Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0101

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 li jistabilixxi skambju ta' informazzjoni u data reċiproka min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ta' l-ambjent fl-Istati Membri

OJ L 35, 5.2.1997, p. 14–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 003 P. 116 - 124
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 003 P. 219 - 227
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 003 P. 219 - 227

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32008L0050

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/101(1)/oj

31997D0101

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 li jistabilixxi skambju ta' informazzjoni u data reċiproka min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ta' l-ambjent fl-Istati Membri

Official Journal L 035 , 05/02/1997 P. 0014 - 0022
CS.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
ET.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
HU.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
LT.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
LV.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
MT.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
PL.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
SK.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124
SL.ES Chapter 15 Volume 03 P. 116 - 124


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Jannar 1997

li jistabilixxi skambju ta' informazzjoni u data reċiproka min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ta' l-ambjent fl-Istati Membri

(97/101/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej u partikolarment l-Artikolu 130s (1) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Jaġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi l-ħames programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-ambjent [4] jipprovdi għall-kollezzjoni tad-data bażi fuq l-ambjent u titjib fil-kompatibiltà tagħhom, komparibbiltà u trasparenza;

(2) Billi l-oġġettivi u xogħlijiet ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent ta' l-Ewropa huma ddikjarati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 121/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li tistabbilixxi l-Aġenzija ta' l-ambjent Ewropew u l-informazzjoni ta' l-Ambjent Ewropew u network ta' osservazzjoni [5]

(3) Billi huwa meħtieġ biex tistabbilixxi proċedura għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kwalità ta' l-arja ħalli tgħin biex tiġġieled l-tniġġiż u tfixkil, bl-iskop ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja u l-ambjent fil-Komunità, fil-monitoraġġ ta' xejriet u titjib fi żminijiet twal li jirriżultaw mill-leġislazzjoni nazzjonali u Komunitarja biex jikkombatti tniġġiż ta' l-arja;

(4) Billi duplikazzjoni fit-trasferiment ta' l-informazzjoni trid tiġi evitata, partikolarment rigward l-informazzjoni biex tiġi trasmessa lill-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew u l-Kummissjoni;

(5) Billi l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-bidliet ta' informazzjoni bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/441/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1975 li stabbiliet proċedura komuni għal skambju ta' informazzjoni bejn in-networks ta' sorveljanza u monitoraġġ ibbażati fuq data relatat mal-tniġġiż ta' l-arja ikkawżati minn ċertu komposti u partikoli sospiżi [6] u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/459/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1982 jistabbilixxu skambju reċiproku ta' informazzjoni u data min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja fl-Istati Membri [7] jagħmila possibbli biex tistabbilixxi skambju iktar komplet u rappreżentattiv ta' informazzjoni billi jżidu n-numru ta' dak li jniġġes ikkunsidrati billi jinkludu n-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-ambjent ta' l-arja;

(6) Billi distinzjoni trid tiġi magħmula bejn l-informazzjoni li trid tkun dejjem trasmessa, partikolarment li jirrelataw għad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-assessjar u l-immaniġġar tal-kwalità ta' l-arja ambjentali [8] (min hawn 'il quddiem imsemmi bħala "d-Direttiva tal-Kwalità ta' l-arja"), u informazzjoni li trid tiġi sottomessa fejn possibli;

(7) Billi l-informazzjoni miġbura trid tkun rappreżentattiva b'mod suffiċjenti biex livelli ta' tniġġiż biex jiġu meqjusa fil-Komunità kollha;

(8) Billi l-użu ta' kriterji komuni għal validazzjoni u proċessar tal-kejl li jirriżulta f'iktar kompatibbiltà u komparabbiltà tad-data trasmessa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għanijiet

1. Skambju reċiproku ta' informazzjoni u data min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ta' l-ambjent, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala "skambju reċiproku", hija stabbilita hawn. Għandha tapplika għal:

- networks u stazzjonijiet, li jkopru informazzjoni dettaljata li jiddeskrivu l-tniġġiż ta' l-arja tal-monitoraġġ tan-networks u stazzjonijiet li joperaw mill-Istati Membri,

- kejl tal-kwalità ta' l-arja miksubin mill-istazzjonijiet: il-skambju jkopri d-data kalkulata bi qbil mal-punti 3 u 4 tal-Anness I mill-kejl tal-tniġġiż ta' l-arja mill-istazzjonijiet ġo l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni u l-korpi msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkun responsabbli għall-operazzjoni ta' l-iskambju reċiproku. Biex jibbenefika mill-esperjenza miksuba mill-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew u f'l-isfera tal-kompetenza, l-Kummissjoni għandha tinterpella lill-Aġenzija ta' l-Ambjent, inter alia rigward l-operazzjoni u implementazzjoni prattika tas-sistema ta' informazzjoni.

Artikolu 2

Tniġġiż

1. L-iskambju reċiproku għandu jkopri s-sorsi tat-tniġġiż ta' l-arja elenkati fl-Anness I tad-Direttiva fuq il-Kwalità ta' l-arja.

2. Fil-qafas ta' l-iskambju, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ukoll fuq is-sorsi tat-tniġġiż ta' l-arja elenkati fil-punt 2 tal-Anness I b'mod li d-data rilevanti ikunu disponibbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 6 u mkejla kontinwament mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Stazzjonijiet

L-iskambju reċiproku, fit-tifsira tal-Artikolu I, ikopri l-istazzjonijiet:

- li huma użati fil-qafas ta' l-implementazzjoni tad-direttivi adottati bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja,

- li, mingħajr ma jkunu koperti mid-direttivi imsemmija fl-ewwel inċiż, ikunu magħżula għal dan l-iskop fis-sitwazzjonijiet eżistenti fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri biex jiġu stimati livelli lokali tat-tniġġiż elenkati fit-tieni punt tal-Anness I u livelli reġjonali tat-tniġġiż għat-tniġġiż kollu imsemmi fl-Anness I,

- kemm jista’ jkun, li ħa sehem fl-iskambju reċiproku ta' l-informazzjoni akkwistata mid-Deċiżjoni 82/459/KEE, provduti li mhumiex koperti mit-tieni inċiż.

Artikolu 4

Informazzjoni meħtieġa fuq networks u stazzjonijiet

1. L-informazzjoni bex tiġi komunikata lill-Kummissjoni għandha tikkonċerna l-karatteristiċi ta' l-istazzjonijiet tal-kejl, il-kejl tat-tagħmir u l-proċeduri operazzjonali segwita f'dawk l-istazzjonijiet u l-istruttura u l-organizzazzjoni tan-network li jappartjenu għalihom. Din l-informazzjoni għandha tiġi trasmessa sakemm ma ġietx disponibbli lill-Kummissjoni fil-leġiżlazzjoni eżistenti fuq il-kwalità ta' l-arja. L-informazzjoni rikjesta hija speċifikata fuq bażi indikattiva fl-Anness II. Bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni minima li l-Istati Membri għandhom jittrasmettu.

2. Rigward stazzjonijiet imsemmija f'l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3 l-iskambju reċiproku japplika meta l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja hija fis-seħħ.

3. Sitt xhur wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni l-iktar tard, il-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-Istati Membri id-database eżistenti li jikkontjeni l-informazzjoni diġa miġbur mis-servizzji tiegħu, u s-software li jħalliha tiġi użata u aġġornata. L-Istati Membri għandhom jikkoreġu, jemandaw u/jew jissuplixxu dik l-informazzjoni Il-fajls tal-komputer aġġornati għandhom jintbgħatu lil Kummissjoni fit-tieni sena li jiġi wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni u l-iktar tard sa l-ewwel ta' Ottubru.

Din l-informazzjoni tkun aċċessibli lill-pubbliku permezz ta' sistema ta' informazzjoni stabbilita mill-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew; tista’ tkun ukoll pprovduta fuq talba mill-Aġenzija jew mill-Istati Membri.

4. Bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7, l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-proċeduri tekniċi għat-trasferiment ta' informazzjoni, meta tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2).

5. Wara l-ewwel għotja ta' informazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni trasmessa fid-database tagħha u tipprepara kull sena rapport tekniku fuq l-informazzjoni miġbura; għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri "l-istazzjonijiet tan-networks" aġġornati tad-database l-iktar tard sa l-1 ta' Lulju. L-Istati Membri għandhom jikkoreġġu, jemendaw u/jew jissuplixxu dik l-informazjoni Il-fajls tal-komputer aġġornati għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni mill-1 ta' Ottubru l-iktar tard.

Artikolu 5

Informazzjoni biex tiġi provduta fuq data miksuba mill-istazzjonijiet

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi provvduta bir-riżultati li ġejjin:

(a) Data kif definita fil-punt 3 u 4 tal-Anness I għal dawk l-istazzjonijiet riferuti fl-ewwel inċiż tal-artikolu 3 u magħżula skond il-kriterju speċifikat fid-direttivi adottati bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja; għandu jittieħed akkont tal-kundizzjonijiet varji tal-kwalità ta' l-arja f'kull Stati Membri għall-għażla ta' dawn l-istazzjonijiet;

(b) għall-inqas data annwali kif definita fil-punt 4 tal-Anness I għall-istazzjonijiet kollha l-oħra imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3;

(ċ) Data kif definita fil-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-istazzjonijiet kollha imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 3.

Din l-informazzjoni għandha tiġi trasmessa sakemm ma ġietx disponibbli lill-Kummissjoni fil-leġiżlazzjoni eżistenti fuq il-kwalità ta' l-arja.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-validazzjoni tad-data trasmessa jew użata biex jikkalkulaw il-valuri trasmessi bi qbil mar-regoli ġenerali iddikjarati fl-Anness III. Kwalunkwe aggregazzjoni tad-data u l-kalkulazzjoni ta' l-istatistiċi mill-Istati Membri għandhom jaqblu mal-kriterji għall-inqas iebsa daqs dawk indikati fl-Anness IV.

3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-riżultati għas-sena tal-kalendarju sa l-1 ta' Ottubru tas-sena li tkun ġejja l-iktar tard, l-ewwel trasferiment għandu jkopri s-sena kalendarja 1997.

4. Kemm jista’ jkun, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni miġbura mill-1 ta' Ottubru 1989 sad-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni mill-Istazzjonijiet li ħadu sehem f'l-iskambju reċiproku ta' l-informazzjoni stabbilita bid-Deċiżjoni 82/459/KEE.

5. Bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-proċeduri tekniċi għat-trasferiment ta' informazzjoni, meta tieħu akkont d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2).

6. Il-Kummissjoni għandha tinkludi d-data trasmessa fid-database tagħha u tipprepara kull sena rapport tekniku fuq l-informazzjoni miġbura u għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri d-database aġġornata tar-riżultati.

L-informazzjoni trid tkun aċċessibli lill-pubbliku permezz ta' sistema ta' informazzjoni stipulata mill-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew; tista’ tkun ukoll pprovduta fuq talba mill-Aġenzija jew l-Istati Membri.

L-informazzjoni, fejn aċċessibbli, provdut jew inkluż fir-rapport, trid tkun ibbażata biss fuq data valida.

7. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport ġenerali lill-pubbliku, li jiġbor id-data miġbura u juri x-xejriet li hemm fil-kwalità ta' l-arja f'l-Unjoni Ewropea.

8. Bi qbil ma’ l-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tassigura t-trasferiment lill-korpijiet internazzjonali ta' data magħżula bżonnjuża għall-iskopijiet ta' programmi internazzjonali.

Artikolu 6

Kull Stat Membru għandu jinnomina korp wieħed jew aktar responsabbli għall-implementazzjoni u operazzjoni ta' l-iskambju reċiproku u għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kwalità ta' l-arja, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, fejn xieraq:

- il-preparazzjoni u l-aġġornar tal-proċeduri li jikkonċernaw it-trasferiment tad-data u informazzjoni,

- f'għaqda ma’ l-attivitajiet meħuda mill-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew fil-qasam tat-tniġġis ta' l-arja,

- emendi għall-punti 2 u 3 tal-Anness I, l-Anness II, l-Anness III u l-Anness IV,

- kif tikkunsidra kunċetti ġodda ta' tekniċi tal-kejl fil-proċedura ta' skambju reċiproku,

- l-estenzjoni tal-proċedura għad-data u informazzjoni minn pajjiżi terzi.

Artikolu 8

Mhux iktar tard mill-għeluq ta' perjodu ta' ħames snin li tiġi wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni, l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport fuq l-implementazzjoni tagħha. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn kwalunkwe proposta li l-Kummissjoni taħseb xierqa biex temenda d-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'effett mill-1 ta'Jannar 1997

Artikolu 10

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zalm

[1] ĠU C 281, tas-7.10.1994, p. 9.

[2] ĠU C 110, 2. tal-5. 1995, p. 3.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 1995 (ĠU C 166, 3. 7 1995. p. 177), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 219, tas-27.7.1996, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 1996 (ĠU C 320, tat-28.10.1996, p. 74).

[4] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 5.

[5] ĠU L 120, tal-11.5.1990, p. 1.

[6] ĠU L 194, tas-6.7.1975, p. 32. Deċiżjoni imħassra bid-Deċiżjoni 84/459/KEE/459 (ĠU L 210, tad-19.7.1982, p. 1).

[7] ĠU L 210, tad-19.7.1982, p. 1.

[8] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA' TNIĠĠIS, PARAMETRI TA' STATISTIKA U UNITAJIET TAL-KEJL

1. Sorsi tat-tniġġis elenkati fl-Anness I lid-Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja

2. Sorsi tat-tniġġis mhux elenkati fl-Anness I lid-Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja

CS2 | Karbonju dissulphide |

C6H5.CH3 | Tolin |

C6 H.CH = CH 2 | stajrin |

CH2 = CH.CN | akrilonitrili |

HCHO | formaldiħajd |

C2 HCl3 | trikloroitajlin |

C2 Cl 4 | tetrakloroitajlin |

CH2 Cl2 | dajkloromitejn |

BaP | benzo(a)pajrin |

VC | Vajnajlkloru |

VOCs (NM) | komposti organiċi volatili (totali mhux mitejn) |

VOCs (T) | komposti organiċi volatili (totali) |

PAN | peroksijasitajl najtrejt |

Nox | ossidi tan-nitroġenu |

N-dep | depożizzjoni mxarrba tan-nitroġenu |

S-dep | depożizzjoni mxarrba tal-kubrit |

AD | depożizzjoni ta' l-aċtu |

CH2 =CH.= CH2 | butadin 1,3 |

H2 S | kubrit ta' l-idroġenu |

Cr | kromjum |

Mn | manganiż |

NH3 | ammonjak |

3. Data, uniti ta' kejl u ħinijiet medji

Tniġġiż | Ħin Medju | Espress Bħala |

| |

1.SO2 | diossidu tal-kubrit | 24 s |

2.AD | depożizzjoni ta' l-aċtu | xhar | ekwivalenti għal SO2 |

3.SA | aċidita qawwija | 24 s | |

4.SPM | partikulati sospiżi | 24 s | |

5.PM 10 | partikulati sospiżi | 24 s | |

6.BS | (< 10 um) duħħan iswed | 24 s | ekwivalenti għal. SO2 |

7.O3 | ozone | 1 s | |

8.NO2 | diossidu tan-nitroġinu | 1 s | |

9.Nox | ossidi tan-nitroġenu | 1 s | |

10.CO | monossidu tal-karbonju | 1 s | |

11.H2S | kubrit ta' l-idroġenu | 24 s | |

12.Pb | ċomb | 24 s | |

13.Hg | merkurju | 24 s | |

14.Cd | kadmjum | 24 s | |

15.Ni | nikil | 24 s | |

16.Cr | kromju | 24 s | |

17.Mn | manganiż | 24 s | |

18.As | arsenik | 24 s | |

19.CS | dissulphide tal-karbonju | 1 h | |

20.CH | benżina | 24 s | |

21.C6H5.CH3 | tolin | 24 s | |

22.C6 H.CH = CH 2 | stajrin | 24 s | |

23.CH2 = CH.CN | akrilonatrajl | 24 s | |

24.CH2 = CH.CN = CH2 | butadin | 24 s | |

25.HCHCO | formaldihajd | 1 s | |

26.C2 HCl3 | trikloroetajlin | 24 s | Ekwivalenti N |

27.C2 Cl 4 | tetrakloroetajlin | 24 s | Ekwivalenti S |

28.CH2 Cl2 | dajkloromitejn | 24 s | |

29.BaP | benżopajrin | 24 s | |

30.PAH | idrokarboni poljaromatiċi | 24 s | |

31.VC | vinyl chloride | 24 s | |

32.VOC (NM) | komposti organiċi volatili (totali ta' mhux mitejn) | 24 s | |

33.VOC (T) | komposti organiċi volatili (totali) | 24 s | |

34.PAN | peroksiasitajl najtrejt | 1 s | |

35.NH3 | ammonjak | 24 s | |

36.N-dep | depożizzjoni mxarrba tan-nitroġenu | xhar | |

37.S-dep | depożizzjoni mxarrba tal-kubrit | xhar | |

4. Data, kalkulata tul is-sena tal-kalendarju, biex tiġi trasmessa lill-Kummissjoni:

- Għas-sorsi tat-tniġġiż 1 sa 35:

Il-medja aritmetika, il-medjan, il-perċentwalii 98 (u 99,9 li jistgħu jiġu trasmessi fuq bażi volontarji għal xiex il-medja hija kkalkulata fuq siegħa) u l-massimu kkalkulat mid-data oriġinali li tikkorrispondi mal-ħinijiet medji rakkomandati indikati fit-tabella ta' fuq; għas-sorsi tat-tniġġis 7 (ozone), il-parametri statistiċi jridu jiġu kalkulati wkoll mill-valuri medji ta' ‘l fuq minn 8 siegħat;

- Għas-sorsi tat-tniġġis 2, 36 u 37:

il-medja aritmetika, kalkulata mid-data oriġinali li tikkorrispondi mal-ħinijiet medji rakkomandati indikati fit-tabella ta' fuq.

Il-perċentwali x irid jiġi kkalkulat minn kwalunkwe valuri attwalment imkejla. Il-valuri kollha għandhom jiġu elenkati b'ordni miż-żgħir għal kbir

X1 < = X2 < = X3 < = … < = Xk < = … < = XN-1 < = XN

Il-perċentwali x huwa l-valur ta' k, ikkalkulat kif ġej:

k =(q*N)

fejn q hija l-istess għal x/100 u N hija n-numru ta' valuri imkejla attwalment. Il-valur ta' (q*N) irid jiġi miktub bħala l-eqreb numru sħiħ.

Ir-riżultati kollha jridu jiġu espressi f'microg/m3 (fil-kundizzjonijiet li ġejjin tat-temperatura u l-pressa: 293oK u 101,3 Kpa) minbarra għat-tniġġiż 2, 36 u 37 għal xiex ir-riżultati jridu jiġu espressi f'g/m2/sena.

--------------------------------------------------

ANNESS II

INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA NETWORKS, STAZZJONIJIET U TEKNI¬I TAL-KEJL

Kemm jista' jkun possibbli kemm jista' jkun informazzjoni trid tiġi provduta fuq il-punti indikattivi li ġejjin:

I. INFORMAZZJONI LI JIKKONĊERNAW IN-NETWORKS

- Isem,

- Abbrevjazzjoni,

- Kopertura ġeografika (industrija lokali, belt/villaġġ, żoni urbani/konurbazzjoni, reġjun u l-pajjiż sħiħ),

- Korpi responsabbli għall-immaniġġar tan-networks

- isem,

- isem ta' persuni responsabbli,

- indirizz,

- telefon u numri tal-fax,

- Bażi tar-riferenza tal-ħin, (lokali GMT)

II. INFORMAZZJONI TA' STAZZJONIJIET KONĊERNATI

1. Informazzjoni ġenerali

- Isem,

- Numru ta' riferenza jew kodiċi,

- Isem jew korp tekniku responsabbli għall-istazzjon (jekk differenti minn dawk responsabbli għan-network),

- Tip ta' stazzjon

- traffiku

- L-industrija

- sfond,

- Skop ta' stazzjon (lokali, nazzjonali, UE dir, GEMS, OECD, EMEP,…),

- Koordinazzjoni ġeografika

- Għoli,

- NUTS livell III,

- Sorsi imkejjla tat-Tniġġis,

- Parametri metereoloġiċi imkejla,

- informazzjoni oħra rilevanti: Id-direzzjoni tar-riħ li jipprevali, r-ratio bejn distanzi mill-għoli ta' l-eqreb ostakli,…

2. Ambjent Lokali/morfoloġija tal-landscape

- Tip ta' zona

- urbani,

- suburbani,

- Rurali,

- Karatterizzazzjoni ta' żona

- residenzjali,

- kummerċjali,

- industrijali

- agrikola,

- naturali,

- Numru ta' abitanti taz-zona.

3. Sorsi prinċipali ta' l-emmissjoni

- poter publiku, ko-ġenerazzjoni u sħana tad-distrett,

- kombustjoni residenzjali, kummerċjali u istituzzjonali,

- kombustjoni industrijali

- proċessi ta' produzzjoni

- estrazzjoni u distribuzzjoni tal-karburanti tal-fossili,

- użu tas-solventi,

- trasport tat-toroq,

- sorsi oħra mobili u tal-magni (li għandhom jiġu speċifikati),

- rimi u trattament ta' l-iskart

- agrikoltura,

- natura.

4. Karatterizzazzjoni tat-traffiku

(għal stazzjonijiet orjentati għat-traffiku biss)

- triq wiesgħa mal-

- volum kbir tat-traffiku (f'eċċess ta' 10000 karozzi kuljum),

- volum moderat tat-traffiku (bejn 2000 u 10000 karozzi kuljum),

- volumi żgħar tat-traffiku (inqas minn 2000 karozza kuljum),

- triq dejqa ma

- volum kbir tat-traffiku (f'eċċess ta' 10000 karozzi kuljum),

- volum moderat tat-traffiku (bejn 2000 u 10000 karozzi kuljum),

- volumi żgħar tat-traffiku (inqas minn 2000 karozza kuljum),

- triq canyon mal-

- volum kbir tat-traffiku (f'eċċess ta' 10000 karozzi kuljum),

- volum moderat tat-traffiku (bejn 2000 u 10000 karozzi kuljum),

- volumi żgħar tat-traffiku (inqas minn 2000 karozza kuljum),

- triq ewlenija

- volum kbir tat-traffiku (f'eċċess ta' 10000 karozzi kuljum),

- volum moderat tat-traffiku (bejn 2000 u 10000 karozzi kuljum),

- volumi żgħar tat-traffiku (inqas minn 2000 karozza kuljum),

- oħrajn: qasam tat-toroq, dwal tas-sinjali, parkjar, bus stop, taxi stop…

III. INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA TEKNIĊI TAL-KEJL

- Tagħmir

- isem,

- Prinċipju analitiku,

- Karatteristiċi tal-kampjun

- lokazzjoni tal-punt tal-kampjun (faċċata tal-bini, paviment, fejn tieqaf il-karozza, bitħa),

- għoli tal-punt tal-kampjun,

- tul tal-linja tal-kampjun,

- ħin ta' ntegrazzjoni li rriżulta

- ħin tal-kampjun,

- Kalibrazzjoni

- tip: awtomatiku, manwali, awtomatiku u manwali,

- metodu,

- frekwenza.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-VALIDAZZJONI TAD-DATA U KODIĊI TA' KWALITÀ

1. Proċedura ta' validazzjoni

Il-proċedura ta' validazzjoni għandha:

- tikkonsidra, pereżempju, disturb minħabba xogħol ta' manutenzjoni, kalibrazzjoni jew problemi tekniċi kejl mhux bi iskala u varjazzjonijiet rapidi ta' l-indikazzjoni tad-data, bħal waqgħat jew tlugħ eċċessivi

Id-data trid tiġi riveduta wkoll fuq il-bażi tal-kriterji ibbażat fuq tagħrif ta' influwenzi klimatiċi u influwenzi meteoroloġiċi lill-post fil-perjodu tal-kejl, u

- jagħmlu possibbli għarfien ta' kejl żbaljati bit-tekniċi bħal paraguni max-xhur ta' qabel u minn tniġġis ieħor u analiżi ta' devjazzjoni ta' livell stabbilit.

Il-lista ta' validazzjoni stabbilita waqt l-immarkar tad-data irid jiġi eżaminat u verifikat.

2. Kodiċi ta' kwalità

Id-data trasmessa kollha hija meqjusa li tkun valida, minbarra meta assoċjat mal-kodiċi T jew N definiti isfel:

Kodiċi T : jikkorrispondi għal data mhux jew għadu mhux soġġett għal-proċedura ta' validazzjoni kif speċifikat fil-punt 1.

Kodiċi N : jikkorrispondi għad-data karatteriżżata bħala żbaljat jew dubjuż, waqt il-proċedura tal-validazzjoni kif speċifikat fil-punt 1.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-AGGREGAZZJONI TAD-DATA U L-KALKULAZZJONI TA' L-ISTATISTIĊI TAL-PARAMETRI

(a) Aggregazzjoni tad-data

Il-kriterji għall-kalkulazzjoni ta' valur ta' siegħa u 24-siegħa mid-data ma' ħin medju iżgħar:

—għal valuri ta' siegħa waħda: | għall-inqas 75 % tad-data valida; |

—għal valuri ta' 24 siegħa: | iktar minn 50 % ta' data valida ta' siegħamhux iktar minn 25 % ta' valuri ta' data successivi mhux aċċettati (KodiċI N) |

(b) Kalkulazzjoni ta' parametri statistiċi

—għall-medju u tan-nofs: | iktar minn 50 % tad-data aċċettata; |

—għal perċentwali 98, 99,9 u l-massimu: | iktar minn 75 % tad-data aċċettata; |

Ir-ratio bejn in-numru ta' data valida għaż-żewġ staġunijiet tas-sena kunsidrata ma tistax tkun iktar minn 2, iż-żewġ staġunijiet huma Xitwa (minn Jannar sa Marzu inkluż u minn Ottubru sa Diċembru inkluż) u s-sajf (minn April sa Settembru inklużi).

--------------------------------------------------

Top