Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0320

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol

OJ L 188, 9.8.1995, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 001 P. 336 - 337
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 001 P. 162 - 163
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 001 P. 162 - 163
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 018 P. 3 - 4

No longer in force, Date of end of validity: 04/03/2014; Imħassar b' 32014D0113

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/320/oj

31995D0320

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol

Official Journal L 188 , 09/08/1995 P. 0014 - 0015
CS.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
ET.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
HU.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
LT.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
LV.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
MT.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
PL.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
SK.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336
SL.ES Chapter 01 Volume 01 P. 336


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Lulju 1995

li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta' l-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol

(95/320/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi regoli komuni li jirrigwardjaw s-sigurtà, l-iġjene, u s-saħħa fuq il-lant tax-xogħol iridu joffru protezzjoni adekwata tas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol fil-Komunità;

Billi l-elaborazzjoni u l-emenda tar-regoli komuni li jikkonċernaw is-sigurtà, is-saħħa u l-iġjene fuq il-lant tax-xogħol jirrikjedu evalwazzjoni xjentifika tar-riskju fuq il-lant tax-xoghħol u tal-miżuri li hemm bżonn li jiġu implimentati biex jipproteġu kontra dawn ir-riskji;

Billi evalwazzjoni ta' din it-tip tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta' nies xjentifiċi kkwalifikati fl-oqsma kollha relatati mas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-lant tax-xogħol;

Billi fl-okkażjoni ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 88/642/KEE [1], li emendat id-Direttiva 80/1107/KEE [2] dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji assoċjati ma' l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi, fiżiċi u l-aġenti bijoloġiċi fuq il-lant tax-xogħol, il-Kunsill ordna lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kumitat xjentifiku responsabbli mill-evalwazzjoni tat-tagħrif xjentifiku meħtieġ biex jistabbilixxi l-valuri;

Billi l-Kummissjoni laqgħet it-talba tal-Kunsill u mill-1990 ikkonsultat informalment grupp espert xjentifiku dwar il-limiti ta' espożizzjoni fuq il-lant tax-xogħol;

Billi fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-programm li jirrigwarda is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-lant tax-xogħol il-Kummissjoni inkludiet fost l-oġġettivi għal ħames snin li ġejjin l-iżvilupp ta' miżuri ta' prevenzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' sustanzi kimiċi;

Billi huwa importanti li l-Kummissjoni tikseb opinjonijiet xjentifiċi imparzjali ta' persuni kwalifikati ħalli kontinwament iwettqu din l-eżaminazzjoni;

Billi għal dan l-għan, il-kumitat xjentifiku ta' natura konsultattiva għandu jkun f'kuntatt mal-Kummissjoni,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għandu jkun f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Kumitat Xjentifiku (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") biex jeżamina l-effetti tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol.

Artikolu 2

1. Id-dmir tal-Kumitat għandu jkun li jipprovdi lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet ta' kif din ta' l-aħħar titlobhom dwar kwalunkwé kwistjoni relatata ma' l-eżaminazzjoni tossikoloġika tal-kimiċi għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema.

Il-Kumitat għandu primarjament jagħti parir dwar l-istabbiliment ta' Limiti ta' Espożizzjoni fuq il-Lant tax-xogħol (OELijiet) ibbażat fuq tagħrif xjentifiku u meta xieraq jipproponi il-valuri li jistgħu jinkludu:

- il-medja peżata ta' tmien siegħat xogħol (TWA),

- limiti ta' żmien qasir/limiti ta' l-eskurzjoni (STEL),

- il-limiti tal-valuri bijoloġiċi.

L-OEL jistgħu jkunu ssupplimentati kif xieraq, b'notazzjonijiet oħrajn.

Il-Kumitat għandu jagħti parir dwar l-inġestjoni tas-sustanza f'dan il-każ permezz ta' mogħdijiet oħra (bħal ma huma l-ġilda u/jew il-membrani mukożi) li x'aktarx li jseħħu.

2. Kwalunkwe rakkomandazzjoni għandha tkun msaħħa u spjegata b'informazzjoni dwar it-tagħrif bażiku, deskrizzjoni ta' l-effetti kritiċi, it-tekniċi ta' l-estrapolazzjoni użati, u kwalunkwe riskji għal saħħet il-bniedem. Il-prattiċità tal-monitoraġġ dwar l-espożizzjoni ta'xi limitu tal-valur(i) propost(i) għandu wkoll ikun innutat.

3. Il-Kumitat għandu jżomm taħt għajnejħ il-fatturi xjentifiċi kollha li huma relatati mal-istabbiliment ta' OEL u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jgħin lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet.

4. Il-Kumitat jista' jwettaq azzjonijiet oħrajn relatati mal-evalwazzjoni tossikoloġika ta' sustanzi kimiċi kif jista jkun mitlub mill-Kummissjoni

Artikolu 3

1. Il-Kumitat għandu jkun iffurmat minn mhux iktar minn 21 membru magħżula mill-Istati Membri kollha u li jirriflettu l-medda sħiħa ta' l-għarfien ta' l-esperjenza li huwa meħtieġ biex iwettaq il-mandat fl-Artikolu 2, inkluż partikolarment, il-kimika, it-tossikoloġija, l-epidemoloġija, il-mediċina fuq il-lant tax-xogħol u l-iġjene industrijali, u b'mod ġenerali l-kompetenza għall-istabbiliment ta' OELijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kumitat, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri rispettivi, wara li tkun ikkunsidrat il-ħtieġa li tassigura li diversi oqsma speċifici jkunu koperti.

3. Il-Kumitat għandu jaħtar minn fost il-membri il-President u żewġ vici-Presidenti għal perjodu ta' tliet snin. L-elezzjoniet għandhom ikunu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti.

4. Iż-żmien tal-kariga għall-membri tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Il-ħatriet tagħhom jistgħu jiġu mġedda. Wara li jeskadi ż-żmien ta' tliet snin, il-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu mibdula jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda.

Fil-każ ta' riżenja jew tal-mewt ta' xi membru tal-Kumitat matul il-perjodu tal-ħatra, il-Kummissjoni għandha taħtar membru ġdid tal-Kumitat kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Il-lista ta' membri għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni, għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

1. Il-Kumitat jista jaħtar gruppi ta' ħidma minn fost il-membri tiegħu, bi qbil mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2. Il-mandat tal-gruppi ta' ħidma għandu jkun li jirrapporta lill-Kumitat dwar is-suġġetti mgħoddija lilhom minnu.

Artikolu 6

1. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom isiru, ġeneralment, erba' darbiet fis-sena.

2. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jistiednu persuni li għandhom tagħrif ta' l-esperjenza fis-suġġett li jkun studjat biex jipparteċipaw fil-laqgħat.

3. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jaġixxu bħala s-segretarjat tal-Kumitat u tal-gruppi ta' ħidma.

4. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat u tal-gruppi ta' ħidma.

Artikolu 7

Il-Kumitat u l-gruppi ta' ħidma tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni meta jkunu msejjħa minn dawn ta' l-aħħar. B'dankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u kull meta jkun meħtieġ fid-dawl ta' ħtiġiet tekonoloġiċi, laqgħat jistgħu jinżammu f'postijiet oħrajn apparti milli fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni meta jkunu msejjħa minn din ta' l-aħħar.

Artikolu 8

1. Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom jirrelataw mat-talbiet għal opinjoni magħmula mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, meta jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat, jistgħu jistabbilixxu terminu ta' żmien li fih l-opinjoni għandha tingħata.

2. Il-Kumitat għandu jagħmel l-isforżi tiegħu kollha biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq bażi ta' qbil b'konsensus. Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ma' għandhomx ikunu segwiti b'votazzjoni.

3. Meta l-opinjoni mitluba hija suġġett ta' qbil unanimu bejn il-membri tal-Kumitat, dawn ta' l-aħħar għandhom jistabbilixxu il-konkluzjonijiet komuni tagħhom. F'każ ta' nuqqas ta' qbil unanimu, il-pożizzjonijiet varji li ttieħdu matul id-deliberazzjonijiet għandhom jiġu mdaħħla fir-rapport imfassal taħt is-superviżjoni tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika l-opinjonijiet tal-Kumitat.

Artikolu 9

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 214 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat huma taħt l-obbligu li ma jagħtux informazzjoni li jistgħu jsiru jafu biha minħabba x-xogħol tagħhom fil-Kumitat meta l-Kummissjoni tinformahom li l-opinjonijiet mitluba jikkonċernaw materja ta' natura konfidenzjali.

F'każi bħal dawn, il-membri tal-Kumitat u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni biss għandhom ikunu preżenti għal-laqgħa.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Pádraig Flynn

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 356, ta' l-24.12.1988, p. 74.

[2] ĠU L 327, tat-3.12.1980, p. 8.

--------------------------------------------------

Top