EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0022

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/22/KEE tat-22 ta’ April 1997 li temenda d-Direttiva 92/117/KEE dwar il-miżuri għall-protezzjoni kontra ż-żonosi speċifika u l-aġenti żonoġiċi speċifiċi fl-annimali u l-prodotti ta’ l-oriġini mill-annimali sabiex ikunu mwaqqfa l-infezzjonijiet u intosikazzjonijiet permezz ta’ l-ikel

OJ L 113, 30.4.1997, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 021 P. 60 - 61

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/22/oj

31997L0022



Official Journal L 113 , 30/04/1997 P. 0009 - 0010


Id-Direttiva tal-Kunsill 97/22/KEE

tat-22 ta’ April 1997

li temenda d-Direttiva 92/117/KEE dwar il-miżuri għall-protezzjoni kontra ż-żonosi speċifika u l-aġenti żonoġiċi speċifiċi fl-annimali u l-prodotti ta’ l-oriġini mill-annimali sabiex ikunu mwaqqfa l-infezzjonijiet u intosikazzjonijiet permezz ta’ l-ikel

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjanza akkwistata u billi titqies l-importanza mogħtija għall-prevenzjoni u l-kontroll taż-żonosi, huwa neċessarju li titwettaq reviżjoni sostanzjali tad-Direttiva 92/117/KEE [4];

Billi, sakemm isseħħ ir-reviżjoni msemmija hawn fuq, huwa xieraq li jkun hemm provvedimenti għall-posponiment tad-disposizzjonijiet dwar ir-regoli ġodda għas-sistema ta’ l-irrapurar taż-żonosi, l-istabbiliment tal-metodi tal-ġbir ta’ kampjuni, u l-pjanijiet li għandhom ikunu ssottomessi minn pajjiżi terzi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/117/KEE hi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, "il-31 ta’ Marzu" għandu jkun mibdul bi "il-31 ta’ Mejju";

(a) fil-paragrafu 2, "l-1 ta’ Ottubru" għandu jkun mindul bi "l-1 ta’ Novembru";

(ċ) il-paragrafu 3 għandu jkun imħassar;

2. fl-Artikolu 6(b), l-kliem "Fil-każ ta’ salmonella dan għandu jseħħ qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 17;" għandu jkun imħassar;

3. L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, "l-1 ta’ Ottubru 1993" għandu jkun mibdul bi "l-1 ta’ Marzu 1998";

(b) is-subparagrafu segwenti għandu jkun miżjud mal-paragrafu 2:

"B’dana kollu sakemm isseħħ ir-reviżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15a, l-obbligazzjoni li jkunu ppreżentati il-pjanijiet lejn il-Kummissjoni għandhom ikunu sospiżi fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li għadhom ma ppreżentawx pjanijiet bħal dawn f’dak li għandha x’taqsam is-salmonella fit-tjur;";

4. L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1, "l-1 ta’ Jannar 1994" għandu jkun mibdul bi "l-1 ta’ Jannar 1998";

(b) it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-paragrafu 1 għandhom ikunu mħassra;

(ċ) il-paragrafu 2 għandu jkun imħassar;

5. fl-Artikolu 14(2), "il-31 ta’ Diċembru 1995" għandu jkun mibdul bi "il-31 ta’ Diċembru 1998";

6. fl-Artikolu 15 it-tieni subparagrafu għandu jkun imħassar;

7. L-Artikolu segwenti għandu jkun miżjud:

"L- Artikolu 15a

1. Il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta’ Novembru 97, tissottomenti rapport lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jiġu implimentati għall-kontroll u l-prevenzjoni taż-żonosi. Dan ir-rapport għandu jirreferi b’mod partikolari għal:

- ir-regoli ġodda għas-sistema ta’ l-irrappurtar taż-żonosi,

- il-metodi għall-ġbir tal-kampjuni u għall-eżaminazzjoni minn laboratorji nazzjonali approvati,

- il-kontroll tas-salmonella fi tjur li jbidu,

- il-kontroll tas-salmonella fi tjur għat-tgħamir u f’materjali ta’ l-għalf kompost għat-tjur,

- xi miżuri biex tkunu miġġielda ż-żonosi apparti milli s-salmonellosi.

2. Ir-rapport li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 għandu ikun akkumpanjat minn proposti dwar iż-żonosi speċjalment fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq il-proposti permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata qabel l-1 ta’ Ġunju 1998.";

8. Il-punt segwenti għandu jkun miżjud fl-Anness III, is-Sezzjoni I:

"Va Sakemm ikun lest ir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 15a, l-Istati Membri jistgħu jeliminaw id-distruzzjoni obbligatorja li hemm provvediment dwarha fil-punt V.1 (b) u l-ħtiġiet għall-qatla stabbiliti fil-punt V.1 (c) jekk huma jkunu jistgħu jassiguraw li:

(i) l-ebda bajd mhux inkubat minn merħla koperta mill-ewwel paragrafu ta’ V.1 (b) ma jkun ikkummerċjalizzat, ħlief għall-iskop ta’ trattament bi qbil mad-Direttiva 89/437/KEE [*] ĠU L 212, 22.7.1989, p. 87. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.;

(ii) l-ebda tjur ħajjin - inklużi flieles ta’ ġurnata biss – ma jistgħu jiċċaqalqu minn merħliet sakemm ma jkunux sejrin għall-qatla immedjata bi qbil mal-punt (ċ) imsemmi hawn fuq,

u dan sakemm ikun ġie stabbilit għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti li l-infezzjoni minħabba s-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium ma tkunx aktar preżenti.

L-Istati Membri li għandhom jagħmlu użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 29 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE [**] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 94/370/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 31).."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Settembru 1997. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L- Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ April 1997.

Għall-Kunill

Il-President

J. Van Aartsen

[1] ĠU C 13, 18.1.1996, p. 23.

[2] ĠU C 320, 28.10.1996, p. 261.

[3] ĠU C 97, 1.4.1996, p. 29.

[4] ĠU L 62, 15.3.1993, p. 38. Id-Direttiva kif emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

--------------------------------------------------

Top