EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0423

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolawl-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-prodotti ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-Gżejjer tal-Falkland (notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1850)Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 190, 4.7.1998, p. 76–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 023 P. 179 - 183
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 024 P. 221 - 225
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 024 P. 221 - 225

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/423/oj

31998D0423



Official Journal L 190 , 04/07/1998 P. 0076 - 0080


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 1998

li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolawl-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-prodotti ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-Gżejjer tal-Falkland

(notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/423/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tisstabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi l-espert tal-Kummissjoni wettaq żjara tal-ispezzjoni fil-Gżejjer tal-Falkland biex jivverifika li l-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti ta’ sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ leġislazzjoni tal-Gżejjer Falkland dwar l-ispezzjoni ta’ saħħa u s-sorveljar tal-prodotti tas-sajd jistgħu jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fil-Gżejjer tal-Falkland is-Servizz Veterinarju (SV) tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura huwa kapaċi li jivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura sabiex ikun miksub iċ-ċertifikat ta’ saħħa riferit fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta’ mudell ta’ ċertifikat, il-ħtiġiet minimi li jirrigwardaw l-lingwa(i) li fiha għandu jkun imħejji u l-grad tal-persuna bis-setgħa li tiffermaħ;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha tkun imwaħħla fuq il-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni tal-istabbiliment, tal-vapur fabbrika, tal-maħżen tas-silġ jew tal-vapur tal-friża ta’ l-oriġini;

Meta, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista tal-istabbilimenti approvati, tal-vaputi fabbriki jew tal-imħażen tas-silġ; billi għandha issir lista talvapuri tal-friża rreġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [2]; billi din il-lista għandha ssir fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mill-SV lejn il-Kummissjoni; billi għalhekk huwa għall SV biex tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għall dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-SV ipprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali li jirrigwardaw il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u jirrigwardaw it-twettieq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dik id-Direttiva għall approvazzjoni jew għar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, tal-vapuri fabbrika, tal-imħażen tas-silġ jew tal-vapuri tal-friża;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Servizz Veterinarju tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Gżejjer tal-Falkland sabiex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakoltura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakoltura li joriġinaw fil-Gżejjer tal-Falkland għandhom għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konnsenja għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat ta’ saħħa oriġinali numerat, imħejji kif xieraq, iffirmat, idattat u li jikkonsisti f’folja waħda skond il-mudell fl-Anness A t’hawnhekk;

2. il-Prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, minn vapuri fabbriki, min imħażen tas-silġ jew minn vapuri tal-friża rreġistrati, elenkati fl-Anness B t’hawnhekk;

3. apparti milli fil-każ tal-prodotti tas-sajd iffriżati fil-massa u ntiżi għall-manifatura ta’ l-ikel ippreservati, il-pakketti għandhom iġibu il-kliem "GŻEJJER FALKLAND" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni tal-istabbiliment, tal-vapur fabbrika, tal-maħżen tas-silġ ta’ oriġini b’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati riferiti fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu mħejjija f’mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ fejn jitwettqu l-verifiki.

2. Iċ-ċertifikati għandhom iġibu l-isem, il-pożizzjoni u l-firma tar-rappreżentant tal-SV u it-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak tal-kitba l-oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNEX B

LISTA TAL-VAPURI FABBRIKI APPROVATI

Numru | Isem | Port |

1001 | Petrel | Stanley |

1002 | Argos Pereira | Stanley |

1004 | De Giosa T | Stanley |

1005 | Capricorn | Stanley |

1006 | Beagle FI | Stanley |

1007 | Argos Galicia | Stanley |

1008 | Igueldo | Stanley |

1009 | Golden Touza | Stanley |

1010 | Golden Chicha | Stanley |

1011 | Polar Fury | Stanley |

1012 | John Cheek | Stanley |

1013 | Heroya Primero | Stanley |

1014 | Sil | Stanley |

1016 | Jacqueline (Quark Fishing Stanley Corporation) | Stanley |

--------------------------------------------------

Top