EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1433

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/96 tat-23 ta’Lulju 1996 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi fi prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

OJ L 184, 24.7.1996, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 019 P. 281 - 283
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 019 P. 115 - 117
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 019 P. 115 - 117

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1433/oj

31996R1433



Official Journal L 184 , 24/07/1996 P. 0021 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/96

tat-23 ta’Lulju 1996

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi fi prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Imbilli, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwi jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sostanza farmakoloġikament attiva użata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biex jingħataw lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Imbilli limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti biss wara li ssir eżaminazzjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha dwar is-sigurta’ ta’ residwi tas-sostanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-iproċessar industrijali fuq prodotti ta’ l-ikel;

Imbilli, waqt li jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwi ta’ prodotti veterinarji mediċinali fi prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-ispeċji ta’annimali li fihom jistgħu jkunu preżenti xi residwijiet, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull waħda mit-tessuti tal-laħam relevanti miksuba mill-annimal trattat (tessut "target") u n-natura tar-residwi li huwa relevanti għas-sorveljanza tar-residwiijiet (residwi "marker").

Billi għall-kontroll tar-residwi, kif huwa pprovdut fil-leġislazzjoni tal-Komunità rilevanti, limiti massimi ta’ residwu għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew ta’ kliewi; imbilli, madanakollu, il-fwied u l-kliewi huma spiss imneħħija mill-karkassi li jkunu qegħdin jispustaw fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi, għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ tessuti ta’ muskolu jew ta’ grass;

Imbilli, fil-każ ta’ prodotti veterinarji mediċinali maħsuba biex jintużaw fuq għasafar li jbidu, annimali li jagħtu l-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, iridu jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi għall-bajd, ħalib jew għasel;

Imbilli l-hydrogen peroxide, peracetic acid, carbetocin, quillaia saponins, butyl 4-hydroxybenzoate, sodju butyll 4-hydroxybenzoate u sodju benzyl 4-hydroxybenzoate għandhom jiġu inseriti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90

Imbilli, sabiex ikunu jistgħu jitlestew l-istudji xjentifiċi, il-baquiloprim għandu jiddaħħal fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Imbilli għandu jitħalla kull perjodu ta’ 60 ġurnata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li ngħataw b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 93/40/KEE [4], biex jitpoġġew il-prodotti veterinarji mediċinali kkonċernati fis-suq

Imbilli l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Veterinarji Mediċinali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma b’dan emendati kif jidher fl-Anness fuq dan.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-60 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-23 ta’Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 170, tad-9.7.1996, p. 8.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta' l-24. 8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

1. Kimiċi inorganiċi

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi ta'annimali | Dispożizzjonijiet oħra |

1.1.Hydrogen peroxide | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel" | |

2. Komposti organiċi

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi ta'annimali | Dispożizzjonijiet oħra |

2.51.Peracetic acid | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel' | |

2.52.Carbetocin | L-ispeċji mammali kollha li jipproduċu l-ikel | |

5.53.Quillaja saponini | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel' | |

5.54.Butyl 4-hydroxybenzoate | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel' | |

2.55.Sodium butyl 4-hydroxybenzoate | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel' | |

2.56.Sodium benzyl 4-hydroxybenzoate | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel'" | |

B. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

1. Aġenti anti-infettużi

1.1. Kimoterapewtiċi

1.1.2. Derivattivi ta’ dijamino pirimidini

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimali | LMF | Tessuti bersalji | Dispożizzjonijiet oħra |

1.1.2.2.Baquiloprim | Baquiloprim | Bovini | 300 μg/kg | Fwied | LMF proviżorji jiskadu fl- 1.7.1998 |

150 μg/kg | Kliewi |

10 μg/kg | Xaħam |

30 μg/kg | Ħalib |

Qżieqez | 50 μg/kg | Fwied | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.1998 |

50 μg/kg | Kliewi |

40 μg/kg | Grass u ġilda" |

--------------------------------------------------

Top