EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0017

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta’ April 1997 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ enerġija tal-makni tad-dar tal-ħasil tal-platti

OJ L 118, 7.5.1997, p. 1–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 021 P. 9 - 33
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 021 P. 9 - 33

No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2011; Imħassar b' 32010R1059 . Latest consolidated version: 01/01/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/17/oj

31997L0017

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta’ April 1997 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ enerġija tal-makni tad-dar tal-ħasil tal-platti

Official Journal L 118 , 07/05/1997 P. 0001 - 0025
CS.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
ET.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
HU.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
LT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
LV.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
MT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
PL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
SK.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311
SL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 287 - 311


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE

tas-16 ta’ April 1997

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ enerġija tal-makni tad-dar tal-ħasil tal-platti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikketti u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra ta’ appliances tad-dar [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

Billi l-użu ta’ l-elettriku minn makni tal-ħasil tal-platti jammonta għal parti sinnifikanti mid-domanda totali ta’ enerġija tal-Komunità; billi l-iskop għal tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija minn dawn l-istrumenti huwa sostanzjali;

Billi kapaċità ta’ tindif u tnixxif aħjar sikwit teħtieġ konsum akbar ta’ ilma u enerġija; billi informazzjoni dwar il-kapaċità ta’ tindif u tnixxif tkun ta’ għajnuna fl-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-konsum ta’ enerġija w ilma tagħha; billi dan jgħin lill-konsumaturi sabiex jagħmlu għażla ta’ appliance li tkun konsistenti ma’ l-użu razzjonali ta’ l-enerġija;

Billi l-Komunità, waqt li tikkonferma l-interess tagħha f’sistema ta’ standardizzazzjoni li tkun kapaċi tipproduċi standards li jintużaw tabilħaqq mill-isħab kollha f’kummerċ internazzjonali u li tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità, tistieden lill-organizzazzjonijiet ta’ standards Ewropej sabiex ikomplu fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet ta’ standards internazzjonali;

Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi rikonnoxxuti bħala kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwida ġenerali għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi ffirmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984; billi, fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (Standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottat mis-Cenelec, fuq il-bażi ta’ eżenzjoni (mandat) mill-Kummissjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KE [3], u fuq il-bażi ta’ dawk il-linji ta’ gwida ġenerali;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal makni tal-ħasil tal-platti li jintużaw fid-djar li jaħdmu bl-elettriku. Appliances li jistgħu jużaw ukoll sorsi oħra ta’ enerġija huma esklużi.

2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tiġi mkejla skond standards armonizzati, li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li għalihom, l-Istati Membri ppubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jieħdu post dawk l-istandards armonizzati. Matul din id-Direttiva kollha kwalunkwe disposizzjoni li teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-ħoss għandha tapplika biss fejn dik l-informazzjoni tkun meħtieġa taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [4]. Informazzjoni bħal din, fejn tkun meħtieġa, għandha tiġi evalwata skond dik id-Direttiva.

3. L-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti taħt mandat mill-Kummissjoni bi qbil mad-Direttiva 83/189/KEE.

4. F’din id-Direttiva, għajr fejn il-kuntest jeħtieġ xi ħaġa oħra, l-espressjonijiet wżati għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 92/75/KEE.

Artikolu 2

1. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fornitur,

- deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, li tkun biżżejjed sabiex dan ikun jista’ jiġi identifikat,

- informazzjoni, li tinkludi disinni relevanti, dwar l-karatteristiċi tad-disinn prinċipali ta’ l-abbozz u f’punti partikolari li jaffettwaw mhux ħażin il-konsum ta’ l-enerġija,

- rapporti ta’ testijiet ta’ teħid ta’ kejl relevanti mwettqa taħt il-proċeduri tat-test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva,

- struzzjonijiet ta’ tħaddim, jekk addattat.

2. It-tikketta li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness I għal din id-Direttiva. It-tikketta għandha titpoġġa fuq il-faċċata jew fuq ta’ l-appliance minn barra b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar u ma tkunx mgħottija.

3. Il-kontenut u l-format tal-fiche li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandhom ikunu kif speċifikati fl-Anness I għal din id-Direttiva.

4. Fiċ-ċirkostanzi koperti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/75/KEE, u fejn l-offerta għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs tkun ipprovduta permezz ta’ komunikazzjoni stampata, bħal katalgu ta’ mail order, allura dik il-komunikazzjoni stampata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.

5. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija, klassi ta’ kapaċità ta’ tindif u klassi ta’ kapaċità ta’ tnixxif ta’ l-appliance, għandhom jiġu stabbiliti bi qbil ma’ l-Anness IV.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri u negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Ġunju 1998. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mal-ewwel b’dawn il-miżuri. Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 1998.

Iżda, l-Istati Membri għandhom jippermettu sal-31 ta’ Diċembru 1998

- it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizazzjoni u/jew il-wiri ta’ prodotti, u

- id-distribuzzjoni ta’ komunikazzjonijiet stampati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(4),

li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw id-disposizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ April 1997.

Għall-Kummissjoni

Christos papoutsis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 297, tat-13.10.1992, p. 16.

[2] ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

[3] ĠU Nru L 32, ta’ l-10.2.1996, p. 31.

[4] ĠU Nru L 344, tas-6.12.1986, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IT-TIKKETTA

Disinn tat-tikketta

1. It-tikketta għandha tkun il-verżjoni tal-lingwa relevanti, magħżula mill-illustrazzjonijiet li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

2. In-noti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tkun inkluża:

Nota:

I. L-isem tal-fornitur jew il-marka tan-negozju.

II. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

III. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell, stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV. Din l-ittra ndikatriċi għandha titpoġġa fl-istess livell tal-vleġġa relevanti.

IV. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtiġiet taħt l-iskema ta' l-Eko-tikketta Komunitarja fejn mudell ikun ingħata l-'Eko-tikketta Komunitarja' bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 [1], tista' tiġi mwaħħla wkoll kopja ta' l-Eko-tikketta Komunitarja.

V. Konsum ta' enerġija f' kWh għal kull ċiklu li juża ċiklu standard, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

VI. Il-klassi ta' kapaċità ta' tindif stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV.

VII. Il-klassi ta' kapaċità ta' tnixxif stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV.

VIII. Kapaċità ta’ l-appliance f’postijiet ta’ tqegħid standard stabbilità bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

IX. Konsum ta' l-ilma, f'litri, għal kull ċiklu sħiħ li juża ċiklu standard, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

X. Fejn ikun applikabbli, ħoss matul iċ-ċiklu standard, stabbilit bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [2].

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi differenti minn dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

Stampar

3. Dan li ġej jiddefinixxi ċerti aspetti tat-tikketta:

+++++ TIFF +++++

Kuluri wżati:

CMYK cyan, maġenta, isfar, iswed.

Eż. 07X0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 %iswed.

Vleġeġ

A : X0X0

B : 70X0

C : 30X0

D : 00X0

E : 03X0

F : 07X0

G : 0XX0

Kulur tal-profil X070

Il-kliem kollu huwa miktub bl-iswed. L-isfond huwa abjad.

[1] ĠU Nru L 99, 11. 4. 1992, p. 1.

[2] ĠU Nru L 344, 6. 12, 1986, p. 24. L-istandards relevanti huma EN 60704-2-4 (kejl ta' ħoss) u EN 60704-3 (verifikazzjoni).

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-FICHE

Il-fiche għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja. L-informazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' tabella li tkopri numru ta' mudelli fornuti mill-istess fornitur. L-informazzjoni għandha tingħata fl-ordni speċifikata taħt għajr jekk tkun tinsab f'deskrizzjoni aktar ġenerali ta' l-appliance:

1. Trademark tal-fornitur.

2. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

3. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija.. fuq skala minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)'. Fejn din l-informazzjoni tingħata fil-forma ta' tabella din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti).

4. Fejn l-informazzjoni tingħata fil-forma ta' tabella, u fejn uħud mill-appliances elenkati fit-tabella jkunu ingħataw 'Eko-tikketta Komunitarja' bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 880/92, din l-informazzjoni tista' tiġi nkluża hawnhekk. F'dan il-każ l-intestatura tar-ringiela għandu juri 'Eko-tikketta Komunitarja', u d-daħla għandha tkun magħmula minn kopja tal-marka ta' l-Eko-tikketta Komunitarja. Dawn id-disposizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtieġa taħt l-iskema Eko-tikketta Komunitarja ta' l-UE.

5. Isem, kodiċi jew indikazzjoni tal-manufattur għal ċiklu 'standard' li jkollha x'taqsam miegħu l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-fiche.

6. Konsum ta' enerġija f' kWh għal kull ċiklu li juża ċiklu standard, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), u deskritti bħala 'Konsum ta' l-Enerġija XYZ kWh għal kull ċiklu ta' test standard, li juża' mili ta' ilma kiesaħ. Il-konsum propju ta' enerġija jiddependi fuq kif jiġi wżat l-appliance'.

7. Il-klassi ta' kapaċità ta' tindif stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' kapaċità ta' tindif… fuq skala minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas)'. Din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas).

8. Il-klassi ta' kapaċità ta' tnixxif stabbilità bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala: 'Kapaċità ta' tnixxif… fuq skala minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas)'. Din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas).

9. Il-kapaċità ta’ l-appliance f’postijiet ta’ tqegħid standard, kif iddefinit fl-Anness I, nota VIII.

10. Konsum ta' ilma għal kull ċiklu f'litri li juża ċiklu standard, kif iddefinit fl-Anness I, nota IX.

11. Ħin tal-programm għal ċiklu standard, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2).

12. Il-fornituri jistgħu jinkludu l-informazzjoni f' punti 5 sa 11 fir-rigward ta' ċikli oħra.

13. Stima tal-konsum ta' enerġija w ilma fis-sena daqs 220 darba il-konsum imfisser f'punti 6 (enerġija) u 10 (ilma). Dan għandu jiġi mfisser bħala 'stima ta' konsum fis-sena (220 ċiklu)’.

14. Fejn ikun applikabbli, il-ħoss matul ċiklu standard, bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill (KEE) 86/594.

L-informazzjoni fuq it-tikketta tista' tingħata fil-forma ta' rappreżentazzjoni tat-tikketta bil-kulur jew abjad u iswed.

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi differenti minn dawk mogħtija hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

--------------------------------------------------

ANNESS III

MAIL ORDER U BEJGĦ IEĦOR B'DISTANZA

Katalgi ta' mail order u komunikazzjonijiet stampati oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (4) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, mogħtija fl-ordni speċifikata:

1. Il-klassi ta' effiċjenza ta' l-enerġija (l-Anness II, punt 3)

2. Isem taċ-ċiklu standard (l-Anness II, punt 5)

3. Il-konsum ta' enerġija (l-Anness II, punt 6)

4. Klassi ta' kapaċita ta' tindif (l-Anness II, punt 7)

5. Il-klassi tal-kapaċità ta' tnixxif (l-Anness II, punt 8)

6. Kapaċità (l-Anness I, nota VIII)

7. Il-konsum ta' ilma (l-Anness II, nota IX)

8. Stima tal-konsum fis-sena (220 ċiklu) (l-Anness II, punt 13)

9. Ħoss, fejn ikun applikabbli (l-Anness II, nota X).

Fejn tkun ipprovduta informazzjoni oħra miżmuma fil-fiche, din għandha tkun fil-forma speċifikata fl-Anness II u għandha tiġi nkluża fit-tabella fl-ordni meħtieġa għall-fiche.

Nota:

It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KLASSI TA' EFFIĊJENZA TA' ENERĠIJA

1. Il-klassi ta' effiċjenza ta' appliance għandha tiġi stabbilità kif ġej:

Ir-referenza tal-konsum C8 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

C8 = 1,35 + 0,025 x S | meta S ≥ 10 |

C8 = 0,45 + 0,09 x S | meta S ≤ 9 |

fejn S tirrapreżenta l-kapaċità ta’ l-appliance f’postijiet ta’ tqegħid standard (l-Anness I, nota VIII).

E

=

CCR

fejn K huwa l-konsum ta' enerġija ta' l-appliance (l-Anness I, nota V).

Imbagħad tiġi stabbilità l-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija bi qbil ma' Tabella 1:

Tabella 1

Klassi ta' efficjenza ta' energija | Indici ta' efficjenza ta' energija E1 |

A | E4 < 0,64 |

B | 0,64 ≤ E4 < 0,76 |

C | 0,76 ≤ E4<0,88 |

D | 0,88 ≤ E4 <1,00 |

E | 1,00≤ E4 <1,12 |

F | 1,12 ≤ E4 <1,24 |

G | E4 ≥ 1,24 |

2. Il-klassi ta' kapaċità ta' tindif ta' appliance għandha tiġi stabbilità bi qbil mat-Tabella 2:

Tabella 2

Klassi ta' kapacità ta' tindif | Indici ta' kapacità ta' tindif PK kif iddefinit fl-istandards armonizzati li hemm referenza ghalihom fl-Artikolu 1 (2), li jużaw ciklu standard |

A | PK > 1,12 |

B | 1,12 ≥ PK > 1,00 |

C | 1,00 ≥ PK> 0,88 |

D | 0,88 ≥ PK > 0,76 |

E | 0,76 ≥ PK> 0,64 |

F | 0,64 ≥ PK > 0,52 |

G | 0,52≥ PK |

3. Il-klassi ta' kapaċità ta' tnixxif ta' appliance għandha tiġi stabbilità bi qbil mat-Tabella 3:

Tabella 3

Klassi ta' kapacità ta' tnixxif | Indici ta' kapacita ta' tnixxif PD kif iddefinit fl-istandards armonizzati li hemm referenza ghalihom f'Artikolu 1 (2) |

A | 1,08 > PD |

B | 1,08 ≥ PD > 0,93 |

C | 0,93 ≥ PD> 0,78 |

D | 0,78 ≥ PD > 0,63 |

E | 0,63 ≥ PD> 0,48 |

F | 0,48 ≥ PD > 0,33 |

G | 0,33≥ PD |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

TRADUZZJONIJIET TA' TERMINI LI GHANDHOM JINTUŻAW FUQ IT-TIKKETTA U L-FICHE

L-ekwivalenti f'lingwi ohra tal-Komunità tat-termini bl-Ingliż moghtija fuq huma kif gej:

Nota | | | EN | ES | DA | DE | EL | FR | IT | NL | PT | FI | SV |

Tikketta | Fiche | Mail order |

Anness I | Anness II | Anness III |

+++++ TIFF +++++

| | | Energy | Energía | Energi | Energie | Ενέργεια | Énergie | Energia | Energie | Energia | Energia | Energi |

+++++ TIFF +++++

| | | Dishwasher | Lavavajillas | Opvaskemaskine | Geschirrspüler | Πλυντήριο πιάτων | Lave-vaisselle | Lavastoviglie | Afwasmachine | Máquina de lavar loiça | Astianpesukone | Diskmaskin |

I | 1 | | Manufacturer | Fabricante | Mærke | Hersteller | Κατασκευαστής | Fabricant | Costruttore | Fabrikant | Fabricante | Tavarantoimittaja | Leverantör |

II | 2 | | Model | Modelo | Model | Modell | Μοντέλο | Modèle | Modello | Model | Modelo | Malli | Modell |

+++++ TIFF +++++

| | | More efficient | Más eficiente | Lavt forbrug | Niedriger Energieverbrauch | Περισσότερο αποδοτικό | Économe | Bassi consumi | Efficiënt | Mais eficiente | Vähän kuluttava | Låg förbrukning |

+++++ TIFF +++++

| | | Less efficient | Menos eficiente | Højt forbrug | Hoher Energieverbrauch | Λιγότερο αποδοτικό | Peu économe | Alti consumi | Inefficiënt | Menos eficiente | Paljon kuluttava | Hög förbrukning |

| 3 | 1 | Energy efficiency class… on a scale of A (more efficient) to G (less efficient) | Clase de eficiencia energética… en una escala que abarca de A (más eficiente) a G (menos eficiente) | Relativt energiforbrug… på skalaen A (lavt forbrug) til G (højt forbrug) | Energieeffizienzklasse… auf einer Skala von A (niedriger Energieverbrauch) bis G (hoher Energieverbrauch) | Τάξη ενεργειακής απόδοσης… σε κλίμακα από A (περισσότερο αποδοτικό) μέχρι το G (λιγότερο αποδοτικό) | Classe d'efficacité énergétique… sur une échelle allant de A (économe) à G (peu économe) | Classe di efficienza energetica… su una scala da A (bassi consumi) a G (alti consumi) | Energie-efficiëntieklasse… op een schaal van A (efficiënt) tot G (inefficiënt) | Classe de eficiência energética… numa escala de A (mais eficiente) a G (menos eficiente) | Energiatehokkuusluokka… asteikolla A:sta (vähän kuluttava) G:hen (paljon kuluttava) | Energieffektivitetsklass… på en skala från A (låg förbrukning) till G (hög förbrukning) |

V | | | Energy consumption | Consumo de energía | Energiforbrug | kWh/Programm | Κατανάλωση ενέργειας | Consommation d'énergie | Consumo di energia | Energieverbruik | Consumo de energia | Energiankulutus | Energiförbrukning |

V | | | kWh/cycle | kWh/ciclo | kWh/opvask | kWh | kWh/πρόγραμμα | kWh | kWh/ciclo | kWh/cyclus | kWh/ciclo | kWh/ohjelma | kWh/diskomgång |

| 6 | 3 | Energy consumption XYZ kWh per standard test cycle, using cold water fill. Actual energy consumption will depend on how the appliance is used | Consumo de XYZ kWh por ciclo, sobre la base del resultado obtenido en un ciclo normalizado utilizando una carga con agua fría. El consumo real depende de las condiciones de utilización del aparato. | Energiforbrug XYZ kWh pr. opvask på grundlag af standardtest på normalprogram med maskinen tilsluttet koldt vand. Det faktiske energiforbrug vil bero på, hvordan opvaskemaskinen bruges. | Energieverbrauch XYZ in kWh pro Standardprüfprogramm bei Kaltwasserbefüllung. Der tatsächliche Energieverbrauch hängt von der Art der Nutzung des Gerätes ab | Κατανάλωση ενέργειας XYZ kWh το τυπικό πρόγραμμα με χρήση κρύου νερού. Η πραγματική κατανάλωση ενέργειας εξαρτάται από τον τρόπο χρήσης της συσκευής | Consommation d'énergie XYZ kWh sur base des résultats du cycle recommandé par le fabricant, avec alimentation en eau froide. La consommation réelle dépend des conditions d'utilisation de l'appareil | Consumo di energia XYZ kWh per ciclo di prova normale con acqua fredda. Il consumo effettivo di energia dipenderà dalle modalità di utilizzazione dell'apparecchio | Energieverbruik XYZ kWh per standaard-testcyclus, met toevoer van koud water. Het werkelijke energieverbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparaat wordt gebruikt | Consumo de energia XYZ kWh por ciclo padrão, com enchimento a água fria. O consumo real de energia dependerá das condições de utilização do aparelho | Energiankulutus XYZ kWh perusohjelmaa kohden kylmävesiliitännässä. Todellinen energiankulutus riippuu laitteen käyttötavoista | Energiförbrukning XYZ kWh per diskomgång vid kallvattenanslutning. Den faktiska energiförbrukningen beror på hur maskinen används |

+++++ TIFF +++++

| | | (Based on test results for manufacturer's standard cycle, using cold fill) | (basado en los resultados obtenidos en las pruebas realizadas por el fabricante en un ciclo normalizado utilizando carga fría) | (På grundlag af testresultater for normalprogram med tilslutning til koldt vand) | (ausgehend von den Ergebnissen der Normprüfung für das vom Hersteller festgelegte Standardprogramm, bei Kaltwasserbefüllung) | (με βάση τα αποτελέσματα δοκιμών επί του τυπικού προγράμματος με κρύο νερό) | (Sur base des résultats du cycle recommandé par le fabricant) | (in base ai risultati di prove di cicli normali di lavaggio con acqua fredda) | (Gebaseerd op de resultaten van een standaardcyclus, met toevoer van koud water) | (Com base nos resultados dos ensaios para o ciclo padrão recomendado pelo fabricante, com enchimento a água fria) | (perustuu mittaustuloksiin, jotka on saatu tavarantoimittajan ilmoittamalla perusohjelmalla kylmävesiliitännässä) | (Baserat på resultat från provning med tillverkarens normalprogram vid kallvattenanslutning) |

+++++ TIFF +++++

| | | Actual consumption will depend on how the appliance is used | El consumo real depende de las condiciones de utilización del aparato | Det faktiske energiforbrug afhænger af, hvorledes apparatet benyttes | Der tatsächliche Energieverbrauch hängt von der Art der Nutzung des Geräts ab | Η πραγματική κατανάλωση εξαρτάται από τον τρόπο χρήσης της συσκευής | La consommation réelle dépend des conditions d'utilisation de l'appareil | Il consumo effettivo dipende dal modo in cui l'apparecchio viene usato | Het werkelijk verbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparaat wordt gebruikt | O consumo real de energia dependerá das condições de utilização do aparelho | Todellinen kulutus riippuu laitteen käyttötavoista | Den faktiska förbrukningen beror på hur apparaten används |

VI | | | Cleaning performanceAhigherGlower | Eficacia de lavadoAmás altoGmás bajo | OpvaskeevneAhøjGlav | ReinigungswirkungAbesserGschlechter | Βαθμός πλυσίματοςAυψηλότερηGχαμηλότερη | Efficacité de lavageAplus élevéeGplus faible | Efficacia di lavaggioAaltaGbassa | AfwasresultaatAgoedGmatig | Eficiência de lavagemAmais elevadaGmais baixa | PesutulosAhyväGhuono | DiskeffektAbättreGsämre |

| 7 | 4 | Cleaning performance class… on a scale of A (higher) to G (lower) | Clase de eficacia de lavado… en una escala que abarca de A (más alto) a G (más bajo) | Opvaskeevne… på skalaen A (høj) til G (lav) | Reinigungswirkungsklasse… auf einer Skala von A (besser) bis G (schlechter) | Βαθμός πλυσίματος… σε μία κλίμακα από A (υψηλότερη απόδοση) μέχρι G (χαμηλότερη απόδοση) | Classe d'efficacité de lavage… sur une échelle allant de A (plus élevée) à G (plus faible) | Classe di efficacia di lavaggio… su una scala da A (alta) a G (bassa) | Afwasresultaat:… op een schaal van A (goed) tot G (matig) | Classe de eficiência de lavagem… numa escala de A (mais elevada) a G (mais baixa) | Pesutulosluokka… asteikolla A:sta (hyvä) G:hen (huono) | Diskeffektetsklass… på en skala från A (bättre) till G (sämre) |

VII | | | Drying performanceAhigherGlower | Eficacia de secadoAmás altoGmás bajo | TørreevneAhøjGlav | TrockenwirkungAbesserGschlechter | … Βαθμός στεγνώματοςAυψηλότερηGχαμηλότερη | Efficacité de séchageAplus élevéeGplus faible | Efficacia di asciugaturaAaltaGbassa | DroogresultaatAgoedGmatig | Eficiência de secagemAmais elevadaGmais baixa | KuivaustulosAhyväGhuono | Torkeffekt…AbättreGsämre |

| 8 | 5 | Drying performance… on a scale of: A (higher) to G (lower) | Clase de eficacia de secado… en una escala que abarca de A (más alto) a G (más bajo) | Tørreevne… på skalaen A (høj) til G (lav) | Trockenwirkungsklasse… auf einer Skala von A (besser) bis G (schlechter) | Βαθμός στεγνώματος… σε μία κλίμακα από A (υψηλότερη απόδοση) μέχρι G (χαμηλόρερη απόδοση) | Classe d'efficacité de séchage…, sur une échelle allant de A (plus élevée) à G (plus faible) | Classe di efficacia di asciugatura… su una scala da A (alta) a G (bassa) | Droogresultaat… op een schaal van A (goed) tot G (matig) | Classe de eficiência de secagem… numa escala de A (mais elevada) a G (mais baixa) | Kuivaustulosluokka… asteikolla A:sta (hyvä) G:hen (huono) | Torkeffektetsklass… på en skala från A (bättre) till G (sämre) |

VIII | 9 | 6 | Standard place settings | Cubiertos | Standardkuverter | Standardbefüllung | Σκεύη τοποθετημένα κανονικά | Nombre de couverts | Coperti | Standaardcouverts | Serviços de loiça padrão | Täyttömäärä (standardiastiastoja) | Standardkuvert |

IX | 10 | 7 | Water consumption l/cycle | Consumo de agua l/ciclo | Vandforbrug l/opvask | Wasserverbrauch l/Programm | Κατανάλωση νερού l/πρόγραμμα | Consommation d'eau l/cycle | Consumo di acqua l/ciclo | Waterverbruik (l/cyclus) | Consumo de água l/ciclo | Vedenkulutus l/ohjelma | Vattenförbrukning l/diskomgång |

| 11 | | Programme time | Tiempo del programa | Varighed af normalprogram | Für Standardprogramm erforderliche Zeit | Διάρκεια κανονικού προγράμματος | Durée du programme | Durata del programma | Programmaduur | Duração do programa | Ohjelman kestoaika | Tid per diskomgång |

| 13 | 8 | Estimated annual consumption (220 cycles) | Consumo anual estimado (220 ciclos) | Anslået årligt forbrug (220 opvaske) | Geschätzter Jahresverbrauch (220 Standardprogramme) | Εκτιμώμενη ετήσια κατανάλωση για εκτέλεση του τυπικού προγράμματος 220 φορές | Consommation annuelle estimée (220 cycles) | Consumo stimato annuo (220 cicli) | Geschat jaarlijks verbruik (220 cycli) | Consumo anual estimado (220 ciclos) | Arvioitu vuotuinen kulutus (220 perukertaa) | Beräknad förbrukning per år (220 diskomgångar) |

X | 14 | 9 | Noise [dB(A) re 1 pW] | Ruido [dB(A) re 1 pW] | Lydeffektniveau dB(A) (Støj) | Geräusch (dB(A) re 1 pW) | Θόρυβος [dB(A) ανά 1 pW] | Bruit [dB(A) re 1 pW] | Rumorosità [dB(A) re 1 pW] | Geluidsniveau (dB(A) re 1 pW) | Nível de ruído [dB(A) re 1 pW] | Aäni (dB(A) re 1 pW) | Buller (dB(A) re 1 pW) |

+++++ TIFF +++++

| | | Further information is contained in product brochures | Ficha de información detallada en los folletos del producto | Brochurerne om produktet indeholder yderligere oplysninger | Ein Datenblatt mit weiteren Geräteangaben ist in den Prospekten enthalten | Μια κάρτα με πληροφοριακές λεπτομέρειες | Une fiche d'information détaillée figure dans la brochure | Gli opuscoli illustrativi contengono una scheda particolareggiata | Een kaart met nadere gegevens is opgenomen in de brochures over het apparaat | Ficha pormenorizada no folheto do produto | Tuote-esitteissä on lisätietoja | Produktbroschyrerna innehåller ytterligare information |

+++++ TIFF +++++

| | | Norm EN 50242 | Norma EN 50242 | Standard: EN 50242 | Norm EN 50242 | Πρότυπο EN 50242 | Norme EN 50242 | Norma EN 50242 | Norm EN 50242 | Norma EN 50242 | Standardi EN 50242 | Standard EN 50242 |

+++++ TIFF +++++

| | | Dishwasher Label Directive 97/17/EC | Directiva 97/17/CE sobre etiquetado de lavavajillas | Direktiv 97/17/EF om energimærkning af opvaskemaskiner | Richtlinie 97/17/EG Geschirrspületikett | Οδηγία 97/17/ΕΚ για την ετικέτα πλυντηρίων πιάτων | Directive 97/17/CE relative à l'étiquetage des lave-vaisselle | Direttiva 97/17/CE sull'etichettatura delle lavastoviglie | Richtlijn 97/17/EG: etikettering afwasmachines | Directiva 97/17/CE relativa à etiquetagem das máquinas de lavar loiça | Direktiivi 97/17/EY astianpesukoneiden energiamerkinnästä | Direktiv 97/17/EG om märkning av diskmaskiner |

--------------------------------------------------

Top