EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996F0699

Azzjoni konġunta tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-profilar kimiku ta' droga biex tiġi faċilitata l-koperazzjoni mtejjba bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tad-droga

OJ L 322, 12.12.1996, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 001 P. 42 - 43
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 001 P. 36 - 37
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 001 P. 36 - 37
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 015 P. 17 - 18

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2016; Imħassar b' 32016R0095

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/1996/699/oj

31996F0699



Official Journal L 322 , 12/12/1996 P. 0005 - 0006


Azzjoni konġunta

tad-29 ta' Novembru 1996

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-profilar kimiku ta' droga biex tiġi faċilitata l-koperazzjoni mtejjba bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tad-droga

(96/699/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta' l-Irlanda,

Waqt li jfakkar ir-rapport ta' l-esperti dwar droga approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid fil-15 u s-16 ta' Diċembru 1995 u, speċifikament, l-azzjoni proposta fih li tirrelata mal-profilar kimiku tad-droga;

Waqt li jżomm f'moħħu l-konklużjonijiet tal-laqgħa f'Dublin tat-30 ta' Lulju 1996 dwar l-ipprofilar kimiku tad-droga, li jinvolvi l-istabbiliment kwalitattiv u kwantitattiv tal-parti l-kbira tal-komponenti f'kampjun ta' droga maqbuda;

Billi huwa fl-interess komuni ta' l-Istati Membri li jidentifikaw ix-xejriet tal-produzzjoni illeċita ta' droga u l-manifattura u biex iħażżu l-linji ta' provvista ta' drogi kontrollati;

Billi huwa fl-istess interess komuni li tittejjeb l-informazzjoni u l-intelliġenza għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi dwar is-sorsi u r-rotot ta' l-ittraffikar illeċitu tad-droga;

Billi huwa fl-istess interess komuni li jiġi massimizzat materjal ta' evidenza li jirrelata ma' droga maqbuda, għas-servizzi ġudizzjarji ta' l-Istati Membri;

Waqt li jikkunsidra li l-laboratorji forensiċi tax-xjenza ta' l-Istati Membri żviluppaw kompetenzi speċjalizzati, kapaċitajiet u ħila fl-ipprofilar kimiku tad-droga, li huwa ta' benefiċċju sinjifikanti għall-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi fi Stati Membri individwali fil-ġlieda kontra l-produzzjoni illeċita ta' droga u traffikar;

Waqt li jikkunsidra li l-qsim ta' din l-informazzjoni għandu jkun kontribuzzjoni importanti għall-isforzi ta' l-Unjoni Ewropea biex tingħeleb il-produzzjoni illeċita tad-droga u t-traffikar;

Waqt li jikkunsidra li l-Unità Europol tad-Droga żviluppat kompetenza speċjali fl-ipprofilar ballistiku ta' droga maqbuda;

Billi l-iskambju ta' l-informazzjoni maħsub minn din l-azzjoni konġunta m'huwiex maħsub biex jissostitwixxi jew jaffettwa xi arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jikkonċernaw l-ipprofilar kimiku tad-droga, jew li jeħtieġ it-twaqqif ta' xi strutturi ġodda fi ħdan il-Kunsill;

Waqt li jirrikonoxxi l-benefiċċi ta' koperazzjoni mtejjba bejn il-laboratorji ta' l-Istati Membri ta' xjenza forensika,

ADOTTA DIN ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Din l-azzjoni konġunta hija maħsuba biex tistabbilixxi mekkniżmu aktar koeżiv għat-trasmissjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta'l-ipprofilar ta' droga fl-Istati Membri. Hija taħseb għall-iskambju ta' informazzjon li tirrelata ma' l-ipprofilar kimiku tal-kokaina, l-eroina, l-LSD, l-amfetamini u d-derivattivi tagħhom tat-tip extasy MDA, MDMA u MDEA, u dik id-droga l-oħra jew sustanzi psikopatiċi hekk kif l-Istati Membri jqiesu xieraq.

Artikolu 2

L-Unità tad-Droga ta' l-Europol hija b'dan nominata bħala l-awtorità li lilha għandha tiġi trasmessa l-informazzjoni mill-Istati Membri li tikkonċerna l-ipprofilar kimiku.

Artikolu 3

L-informazzjoni provduta lill-Unità tad-Droga ta' l-Europol għandu jkollha l-format li ġej:

(i) analiżi ta' droga fil-forma ta' pilloli:

(a) dimensjonijiet fiżiċi tal-kampjun – daqs, piż, kulur;

(b) disinji u mmarkar – tip u posizzjoni tal-logo;

(ċ) tip u kwantità tad-droga prinċipali misjuba fil-kampjun;

(d) tip u kwantità tas-sustanzi komponenti l-oħra kollha mikxufa matul l-analiżi;

(e) stampa tal-kampjun;

(f) numru tar-reġistrazzjoni (identifikazzjoni) tal-każ;

(ii) analiżi ta' draga mhux fil-forma ta' pilloli:

(a) it-tip u l-kwantità tad-droga prinċipali misjuba fil-kampjun;

(b) it-tip u l-kwantità tas-sustanzi komponenti l-oħra kollha mikxufa matul l-analiżi;

(ċ) in-numru tar-reġistrazzjoni (identifikazzjoni) tal-każ.

Artikolu 4

L-Unità tad-Droga ta' l-Europol għandha tittrasmetti lill-Istati Membri kollha l-informazzjoni provduta taħt l-Artikolu 3.

Artikolu 5

Din l-azzjoni konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din l-azzjoni konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Novembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Owen

--------------------------------------------------

Top