EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995F1127(01)

Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni msejsa fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il-Konvenzjoni tal-Europol) (95/K 316/01)

OJ C 316, 27.11.1995, p. 1–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 001 P. 7 - 7
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 012 P. 3 - 3
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 012 P. 3 - 3
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 013 P. 116 - 116

In force

31995F1127(01)



Official Journal C 316 , 27/11/1995 P. 0001 - 0001


Att tal-Kunsill

tà-26 ta' Lulju 1995

li jfassal il-Konvenzjoni msejsa fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il-Konvenzjoni tal-Europol)

(95/K 316/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) u l-Artikolu K.1 (9) tiegħu,

Billi bil-għan li jinkisbu l-għanijiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija bħala materja ta' interess komuni;

IDDEĊIEDA dwar it-tfassil tal-Konvenzjoni, li t-test tagħha huwa anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni;

JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. Belloch Julbe

--------------------------------------------------

Top