EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996F0443
96/443/JHA: Joint Action of 15 July 1996 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, concerning action to combat racism and xenophobia
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Lulju 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xeonofobja
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Lulju 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xeonofobja
OJ L 185, 24.7.1996, p. 5–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 001 P. 33 - 35
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 001 P. 27 - 29
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 001 P. 27 - 29
In force
Official Journal L 185 , 24/07/1996 P. 0005 - 0007
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Lulju 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xeonofobja (96/443/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Artikolu K.3 (2) (b) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, Wara li kkonsidra l-inizjattiva mir-Renju ta' Spanja, Billi l-Istati Membri jqisu li l-adozzjoni tar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja hija kwistjoni ta' interess komuni, skond l-Artikolu K.1 (7) tat-Trattat b'mod partikolari; Billi għandu jingħata kont għall-konklużżjonijiet dwar ir-razziżmu u x-xenofobja adottati mill-Kunsill Ewropew f'Korfu fl-24 u l-25 ta' Ġunju 1994, f'Essen fid-9 u fl-10 ta' Diċembru 1994, f'Cannes u fis-26 u s-27 ta' Ġunju 1995 u f'Madrid fil-15 u s-16 ta' Diċembru 1995; Billi l-Kummissjoni Konsultattiva dwar ir-Razziżmu u x-Xenofobja, stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Corfu, adottat rakkomandazzjonijiet; Billi, minkejja l-isforzi magħmula matul is-snin reċenti mill-Istati Membri, ir-reati tar-razziżmu u x-xenofobja għadhom qed jiżdiedu; Preokkupat bid-differenzi bejn xi sistemi tal-liġi kriminali fir-rigward tal-pieni ta' tipi speċifiċi ta' komportament ta' razziżmu u xenofobja, li joħolqu barrieri għall-koperazzjoni internazzjonali ġudizzjarja; Waqt li jagħraf li l-koperazzjoni internazzjonali mill-Istati kollha, nklużi dawk li m'humiex affettwati fil-livell domestiku mill-problema tar-razziżmu u x-xenofobja, huwa meħtieġ li dawk li jwettqu dawn ir-reati jiġu prevenuti milli jipprofittaw irwieħhom mill-fatt li attivitajiet rażżisti u xenofobiċi huma klassifikati b'mod differenti fi Stati differenti billi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor biex jaħarbu proċedimenti kriminali jew jevitaw li jservu sentenzi u b'hekk ikomplu l-attivitajiet tagħhom b'impunità; Waqt li jenfasizza li d-dritt tal-libertà ta' l-espressjoni jimplika dmirijiet u responsabbiltajiet, inkluż rispett għad-drittjiet ta' l-oħrajn kif preskritt fl-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali tn-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Civili u Politiċi tad-19 ta' Diċembru 1996; Determinati, skond it-tradizzjoni tagħhom komuni umanitarja, li jiggarantixxu li, fuq kollox, l-Artikoli 10 u 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950 jiġu mħarsa; Waqt li jixtiequ li jibnu fuq ix-xogħol mibdi fi ħdan il-qafas tat-Titolu VI tat-Trattat matul l-1994 li jikkonċerna l-aspetti kriminali tal-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja, ADOTTA DIN ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA: IT-TITOLU I A. Fl-interessi tal-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja, kull Stat Membru għandu jobbliga ruħu, skond il-proċedura preskritta fit-Titolu II, li jassigura koperazzjoni effettiva ġudizzjarjafir-rigward ta' reati bbażati fuq it-tip ta' komportament li ġejjin, u, jekk meħtieġ, għall-finijiet ta' dik il-koperazzjoni, jew jieħdu passi biex jaraw li dak il-komportament ikun penalizzat bħala reat kriminali jew, fin-nuqqas, u sakemm jiġi adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa, li jidderogaw mill-prinċipju ta' kriminalità doppja għal dak il-koportament: (a) l-inċitament pubbliku għad-diskriminazzjoni, vjolenza jew mibegħda rażżista fir-rigward ta' grupp ta' persuni jew membru ta' dak il-grupp definit b'referenza għall-kulur, razza, reliġjon jew oriġini nazzjonali jew etniku; (b) l-iskużar pubbliku, għal fini rażżist jew xenofobiku, ta' reati kontra l-umanità u vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani; (ċ) iċ-ċaħda pubblika tar-reati definiti fl-Artikolu 6 tal-Karta dwar it-Tribunal Internazzjonali Militari mehmus mal-Ftehim ta' Londra tat-8 ta' April 1945 sal-limitu li jinkludi komportament li huwa sprezzanti lejn, jew degradanti għal grupp ta' persuni definiti b'referenza għall-kulur, razza, reliġjon jew oriġini nazzjonali jew etniku; (d) id-disseminazzjoni pubblika jew tqassim ta' kitbiet, stampi jew materjal ieħor li jkun fih espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja; (e) il-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' gruppi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jinvolvu diskriminazzjoni, vjolenza jew mibegħda rażżista, etnika jew reliġjuża. B. Fil-każ ta' investigazzjonijiet fi, u/jew proċedimenti kontra, reati bbażati fuq it-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A, kull Stat Membru għandu, skond it-Titolu II, itejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarja fiż-żoni li ġejjin u jieħu miżuri adattati għal: (a) il-ħtif u konfiska ta' kitba, stampi jew materjal ieħor li jkun fih espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja maħsuba għad-disseminazzjoni pubblika, fejn dak il-materjal jiġi offrut għall-pubbliku fit-territorju ta' l-Istat Membru; (b) ir-rikonoxximent li t-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A m'għandhomx jitqiesu bħala reati politiċi li jiġġustifikaw ir-rifjut ta' konformità għal talbiet ta' għajnuna legali komuni; (ċ) il-provvista ta' informazzjoni lil Stat Membru ieħor biex jippermetti li dak l-Istat Membru jibda, skond il-liġi tiegħu, proċedimenti legali jew proċedimenti għall-konfiska fil-każ fejn jidher li kitbiet, stampi jew materjal ieħor li jkun fihom espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja jkunu maħżuna fi Stat Membru għall-finijiet tat-tqassim jew disseminazzjoni fi Stat Membru ieħor; (d) l-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt fl-Istati Membri li għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir u l-iskambju ta' xi informazzjoni li tista' tkun utli għal investigazzjonijiet u proċedimenti kontra reati bbażati fuq it-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A. Ċ. Ebda ħaġa f'din id-Dikjarazzjoni Konġunta ma għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa xi obbligazzjonijiet li l-Istati Membri jista' jkollhom taħt l-istrumenti internazzjonali elenkati hawn taħt. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din l-Azzjoni Konġunta b'mod konsistenti ma' obbligazzjonijiet bħal dawk u għandhom jirreferi għad-definizzjonijiet u l-pronċipji li jinsabu f'dawk l-istrumenti meta jagħmluu dan: - il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950, - il-Konvenzjoni li tirrelata ma' l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, - il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948, - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Rażżista tas-7 ta' Marzu 1966, - Il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949 u l-Protokolli I u II tat-12 ta' Diċembru 1977 għal dawk il-Konvenzjonijiet, - ir-Riżoluzzjonijiet 827(93) u 955(94) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, - ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' xhieda fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata [1], f'każi ta' proċedimenti kriminali għat-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A, jekk xhieda jkunu ġew imħarrka fi Stat Membru ieħor. IT-TITOLU II Kull Stat Membru għandu jressaq proposti adattati għall-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni Konġunta għall-konsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tagħhom. Il-Kunsill għandu jistma it-tħaris mill-Istati Membri ta' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt din id-Dikjarazzjoni Konġunta, waqt li jagħti kont tad-dikjarazzjonijiet annessi magħha, sa l-aħħar ta' Ġunju 1998. Din l-Azzjoni Konġunta u d-dikjarazzjonijiet annessi, li huma approvati mill-Kunsill u li huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta mill-Istati Membri minbarra dawk li dan id-dikjarazzjonijiet jikkonċernawhom, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 1996. Għall-Kunsill Il-President D. Spring [1] ĠU C 327, tas-7.12.1995, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FIT-TITOLU II 1. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Griega dwar it-Titolu I.B (b): "Il-Greċja tinterpreta t-Titolu I.B (b) fid-dawl ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tagħha li jipprojbixxu li tittieħed xi azzjoni kontra persuni li jiffaċċaw prosekuzzjoni fuq bażijiet politiċi." 2. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża dwar it-Titolu I.Ċ, il-ħames inċiż: "Franza tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Ġunju 1977 għall-Konvenzjonijiet ta' Ġeniva ta' l-1949 ma jistgħax jiġi nvokat kontriha, minħabba li Franza la rratifikat u lanqas iffirmat dak l-istrument u li lanqas ma jista' jittieħed bħala traduzzjoni tal-liġi internazzjonali tas-soltu applikabbli f'konflitti armati." 3. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni tar-Renju Unit dwar it-Titolu I: "Id-delegazzjoni tar-Renju Unit tiddikjara li għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta mir-Renju Unit, u waqt li tagħti kont tad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali tar-Renju Unit, ir-Renju Unit għandu japplika it-Titolu I, il-paragrafu A, il-punti (a) sa (e) u r-referenzi għalihom meta l-komportament relevanti ikun ta' theddid, abużiv jew ta' insult u jitwettaq bl-intenzjoni li jqajjem mibegħda rażżista jew x'aktarx li jagħmel dan. Dan għandu jinkludi, skond it-Titolu I.B u t-Titolu II, li jippermettu lill-awtoritajiet relevanti tar-Renju Unit f'dan il-kuntest li jfittxu u jaħtfu kitbiet, stampi u materjal ieħor fir-Renju Unit li huwa maħsub għad-disseminazzjoni fi Stat Membru ieħor u li x'aktarx jinċita mibegħda rażżista hemm hekk. Jekk jinqalgħu xi problemi bl-applikazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni, ir-Renju Unit għandu jikkonsulta ma' l-Istat Membru konċernat bil-ħsieb li jingħelbu l-problemi li jinqalgħu." 4. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Daniża dwar it-Titolu I: "Id-delegazzjoni Daniża tiddikjara li għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta mid-Danimarka, u wara li tagħti kont tad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali Daniża, id-Danimarka għandha tapplika t-Titolu I, il-paragrafu A, il-punti (a) sa (e) u r-referenzi għalihom biss meta l-komportament relevanti jkun ta' theddid, ta' insult jew degradanti." --------------------------------------------------