EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1127

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1127/96 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1423/95 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jimplimentaw ir-regoli għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor għajr il-ġulepp magħqud miz-zokkor

OJ L 150, 25.6.1996, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 019 P. 192 - 192

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1127/oj

31996R1127



Official Journal L 150 , 25/06/1996 P. 0012 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1127/96

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1423/95 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jimplimentaw ir-regoli għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor għajr il-ġulepp magħqud miz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u partikolarment l-Artikoli (2) 14 u 15 (4) ta’ dan,

Billi r-rati tat-tariffa doganali u d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni għaz-zokkor huma stabbiliti, fejn dan iz-zokkor huwa maħsub għar-raffinazzjoni, b’referenza għat-tipi ta’ zokkor li jagħtu 92 % ta’ dik il-kwalità standard definit mill-Komunità; billi huwa preskritt illi fejn il-ġabra ta’dawn it-tipi ta’ zokkor tiddifferixxi mill-ġabra fissata għall-kwalità tal-livell stabbilit, għandu jsir aġġustament; billi, fl-interess taċ-ċarezza, għandu għalhekk jiġi preskritt illi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1423/95 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2528/95 [4], japplikaw biss għat-tipi taz-zokkor mhux maħduma;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1423/95 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Jekk il-ġabra taz-zokkor importat kif stabbilit skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68, tiddifferixxi mill-ġabra fissata għall-kwalità tal-livell stabbilit, id-dazju tat-tariffa tad-dwana għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NK 17011110 u 17011210, u d-dazju addizzjonali fuq il-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NK 17011110, 17011190, 17011210 u 17011290 li jridu jiġu imposti għal kull 100 kilogramma taz-zokkor mhux maħdum imsemmi għandhom jiġu kalkolati billi jiġi moltiplikat id-dazju korrispondenti fissat għaz-zokkor mhux maħdum tal-kwalità tal-livell stabbilit b’koeffiċjent ta’ korrezzjoni. Il-koeffiċjent korrettiv għandu jinkiseb bid-diviżjoni tal-persentaġġ tal-ġabra taz-zokkor mhux maħdum importat biċ-ċifra ta’ 92."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 110, tas-17.5.1995, p. 1.

[3] ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995, p. 16.

[4] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 50.

--------------------------------------------------

Top