EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0087

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE tat-13 ta' Diċembru 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'referenza għaż-ŻEE)

OJ L 335, 24.12.1996, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 002 P. 513 - 513

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2001; Impliċitament imħassar minn 32001L0006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/87/oj

31996L0087



Official Journal L 335 , 24/12/1996 P. 0045 - 0045


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE

tat-13 ta' Diċembru 1996

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija

(Test b'referenza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi r-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, normalment magħrufa bħala RID, kif emendati għandhom ikunu mehmuża mad-Direttiva 96/49/KE bħala l-Anness u jkunu applikabbli mhux biss għat-trasport bejn il-fruntieri, iżda wkoll għat-trasport ġewwa l-Istati Membri individwali;

Billi l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE fih ir-RID kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 1995;

Billi r-RID jiġu aġġornati kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata għandha tkun fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1997;

Billi skond l-Artikolu 8, il-modifiki meħtieġa kollha għall-adattament mal-progress xjentifiku u tekniku fil-kamp kopert mid-Direttiva u bil-għan li jiġu allineati mar-regoli l-ġodda għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabilita fl- l-Artikolu 9;

Billi jeħtieġ li wieħed jadatta s-settur għar-regoli ġodda tar-RID u għalhekk li wieħed jemenda l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE;

Billi l-miżuri previsti fid-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat provduta bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/49/KE qiegħed jiġi mmodifikat kif ġej:

"L-Anness jinkludi d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' l-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru fl-Anness I ta' l-Appendiċi B għall-Cotif, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1997, bil-ftehim li "il-Partijiet Kontraenti" u "l-Istati jew il-ferroviji" jinbidli ma' "l-Istat Membru".

NB:

Il-verżjonijiet tar-RID fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għandhom jiġu ppublikati hekk kif t-test bil-lingwi kollha jkun lest."

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1997. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom referenza simili fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu stabiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25.

--------------------------------------------------

Top