EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2398

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta' tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej minn Israel kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Israel

OJ L 327, 18.12.1996, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 007 P. 296 - 296
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 009 P. 28 - 28
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 009 P. 28 - 28

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1230

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2398/oj

31996R2398



Official Journal L 327 , 18/12/1996 P. 0007 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96

tat-12 ta' Diċembru 1996

li jiftaħ kwota ta' tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej minn Israel kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Israel

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' l-Israel, min-naħa l-oħra, kien iffirmat fi Brussel fil-20 ta' Novembru 1995;

Billi, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, id-disposizzjoniet kummerċjali tiegħu ġew implimentati bil-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Israel, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-96/206/KEFA, KE tal-Kunsill u l-Kummissjoni [1]; billi l-Ftehim Interim imsemmi kien iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1996;

Billi Protokoll 1 ta' dawn il-ftehim jipprovdi għal tnaqqis tad-dazju speċifiku applikabbli għal importazzjonijiet għal ġol-Komunità ta' laħam tad-dundjan li joriġina fi u jkun importat mill-Israel, fir-rigward ta' kwantita ta' 1400 tunnellata metrika;

Billi din il-kwota għandha tinfetaħ fuq bażi annwali b'effett mill-1 ta' Jannar 1996 u l-miżuri meħtieġa għall-amministrazzjoni tagħha għandhom ikunu addottati,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota ta' tariffa għall-importazzjoni ta' laħam tad-dundjan li joriġina fl-Israel għandha tinfetaħ fil-limiti ta' volum annwali ta' 1400 tunnellata metrika.

Id-dazju speċifiku applikabbli għal laħam tad-dundjan importat taħt din il-kwota u ġej taħt il-kodiċijiet tan-NK indikata (murija) iktar' l isfel għandu jkun:

- 02072510: ECU 170/tunnellata metrika

- 02072590: ECU 186/tunnellata metrika

- 02072730: ECU 134/tunnellata metrika

- 02072740: ECU 93/tunnellata metrika

- 02072750: ECU 339/tunnellata metrika

- 02072760: ECU 127/tunnellata metrika

- 02072770: ECU 230/tunnellata metrika

Artikolu 2

Ir-regoli biex dan ir-Regolament ikun applikat għandhom ikunu addottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Dukes

[1] ĠU L 71 ta' l-20.3.1996, pġ1

[2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, pġ 77. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament KE Nru 2916/95 (ĠU L 305, tad-19.12.1995, pġ 49)

--------------------------------------------------

Top