Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0007

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE ta' l-10 ta' april 1995 li temenda Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ġodda sempliċi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud - skop għal ċertu eżenzjonijiet u arranġamenti pratttiċi biex jimplimentawhom.

OJ L 102, 5.5.1995, p. 18–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Estonian: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Latvian: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Lithuanian: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Hungarian Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Maltese: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Polish: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Slovak: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280
Special edition in Slovene: Chapter 09 Volume 001 P. 274 - 280

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/7/oj

31995L0007



Official Journal L 102 , 05/05/1995 P. 0018 - 0024


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE

ta' l-10 ta' april 1995

li temenda Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ġodda sempliċi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud - skop għal ċertu eżenzjonijiet u arranġamenti pratttiċi biex jimplimentawhom.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 99,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi l-operazzjoni fis-suq intern tista' tkun imtejba billi tintroduċi ir-regoli komuni li jiċċaraw dawn l-iskopijiet, u dawn l-arranġamenti, tapplika ftit mill-eżenzjonijiet li hemm ipprovduti fl-Artikoli 14(1), 15, punt 2, u 16 (1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: uniformi bażi ta' stima [1]; billi l-introduzzjoni ta' dawn ir-regoli komuni huma pprovduti mid-Direttiva msemmija, partikolarment l-Artikoli 14(2) u 16 (3) ta' l-istess;

Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 li jemenda d-Direttiva 77/388/KEE u jintroduċu mizuri sempliċi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud [2] jipprovdu l-adozzjoni tar-regoli speċjali għat-tassazzjoni ta' transazzjonijiet imsenslin bejn persuni taxxabli, billi dawn ir-regoli jridu jassiguraw mhux biss konformità mal-prinċipju tan-newtralità tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud dwar l-oriġini ta' oġġetti u servizzi imma wkoll l-konformità ma' l-għażla magħmula biex l-prinċipji l i jirregolaw it-taxxa fuq il-valur miżjud u l-arranġamenti ta' solveljar matul il-perjodu transitorju;

Billi huwa xieraq li jinkludi f'l-ammont taxxabli dwar l-importazzjoni l-ispejjeż anċillari kollha li jinqalgħu fit-trasport ta' l-oġġetti għal kwalunkwe post ta' destinazzjoni fil-Komunità la darba dak il-post ikun magħruf f'dak il-ħin waqt l-importazzjoni tkun qed issir; billi, bħala rizultat, il-proavvista tas-servizzi involuti jgawdu l-eżenzjonijiet li hemm ipprovduti fl-Artikolu 14(1)(i) tad-Direttiva 77/388/KEE;

Billi l-Artikolu 15(2) ta' dik id-Direttiva jipprovedi li l-Kummizzjoni għandha tissottometti lill-Kunsill proposti biex twaqqaf regoli fuq it-taxxi tal-Komunità u tispeċifika dan l-iskop, u arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni, l-eżenzjonijiet applikabli għall-provvista ta' l-oġġetti li jkunu fil-valiġi personali tal-vjaġġatur;

Billi huwa xieraq li dak il-perjodu li jservi bhala bażi biex jikkalkulaw l-aġġustamenti li hemm ipprovduti fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva msemmija għandha tkun estiża sa 20 sema mill-Istati Membri għall-proprjetà mobbli akkwistata bħala oġġetti kapitali, iżommu f'moħħhom d-dewmien tal-ħajja ekonomika tagħhom;

Billi L-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jżżommu r-rata applikabbli għal oġġetti wara li jkunu għamlu xogħol li jkun sar taħt kuntratt biex jagħmlu x-xogħol sa l-1 ta' Jannar 1993;

Billi ir-regoli li jirregolaw applikazzjoni territorjali u l-arranġamenti tat-taxxa applikabbli fil-qasam tal-funzjoni tat-trasport ta' oġġetti intra-Komunitarju b' mod sempliċi u sodisfaċenti kemm għall-kummerċjanti u l-awtoritajiet fl-Istati Membri;

Billi, tikkunsidra operazzjoni ta' trasport fi ħdan Istat Membru bħala attività ta' trasport ta' oġġetti intra-Komunitarja fejn huwa direttament konness ma' operazzjoni tat-trasport bejn l-Istati Membri, huwa possibli biex tissimplifika mhux biss il-prinċipji u l-arranġament għal dawk li jintaxxaw is-servizzi tat-trasport domestiku imma wkoll ir-regoli applikabbli għas-servizzi anċillari u għas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji nvoluti fil-provvisti ta' dawn id-diversi servizzi differenti;

Billi il-kwalifikazzjoni ta' ċertu xogħol fuq proprjetà mobbli bħala xogħol li magħmul taħt kuntratt biex jagħmel xogħol huwa sorsi ta' diffikultà u għandu jiġi eliminat;

Billi, biex tħaffef il-kummerċ intra-Komunitarju fis-settur tax-xogħol fuq il-proprjetà mobbli tanġibli, l-arranġamenti tat-taxxi applikabli għal dawn it-transazzjonijiet għandhom ikunu modifikati meta huma magħmula għall-persuna li hija idenifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru barra minn l-eżekuzzjoni fiżika tagħhom;

Billi l-Artikolu 16(1)(B) sa (E) tad-Direttiva msemmija, meħuda flimkien partikolarment ma' l-Artikolu 22(9) dwar ħelsien mill-obbligazzjonijiet, jagħmilha possibli biex jingħelbu d-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-kummerċjanti li jipparteċipaw fit-transazzjoni msensla li jinvolvu oġġetti mpoġġija u miżmuma taħt arranġamenti tal-magazzinaġġ;

Billi huwa neċessarju f'din il-konnessjoni biex jassigura li t-trattament tat-taxxa applikata għall-provvista ta' l-oġġetti u d-disposizjoni tas-servizzi dwar ċertu oġġetti li jistgħu jiġu mpoġġija taħt arranġamenti tad-depożiti tad-dwana jistgħu jiġu wkoll applikati għall-istess transazzjonijiet li jinvolvu oġġetti mpoġġija taħt arranġamenti tad-depożitu aktar minn depożitu tad-dwana;

Billi dawn it-transazzjonijiet jikkonċernaw prinċipalment materja prima w oġġetti nnegozjati fuq swieq internazzjonali; billi lista ta' oġġetti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha tkun saret:

Billi, suġġett għall-konsoltazzjoni tal-Kumitat tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddefinixxu dawk l-arranġamenti tad-depożitu minn magazzini tad-dwana; billi huwa madankollu neċessarju li teskludi fil-prinċipji minn dawn l-arranġamenti, oġġetti li għandhom jiġu pprovduti fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut:

Billi huwa neċcessarju li tiċċara ftit mir-regoli li japplikaw taxxa meta l-oġġetti ma jibqgħux koperti bl-arranġamenti li hemm ipprovduti fl-Artikolu 16(1)(B) sa (E) tad-Direttiva msemmija, b' mod partikolari dawk il-persuni obbligati li jħallsu it-taxxa dovuta;

Billi huwa neċessarju li tiċċara l-iskop ta' dawk id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva msemmija li huma applikabbli matul il-perjodu transizzjonali li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 28 l;

Billi huwa neċessarjament xieraq li temenda d-Direttiva 77/388/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/388/KEE issa hi emendata kif ġej:

1 L-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"5. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jagħtu ċertu xogħolijiet ta' kostruzzjoni biex ikunu provvisti fis-sens ta' paragrafu 1.'";

2. L-Artikolu 11(B)(3) (b), it-tielet subparagrafu, għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-ispejjeż inċidentali msemmija hawn fuq għandhom jiġu inkluzi fl-ammont taxxabli fejn jirriżultaw minn trasport għall-post ieħor ta' destinazzjoni fit-territorju tal-Komunità jekk dak il-post ikun magħruf meta jiġri il-każ imsemmi '";

3. L-Artikolu 15(2), it-tienu u t-tielet subparagrafi, jiġu mibdula b'dan mit-tliet subparagrafi li gejjin:

"Fil-każ ta' provvista ta' oġġetti li jinġarru fil-valiġġa personali tal-vjaġġatur, din l-esenzjoni għandha tiġi applikata fuq dik il-kondizzjoni:

- il-vjaġġatur mhuhiex stabbilit fi ħdan il-Komunità,

- l-oġġetti huma ttrasportati għal destinazzjoni barra l-Komunità qabel l-aħħar tat-tielet xahar li fih tkun saret il-provvista,

- il-valur tal-provvista, li tinkludi it-taxxa fuq il-valur miżjud, huwa aktar minn dak ekwivalenti f'valuta nazzjonali tal-ECU 175, stabbilita skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 69/169/KEE [3]; madankollu, L-Istati Membri jistgħu jeżentaw provvista b' valur totali inqas minn dak l-ammont.

Ghar-raġunijiet biex japplikaw it-tieni subparagrafu:

- vjaġġatur mhux stabbililt fi ħdan il-Komunità għandu jkun ifisser vjaġġatur li l-istabbiliment tiegżu jew ir-residenza abitwali mhux qedgħa fi ħdan il-Komunità. Għar-raġuni ta' din id- dispożizzjoni, "stabbiliment jew residenza abitwali" tkun mnizzla hekk f'passaport, karta ta' identità, jew dokumenti oħra ta' identità li l-Istat Membru li fih il-provvista tkun qed issir jirrikonixxiha,

- prova ta' esportazzjoni għandha tkun fornita permess ta' fattura jew dokument ieħor floku, iffirmat mill-uffiċċju tad-dwana fejn l-oġġetti ħallew il-Komunità.

Kull Stat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri li jintuzaw għall-użu ta' l-approvazzjoni b' rifereza għaliha fit-tieni inċiz tat-tielet subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tagħti din l-informazzjoni lill-awtorjitajiet tat-taxxa fl-Istati Membri."

4. Fl-Artikolu 20(2), l-aħħar subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Fil-każ ta' proprjetà mobbli akkwistata bħala oġġetti kapitali, il-perjodu ta' aġġustament jista' jiġi estiż sa 20 sena.'";

5. fl-Artikolu 28(2), il-punt segwenti għandu jkun miżjud:

"(h) L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, kienu jużaw id-dispożizzjoni li hemm ipprovduta fl-Artikolu 5(5)(a) li kien hemm fis-seħħ f'dik id-data, tista' tapplika għall-provvisti taħt kuntratt biex jagħmel xogħol ir-rata applikabbli għall-oġġetti wara li tkun saret.

Għall-għanijiet biex tapplika din id-dispożizzjoni, provvisti taħt kuntratt biex jagħmlu xogħol għandhom jkun meqjusa bħala kunsinja minn kuntrattur lill-klijent tiegħu ta' proprjetà mobbli magħmula jew immontati flimkien mill-kuntrattur minn materjali jew oġġetti mogħtija lilu mill-klijent għal din ir-raġuni, sewwa jekk il-kuntrattur ipprovda xi parti tal-materjal użat jew le.'";

6. L-Artikolu 28(a)(5) għandu jiġi kif ġej:

- is-sentenza introduttorja għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Is-segwenti għandu jiġi ttrattat bħala provvisti ta' l-oġġetti effettwati għal konsiderazzjoni:",

- (a) għandu jitħassar,

- ir-raba' inċiż fit-tieni subparagrafu ta' (b) għandu jitħassar,

- il-ħames inċiż fit-tieni subparagrafu ta' (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

- "— il-provvista ta' servizz imwettaq għall-persuna taxxabli u tinvolvi xogħol fuq l-oġġetti involuti mwettqa fiżikament fl-Istat Membru li fih il-kunsinja jew it-trasport ta' l-oġġetti jispiċċa, basta illi l-oġġetti, wara li jkunu maħduma, jerġgħu jkunu kkonsenjati lil dik il-persuna taxxabli fl-Istat Membru minn fejn kienu inizjalment ikkonsenjati jew ittrasportati";

7. L-Artikolu 28b għandu jiġi emendat kif ġej:

- fl-ewwel inċiż ta' Ċ (1), il-koma għandha tiġi mibdula b' punt u s-subparagrafu li ġej għandu jkun mizjud:

"It-trasport ta' oġġetti fejn il-post ta' tluq u l-post tal-wasla huma lokati ġo territorju tal-pajjiz, għandu jiġi trattat bħala trasport ta' oġġetti intra-Komunitarji fejn liema trasport huwa marbut direttament ma' trasport ta' oġġetti fejn il-post ta' tluq u l-post tal-wasla huma lokati ġot-territorji ta' żewg Stati Membri differenti;",

- "F. Il-Post ta' provvista ta' servizzi fil-kaz ta' valutazzjoni fuq jew tax-xogħol fuq proprjetà mobbli tanġibbli

B'deroga mill-Artikolu 9(2)(ċ), il-post tal-provvista ta' servizzi li jinvolvu valutazzjonijiet jew xogħol fuq proprjetà mobbli tanġibbli, ipprovdut lill-klijenti identifikati għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Stati Membru għajr fejn is-servizzi huma mwettqa fiżikament, għandhom ji ġu meqjusa li jkunu fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħarġu lill-konsumatur bin-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fejn ikun sarlu s-servizz.Din id-derogama' tapplikax fejn l-oġġetti m'humiex mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Istat Membru fejn is-servizzi twettqu fiżikament.'"

;

8. fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28c (A) (a), "kif definit fl-Artikoli 5 u 28a (5) (a)" għandu jinbidel b' "kif definit fl-Artikolu 5";

9. L-Artikolu 28ċ (E) (1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. 1. Fl-Artikolu 16:

- "1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet oħra tat-taxxa Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu, soġġetti għall-konsultazzjonijiet li hemm ipprovduti fl-Artikolu 29, jieħdu miżuri speċjali mfassla biex jeżentaw it-transazzjonijiet kollha jew ftit milli ġejjin, sakemm m'humiex immirati għall-użu finali w/jew konsumazzjoni u illi l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovut fuq waqfien dawn l-arranġamenti fuq sitwazzjonijiet msemmija f'A sa E jikkorispondi għall-ammont ta' taxxa li kellha tkun imħallsa kieku kull operazzjoni kienet intaxxata fi ħdan it-territorju tal-pajjiz:

A. importazzjoni ta' oġġetti li huma maħsuba biex jitpoġġew taħt arranġamenti ta' depożitu milli fid-dwana;

B. provvista ta' oġġetti li huwa maħsuba li jridu jiġu:

(a) ipprovduti lid-dwana u, fejn applikabbli, poġġut f'maħżen temporanju;

(b) poġġut f'żona ħielsa jew f'maħżen hieles;

(ċ) poġġut taħt arranġamenti depożitarji fid-dwana jew ġewwa arranġamenti proċessati;

(d) ammessi ġo ibħra territorjali:

- sabiex tiġi nkorporata fi pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni, għall-għanijiet tal-kostruzzjoni, tiswija, manutenzjoni, tibdil jew immontar ta' dawn il-pjattaformi, jew biex jagħqdu dawn il-pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni mat-terrafirma,

- biex jigħata l-karburant u tingħata provvista lill-pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni;

(e) impoġġija, ġewwa it-territorju tal-pajjiz, taħt arrangamenti ta' magazzinaġġ barra minn magazzinaġġ tad-dwana.

Ghall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, magazzini imma mhux magazzinaġġ tad-dwana għandhom ifissru:

- għall-prodotti soġġetti għad-dazju, il-postijiet defininit bħala taxxa tal-magazzini għall-għanijiet ta' l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 92/12/KEE,

- għall-oġġetti barra minn dawk soġġetti għad-dazju, il-postijiet definiti hekk mill-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri jista' ma jipprovdux għal arranġamenti tal-magazzini għajr mill arranġamenti tad-dwana fejn l-oġġetti msemmija huma maħsuba li għandhom jingħataw fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

Madankollu,ll-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal dawn l-arranġamenti għall-oġġetti maħsuba:

- persuni taxxabli għall-għanijiet ta' provvisti effettwati taħt il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 28k,

- Ħwienet ħielsa mit-taxxa fit-tifsira ta' l-Artikolu 28k, għal raġunijiet tal-provvista tal-vjaġġaturi li jaqsmu bl-ajru jew bil-baħar għal pajjizi terzi, fejn dawk il-provvisti huma eżenti skond l-Artikolu 15,

- persuni taxxabli għal raġunijiet ta' provvisti għall-vjaġġaturi abbord ajruplani jew vapuri matul it-titjira jew il-vjaġġ bil-baħar fejn il-post tal-wasla j9nsab barra l-Komunità,

- persuni taxxabli għall-għanijiet ta' provvisti effetwati b' taxxa ħielsa skond l-Artikolu 15, punt 10.

Il-postijiet imsemmija f'(a), (b), (ċ) u (d) jiġu definiti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ;

C. provvista ta' servizzi dwar il-provvisti ta' oġġetti referiti f'B;

D. provvisti ta' oġġetti u servizzi mwettqa:

(a) fil-postijiet msemmija f'B (a), (b), (ċ) u (d) u għadhom soġġetti għal waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija hawnhekk;

(b) f'postijiet msemmija f'B (e) u għadhom soġġetti, fit-territorju tal-pajjiz, għas-sitwazzjoni speċifikata hawnhekk.

Fejn jeżerċitaw l-għazla pprovduta f'(a) għal transazzjonijiet effetwati fil-magazzini tad-dwana, l-Istati Membri jieħdu miżuri neċessarji biex jassiguraw li ddefinew l-arranġamenti tal-magazzini barra mill-magazzini tad-dwana li jippermettu id-dispożizzjonijiet f'(b) biex jiġu applikati għall-istess transazzjonijiet li jikkonċernaw oġġetti fil-lista fl-Anness J li huma effettwati f'dawn il-magazzini barra mill-magazzini tad-dwana;

E. provvisti:

- ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(1)(a) soġġetti għall-arranġamenti għall-importazzjoni temporanja bl-eżenzjoni totali mid-dazji ta' importazzjoni jew għall-arranġamenti mat-transport għal barra,

- għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) li għadhom soġġetti għall-proċedura Komunitarja ta' vjaġġi interni li hemm ipprovdut fl-Artikolu 33a,

kif ukoll provvista ta' servizzi relatati ma' dawn il-provvisti.

Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 21(1)(a), il-persuna obbligata li tħallas it-taxxa dovuta bi qbil ma' l-ewwel subparagrafu għandha tkun il-persuna li tikkawza li l-oġġetti ma jibqgħux ikunu koperti mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu.

Meta jitneħħew l-oġġetti mill-arranġamenti jew mis-sitwazzjonijiet msemmija f ’dan il-paragrafu tagħti lok għal importazzjoni fit-tifsira ta'l-Artikolu 7(3), l-Istat Membru ta' l-importazzjoni għandu jieħu l-mizuri neċessarji biex jevita tassazzjoni doppja fil-pajjiz";

,

- għandu jiżdied dan il-paragrafu:

"1a. Billi jeżerċitaw l-għażla li hemm ipprovduta fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-akkwist ta' l-oġġetti intra-Komunitarji maħsuba li jitpoġġew taħt waħda mill-arranġamenti jew waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 (B) jibbenifkaw mill-istess dispożizzjoni bħall-provvisti ta' l-oġġetti li saru fil-pajjiz taħt l-istess kondizzjonijiet.‘";";

10. fl-Artikolu 28f (1), l-Artikolu 17(2)(a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(a) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew mħallsa ġewwa t-territorju tal-pajjiz rigward l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti jew li għad għandhom jiġu forniti lilu minn persuna taxxabli oħra;";

11. fl-Artikolu 28g, l-Artikolu 21(1)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) persuni li għalihom is-servizzi huma koperti mill-Artikolu 9(2)(e) huma forniti jew persuni li huma identifikati għall-għanijiet għat-taxxa fuq il-valur miżjud ġowwa it-territorju tal-pajjiz li għalihom is-servizzi huma koperti mill-Artikolu 28b, (Ċ), (D), (E) u (F) huma forniti, jekk is servizzi huma mwettqa minn persuna taxxabli li huwa stabbilit barra l-pajjiż; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jordnaw lil dak il-fornitur tas-servizzi li għandu jkun responsabbli flimkien u wieħed wieħed għall-ħlas tat-taxxa;";

12. L-Artikolu 28h għandu jiġi emendat kif ġej:

- L-Artikolu 22(2), (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

- "(b) Kull persuna taxxabli għandha żżomm reġistru ta' l-oġġetti li ntbagħtu jew ittrasportati jew li kienu ntbagħtu jew ittrasportati f'isimha barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 3 minbarra fi ħdan il-Komunità għall-għanijiet tat-transazzjonijiet msemmija fil-ħames, sitt u seba' inċiżi ta' l-Artikolu 28a (5) (b).

Kull persuna taxxabli għandha żżomm kontijiet suffiċjentement dettaljati biex jippermettu identifikazzjoni ta' l-oġġetti mibgħuta lilha minn Stat Membru ieħor minn jew f'isem persuna taxxabli identifikata għall-għanijiet tal-valur fuq it-taxxa miżjuda fl-Istat Membru ieħor, b'konessjoni ma' servizz li ġie pprovdut wara t-tielet jew ir-raba' inċiż fl-Artikolu 9(2)(ċ);",

- l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu fl-Artikolu 22(3)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:-

- "— fil-kaz tat-transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 28b (Ċ), (D), (E) u (F), in-numru li bih il-persuna taxxabli tiġi identifikata fit-territorju tal-pajjiz u n-numru li bih il-konsumatur huwa identifkat u taħt liema s-servizz kien mogħti lilu.",

- l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 22(6)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Kull persuna taxxabli identifikata għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha toħroġ prospett bil-lists sħiħa ta' l-akwistaturi identifikati għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil min huwa forna l-oġġetti taħt il-kondizzjonijiet li hemm ipprovdut fl-Artikoli 28ċ (A) (a) u (d), u tal-persuni li jkunu qed jirċievu identifikati għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fit-transazzjonijiet msemmija fil-ħames subparagrafu.",

- it-tieni inċiż tat-tielet subparagrafu flArtikolu 22(6)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:-

- "— in-numru li bih kull persuna li takkwista l-oġġetti hija identifikata għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru ieħor u taħt liema l-oġġetti ġew forniti lilu,",

- il-ħames subparagrafu fl-Artikolu 22(6)(b) għandu jitħassar;

13. l-Anness J li jidher fl-Anness għal din id-Direttiva għandu jiġi miżjud.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolazzjonijiet u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu lil din id-Direttiva fl-1 ta'Jannar 1996. Għandhom javżaw mill-ewwel lill-Kommissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

2. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jista' jieħdu miżuri bħala liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva sabiex iġġib id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(3), (4) u (9) fis-seħħ mhuz aktar tard mill-1 ta' Jannar 1996.

Madankollu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu huma awtorizzati sabiex jieħdu miżuri bħala liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva sabiex tapplika d- dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(9) mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1997.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li hija rregolata minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' April 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Juppé

[1] ĠU L 145, ta' l-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/76/KEE (ĠU L 365, tat-31.12.1994, p. 53).

[2] ĠU L 384, ta' l-30.12.1992, p. 47.

[3] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/4/EC (ĠU L 60, tat-3.3.1994, p. 14).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS J

Deskrizzjoni ta' oġġetti | Kodiċi NM |

-Landa | 8001 |

Ram | 7402740374057408 |

Żingu | 7901 |

Nijkil | 7502 |

Aluminjum | 7601 |

Fuljetta taċ-ċomb | 7801 |

Indjum | ex811291ex811299 |

Ċereali | 1001 sa 10051006: ross mhux iproċessat biss1007 to 1008 |

Żerriegħa taż-żejt u frott li minnu jsir iż-żejt | 1201 to 1207 |

"Ġewż tropikali" Gewż tal-Brażil u ġewż "cashew" | 0801 |

Ġewż ieħor | 0802 |

Żebbuġ | 071120 |

Qmugħ u żerriegħa (li jinkludu żerriegħa tas-sojja nkluża) | 1201 sa 1207 |

Kafe, mhux inkaljat | 0901110009011200 |

Te | 0902 |

Żerriegħa tal-kawkaw, sħaħ jew mkissra, nejja jew inkaljati | 1801 |

Zokkor mhux maħdum | 170111170112 |

Lastiku, f'forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi | 40014002 |

Suf | 5101 |

Kimika bil-massa | Kapitli 28 u 29 |

Żjut minerali (li jinkludu propanu w butanu; li jinkludu wkoll żejt tal-petrolju krud) | 27092710271112271113 |

Fidda | 7106 |

Platinu (palladju,rhodju) | 711011007110210071103100 |

Patata | 0701 |

Żjut veġetali u xaħam u l-frazzjonijiet tagħhom, sewwa jekk raffinati u sewwa jekk le, imma mhux kimikament immodifikati | 1507 sa 1515 |

"

--------------------------------------------------

Top