni ta' varjetà, għandu japplika l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti [12].

Regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni dwar kemm ikunu xierqa d-denominazzjonijiet tal-varjetajiet jistgħu jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 23."

Artikolu 7

Id-Direttiva 70/458/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) L-Artikolu 2(1a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1a. L-emendi li jridu jsiru għal-listi ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (A) għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 40."

2) l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 29a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-iskop li jitfixxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonjiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 40."

3) fl-Artikolu 10 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Safejn u sakemm jirrigwarda d-denominazzjoni ta' varjetà, għandu japplika l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti [*] ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 (ĠU L 258, 28.10.1995, p. 3)..

Regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni dwar kemm ikunu xierqa d-denominzzjonijiet tal-varjetajiet jistgħu jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 40."

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Frar 2000. Għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet domestiċi li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 9

Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjonijiet dwar il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni mdaħħla permezz tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-effetti possibbli fuq il-kwalità taż-żerriegħa.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-14 ta' Diċembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 289, 24.9.1997, p. 6.

[2] ĠU C 167, 29.6.1998, p. 302.

[3] ĠU C 73, 9.3.1998, p. 45.

[4] ĠU 125, 11.7.1966, p. 2290/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KEE (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[6] ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[7] ĠU 125, 11.7.1966, p. 2320/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[8] ĠU L 169, 10.7.1969, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[9] ĠU L 225, 12.10.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[10] ĠU L 225, 12.10.1970, p. 7. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/95/KE.

[11] ĠU L 286, 4.10.1989, p. 24. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/336/KE (ĠU L 128, 29.5.1996, p. 23).

[12] ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 (ĠU L 258, 28.10.1995, p. 3).

--------------------------------------------------

Top