EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0308

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1995 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali ta' l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali

OJ L 186, 5.8.1995, p. 44–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 023 P. 85 - 101
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 012 P. 38 - 39
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 012 P. 38 - 39
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 016 P. 95 - 96

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/308/oj

31995D0308



Official Journal L 186 , 05/08/1995 P. 0042 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Lulju 1995

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali ta' l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali

(95/308/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s tiegħu (1) f'għaqda ma' l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 u l-ewwel sub-paragrafu ta ' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kummissjoni ħadet parti, f'isem il-Komunità, fn-negozjati fi grupp tax-xogħol ad hoc dwar it-tħejjija ta' Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-kanali ta' l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali;

Billi l-Konvenzjoni kienet iffirmata f’isem il-Komunità f'Ħelsinki fit-18 ta' Marzu 1992;

Billi l-għan ewlieni tal-Konvenzjoni huwa li jiġi stabbilit qafas għall-koperazzjoni bilaterali jew multi-laterali sabiex jipprevjieni u jikkontrolla l-inkwinament tal-kanali ta' l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u sabiex jiżgura l-użu razzjonli tar-riżorsi ta' l-ilma fil-pajjiżi membri tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa;

Billi l-Komunità adottat miżuri fil-kamp kopert mill-Konvenzjoni; billi hija r-reponsabbiltà tal-Kummissjoni li tidħol għal impenji internazzjonali f'dawn il-materji;

Billli l-politika Komunitarja dwar l-ambjent tikkontribwixxi għas-segwiment tal-għanijiet tal-priservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali bil-ħsieb ta' l-iżvilupp sostenibbli;

Billi, b'mod ġenerali, il-politika Komunitarja dwar l-ambjent timmira li ssaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali sabiex tikseb livell għoli tal-protezzjoni; billi hija msejsa fuq il-prinċipju prekawzjonarju u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, illi bħala prijorità għandha tiġi rrettifikata l-ħsara lill-ambjent mis-sors u li min iniġġeż għandu jħallas;

Billi ġewwa l-isferi rispettivi tagħhom tal-kompetenza, il-Komunità u l-Istati Membri jikkoperaw ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u tal-pajjiżi tagħhom;

Billi l-konklużjoni tal-Konvenzjoni mill-Komunità trid tgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet iddikjarati fl-Artikolu 130r tat-Trattat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità Ewropea l-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali ta' l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u ta' l-għadajjar internazzjonali.

It-test ta' din il-Konvenzjoni huwa mehmuż fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiġi awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna jew il-persuni mogħtija l-poter li jiddepożitaw l-istrument ta' l-approvazzjoni għand is-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti skond l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni.

Il-persuna jew il-persuni għandhom fl-istess waqt jiddepożitaw id-dikjrazzjoni tal-kompetenza mehmuża fl-Anness II.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes Mira

[1] ĠU C 212, tal-5.8.1993, p. 60.

[2] ĠU C 128, tad-9.5.1994.

[3] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Konvenzjoni

fuq il-protezzjoni u l-użu ta' passaġġi ta' l-ilma transkonfinali u agħdajjar internazzjonali magħmula f'Helsinki, fis-17 ta' Marzu 1992

Nazzjonijet Uniti 1992

Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta' passaġġi ta' l-ilma transkonfinali u agħdajjar internazzjonali magħmula f'Helsinki

PREAMBOLU

IL-PARTIJIET TA' DIN IL-KONVENZJONI,

MĦASSBIN fuq il-fatt li l-protezzjoni u l-użu tal-passaġġi ta' l-ilma transkonfinali u agħdajjar internazzjonali huma kompiti mportanti w urgenti, li t-twettiq effettiv tiegħu jista' biss jiġi żgurat b'koperazzjoni msaħħa,

INKWETATI fuq l-eżistenza u t-theddida ta' effetti kollaterali, issa u fil-futur, ta' bidla fil-kondizzjonijiet tal-passaġġi ta' l-ilma transkonfinali u agħdajjar internazzjonali fuq l-ambjent, ekonomija u s-saħħa tal-pajjiżi membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (KEE),

EMFASIZZAW il-bżonn ta' miżuri msaħħa nazzjonali u internazzjonali biex ma jitħallewx, jiġu kkontrollati jew imnaqqsa s-sustanzi perikolużi li jiġu mormija fl-ambjent akwatiku u biex jiġu evitati l-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni, kif ukoll it-tingis ta' l-ambjent tal-bahar, b'mod speċjali mal-kosta, minn egħjun mill-art,

JIRRAKKOMANDAW li l-isforzi diġa magħmula mill-gvernijiet tal-KEE biex tissaħħaħ il-koperazzjoni, fuq livell bilaterali u multilaterali, għall-prevenzjoni, kontroll u tnaqqis tat-tniġġis tat-transkonfini, amministrazzjoni sostenibbli ta' l-ilma, konservazzjoni ta' riżorsi t'ilma u protezzjoni ta' l-ambjent,

JIFTAKRU d-disposizzjonijiet u l-prinċipji pertinenti tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Stokkolma fuq l-ambjent uman, l-Att finali tal-Konferenza fuq is-sigurta' u l-koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-Dokumenti ta' Konklużjoni tal-laqgħat f'Madrid u Vjenna tar-rapprezentanti ta' l-Istati parteċipanti tal-CSCE, u l-istrateġija reġjonali għall-protezzjoni ta' l-ambjent u l-użu razzjonali ta' riżorsi naturali fil-pajjiżi membri tal-KEE li jkopru l-perjodu sas-sena 2000 u ‘l quddiem,

KONXJI mir-rwol tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tippromwovi koperazzjoni internazzjonali għal prevenzjoni, kontroll u tnaqqis tat-tniġġis ta' l-ilma transkonfinali u l-użu sostenibbli ta' l-ilma transkonfinali, u f'dan ir-rigward titfakkar id-Dikjarazzjoni tal-KEE fuq il-politika dwar l-użu razzjonali ta' l-ilma u l-kontroll tat-tniġġis ta' l-ilma, inkluż it-tniġġis transkonfinali; id-Dikjarazzjoni tal-KEE fuq il-politika ta' l-użu razzjonali ta' l-ilma; il-prinċipji tal-KEE rigward il-Koperazzjoni fil-Qasam tal-Ilmijiet Transkonfinali; il-Karta tal-KEE dwar l-amministrazzjoni ta' l-ilma tal-blat (groundwater); u l-Kodiċi tal-kondotta fuq it-tniġġis aċċidentali ta' l-ilma transkonfinali fuq l-art,

JIRREFERU għad-deċiżjonijiet I (42) u I (44) addottati mill Kummissjoni Ekonomika għal-Ewropa fit-42 u l-44 sessjoni tagħha, rispettivament, u l-frott tal-laqgħa tal-CSCE fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent (Sofija, il-Bulgarija, mis-16 t'Ottubru sat-3 ta' Novembru 1989),

JEMFASIZZAW li l-koperazzjoni bejn l-istati membri fir-rigward tal-protezzjoni u l-użu ta' l-ilma transkonfinali għandha tiġi mplimentata primarjament permezz ta' l-elaborazzjoni tal-ftehim bejn il-pajjiżi madwar l-stess ilma, speċjalment billi qatt ma kien għadu sar ftehim simili,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-Konvenzjoni:

1. "Ilma transkonfinali" jfisser kull forma ta' ilmijiet misjuba fuq l-art, li jimmarkaw, jaqsmu jew jinsabu fuq fruntieri bejn żewġ Stati jew aktar; kull fejn ilmijiet transkonfinali jispiċċaw fil-baħar, dawn l-ilmijiet huma meqjusa li jispiċċaw f'linja maqtugħa min-naħa għall-oħra tal-bokka tagħhom bejn żewġ punti fuq ix-xtut fejn il-livell ta' l-ilma jkun baxx;

2. "Impatt transkonfinali" jfisser kull effett ħażin u sinjifikanti fuq l-ambjent li jista' jirriżulta mill-kondizzjoni ta' ilmijiet transkonfinali, kkawżata minn xi attivita' umana li tinsab kompletament jew parzjalment fuq art taħt il-ġurisdizzjoni ta' Parti oħra. Dawn l-effetti fuq l-ambjent jinkludu effetti fuq is-saħħa umana u salvagward, il-flora, il-fawna, il-ħamrija, l-arja, l-ilma, il-klima, il-pajsaġġ u fuq monumenti storiċi jew strutturi fiżiċi oħra jew l-interazzjoni bejn dawn il-fatturi; jinkludu wkoll effetti fuq il-wirt kulturali jew kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi li jistgħu jinħolqu minn alterazzjonijiet f'dawn il-fatturi;

3. "Parti" tfisser, kemm-il darba it-test ma jindikax mod ieħor, Parti appalti għal din il-Konvenzjoni;

4. "Partijiet max-xatt" tfisser il-Partijiet li jmissu ma' l-istess ilmijiet transkonfinali;

5. "korp konġunt" tfisser kull kummissjoni bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti oħra kif meħtieġa bejn istituzzjonijiet għall-koperazzjoni bejn il-Partijiet max-xatt;

6. "Sustanzi riskjużi" tfisser sustanzi li huma tossiċi, jistgħu jqabbdu l-kanċer, mankamenti (kemm fil-kbar u anke fit-trabi waqt it-tqala) jew inkella li jinġemgħu, speċjalment meta dawn ikunu persistenti;

7. "l-aħjar teknoloġija disponibbli" (it-tifsira tinsab fl-ANNESS I ma' din il-Konvenzjoni).

PARTI I

DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PARTIJIET KOLLHA

Artikolu 2

Disposizzjonijiet ġenerali

1. Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jipprevenu, jikkontrollaw jew inaqqsu sabiex kwalunkwe impatt transkonfinali.

2. Il-Partijiet għandhom, b'mod partikolari, jieħdu kull miżura xierqa:

(a) biex jipprevenu, jikkontrollaw u jnaqqsu t-tniġġis ta' l-ilma li jikkawża jew jista' jikkawża impatt transkonfinali;

(b) biex jiżguraw li l-ilmijiet transkonfinali huma wżati bl-għan t'amministrazzjoni ta' l-ilma b'mod ekoloġiku u razzjonali, konservazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

(ċ) biex jiżguraw li l-ilmijiet transkonfinali huma wżati b'mod raġonevoli u rett,u jittieħed kont b'mod partikolari l-karattru transkonfinali, f'kaz t'attivitajiet li jikkawżaw, jew x'aktarx jikkawżaw impatt transkonfinali;

(d) biex jiżguraw konservazzjoni u, fejn hemm bżonn, restawr ta' l-ekosistema.

3. Miżuri għal prevenzjoni, kontroll u tnaqqis tat-tniġġis ta' l-ilma għandhom jittieħdu, fejn hu possibli, mill-egħjun.

4. Dawn il-miżuri mhumiex se jirriżultaw direttament jew indirettament fi trasferiment ta' tniġġis lil partijiet oħra ta' l-ambjent.

5. Waqt li jittieħdu l-miżuri msejħa fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Partit għandhom jiġu ggwidati bil-prinċipji li ġejjin:

(a) il-prinċipju prekawzjonali, li permezz tiegħu tista' tittieħed azzjoni sabiex jiġi evitat impatt transkonfinali potenzali ta' rimi ta' sustanzi perikoluzi m'għandux jiġi diferit fuq il-bażi li r-riċerka xjentifika għadha ma wrietx kompletament li hemm rabta bejn dawn is-sustanzi minn banda waħda u l-impatt transkonfinali potenzali, mill-banda l-oħra;

(b) il-prinċipju li min iniġġes iħallas, fejn l-ispejjeż tal-miżuri ta' prevenzjoni, kontroll u tnaqqis ta' tniġġis għandhom jitħallsu minn min iniġġes;

(ċ) ir-riżorsi ta' l-ilma għandhom jiġu amministrati b'mod li l-bżonnijiet tal-ġenerazzjoni presenti jkunu milħuqa mingħajr ma jikkompromettu l-kapaċita' tal-ġenerazzjonijiet futuri li jilħqu l-ħtiġijiet proprja tagħhom.

6. Il-propretarji ta' l-art fuq ix-xtut għandhom jikkoperaw fuq il-bażi t'ugwaljanza u reċiproċita, b'mod partikolari permezz tal-ftehim bilaterali u multilaterali, sabiex tiġi żviluppata politika armonizzata, programmi u strateġiji li jkopru, jew partijiet minnhom, bil-għan ta' prevenzjoni, kontroll u tnaqqis ta' l-impatt transkonfinali u bil-għan li jiġi protett l-ambjent ta' l-ilmijiet transkonfinali, inkluż l-ambjent marittimu.

7. L-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni m'għandiex twassal għad-detriment tal-kondizzjonijiet ta' l-ambjent jew twassal għal żieda fl-impatt transkonfinali.

8. Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandiex taffetwa id-dritt tal-partijiet individwali jew konġunti biex jaddottaw jew jimplimentaw miżuri li iktar jorbtu minn dawk diġa' mniżżla f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Prevenzjoni, kontroll u tnaqqis

1. Biex jipprevenu, jikkontrollaw u jnaqqsu l-impatt transkonfinali, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw, jaddottaw, jimplimentaw u, kemm jista' jkun, jagħmlu kompatibbli miżuri relevanti legali, amministrattivi, ekonomiċi, finanzjarji u tekniċi, sabiex jiżguraw, inter alia, li:

(a) l-emissjoni ta' kontaminanti jiġi pprevenut, kontrollat u mnaqqas mill-egħjun permezz ta' l-applikazzjoni ta', inter alia, teknoloġija li ma tipproduċix skart jew li tipproduċi ftit.

(b) l-ilmijiet transkonfinali huma protetti minn tniġġis mill-egħjun permezz tal-liċenzar minn qabel ta' rimi ta' ilma tad-drenaġġ minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li l-iskart awtorizzat jiġi ċċekjat u kontrollat;

(ċ) limitu għar-rimi t'ilma tad-drenaġġ kif imniżżel fil-permessi huwa bbażat fuq l-aħjar teknologija disponibbli dwar ir-rimi ta' sustanzi perikoluzi;

(d) regolamenti iktar stretti, anke jwasslu għal projbizzjoni ta' każi individwali, huma mposti meta l-kwalità' ta' l-ilma riċevitur jew l-ekosistema hekk għandha bżonn;

(e) ta' l-anqas trattament bijologiku jew proċessi ekwivalenti huma applikati għall-ilma tad-drenaġġ muniċipali, billi fejn neċessarju jittieħed approċċ pass pass;

(f) miżuri xierqa jiġu mittieħda, bħal applikazzjoni ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli, sabiex jitnaqqas l-influss nutrittiv mill-industrija w egħjun muniċipali;

(g) miżuri xierqa u l-aqwa prattiċi ambjentali huma żviluppati w implimentati għat-tnaqqis t'influss ta' nutrijenti u sustanzi perikolużi minn egħjun diffusi, speċjalment billi l-ikbar sors hu mill-agrikoltura (linji gwida biex jiġu żviluppati l-aħjar prattiċi ambjentali huma mniżżla fl-ANNESS II ta' din il-Konvenzjoni);

(h) stima ta' l-impatt ambjentali u mezzi oħra ta' stima huma applikati;

(i) amministrazzjoni ta' riżorsi ta' l-ilma sostenibbli, inkluż l-applikazzjoni t'approċċ ta' l-ekosistema, huwa promoss:

(j) pjan ta' kontinġenza huwa żviluppat;

(k) miżuri speċifiċi addizzjonali jittieħdu biex jiġi evitat tniġġis ta' l-ilma tal-blat;

(l) ir-riskju ta' tniġġis aċċidentali jiġi mminimizzat.

2. Għal dan il-ghan, kull Parti għandha tistabilixxi limitu ta' emissjoni ta' effluwenti minn egħjun f'punt għal ġo l-ilma tal-wiċċ ibbażat fuq l-aħjar teknologija disponibbli, li japplika speċifikament għal setturi individwali jew l-industrija minn fejn ikunu ġejjin is-sustanzi perikolużi. Il-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sabiex jiġi evitat, kkontrollat u mnaqqas l-influss ta' sustanzi perikoluzi minn egħjun individwali jew mifruxa ġo l-ilma, jista', inter alia, jinkludi l-projbizzjoni totali jew parzjali tal-produzzjoni jew użu ta' dawn is-sustanzi. Listi eżistenti ta' setturi industrijali jew industriji bħal dawn u ta' sustanzi perikoluzi simili f'konvenzjonijiet jew regolamenti internazzonali, li japplikaw fil-qasam imsemmi f'din il-Konvenzjoni, għandu jittiehed kont tagħhom.

3. Ukoll, kull Parti għandha tfisser, meta approprjat, l-għanijiet tal-kwalità ta' l-ilma u taddotta l-kriterji tal-kwalità ta' l-ilma sabiex wieħed jippreveni, jikkontrolla u jnaqqas l-impatt transkonfinali. Gwida ġenerali biex jiġu żviluppati dawn l-għanijiet u kriterji tinsab fl-Anness III ta' din il-Konvenzjoni. Meta jkun hemm bżonn, il-Partijiet għandhom jippruvaw jaġġornaw dan l-Anness.

Artikolu 4

Monitoraġġ

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu programmi għall-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet ta' l-ilmijiet transkonfinali.

Artikolu 5

Riċerka u żvilupp

Il-Partijiet għandhom jikoperaw fit-tmexxija tar-riċerka fuq u żvilupp ta' metodi tekniċi effettivi biex wieħed jippreveni, jikkontrolla u jnaqqas l-impatt transkonfinali. Minħabba f'hekk, il-Partijiet għandhom, fuq bażi bilaterali u multilaterali, jieħu kont tar-riċerka li għaddejja f'konferenzi internazzjonali, sabiex jippruvaw jibdew jew isaħħu programmi ta' riċerka speċifiċi, fejn hemm bżonn, immirati, inter alia, lejn:

(a) metodi biex jiġi stmat l-ammont tossiku ta' sustanzi perikolużi u l-ammont ta' dannu minn affarijiet li jniġġsu;

(b) għarfien aħjar fuq l-eżistenza, id-distribuzzjoni u l-effett ambjentali ta' kontaminanti u l-proċessi nvoluti;

(ċ) l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, mudelli ta' produzzjoni u konsum;

(d) it-tnaqqis bil-mod u/jew sostituzzjoni ta' sustanzi li x'aktarx għandhom impatt transkonfinali;

(e) metodi għar-rimi ta' sustanzi perikolużi li ma jagħmlux ħsara l-ambjent;

(f) metodi speċjali biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' l-ilmijiet transkonfinali;

(g) l-iżvilupp ta' xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-ilma u tekniċi li jirregolaw l-ilma b'mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent;

(h) l-istima fiżika u finanzjarja ta' danni b'riżultat ta' impatt transkonfinali.

Ir-riżultati ta' dawn il-programmi ta' riċerka għandhom jiġu mpartta fost il-Partijiet kif imsemmi fl-Artikolu 6 ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 6

Skambju ta' informazzjoni

Il-Partit għandhom jippruvaw jilħqu l-ikbar skambju t'informazzjoni, mill-iktar kmieni possibli, fuq kwistjonijiet koperti mid-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 7

Responsabbilita' u obbligi

Il-Partiti għandhom jappoġġaw l-isforzi internazzjonali xierqa sabiex jiġu elaborati regoli, kriterji u proċeduri fl-oqsma tar-responsabbilita' u obbligi.

Artikolu 8

Protezzjoni ta' informazzjoni

Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni mhux ser taffetwa d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-Partijiet bi qbil mas-sistemi legali nazzjonali tagħhom u regolamenti supranazzjonali applikabbli biex jipproteġu informazzjoni relatata mas-sigriet industrijali u kummercjali, inkluż il-proprjetà intellettwali, u s-sigurta nazzjonali.

PARTI II

DISPOSIZZJONIJIET RELATATI MAL-PARTIJIET LI QEGĦDIN MAX-XATT

Artikolu 9

Koperazzjoni bilaterali u multilaterali

1. Il-Partijiet li qegħdin max-xatt għandhom, fuq il-bażi ta' ugwaljanza u reċiproċita', jagħmlu ftehim bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti oħra, fejn dawn għadhom ma jeżistux, jew jaddattaw dawk eżistenti, fejn hu neċessarju biex jeliminaw kontradizzjonijiet għall-prinċipji bażiċi ta' din il-Konvenzjoni, sabiex jiddefinixxu r-relazzjonijiet reċiproċi u l-kondotta tagħhom rigward il-prevenzjoni, kontroll u tnaqqis ta' l-impatt transkonfinali. Il-Partijiet li qegħdin max-xatt għandhom jispeċifikaw in-naħa li taqdi dik l-arja, jew parti(jiet) minnha, suġġetta għall-koperazzjoni. Dan il-ftehim jew arranġament għandu jinkludi kwistjonijiet relevanti msemmija f'din il-Konvenzjoni, kif ukoll kwistjonijiet li dwarhom il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt jħossu l-bżonn li jikkoperaw.

2. Il-ftehim jew arrangament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ser jistabbilixxi l-korpi konġunti. Il-kompiti ta' dawn il-korpi konġunti għandhom ikunu, inter alia, u mingħajr preġudizzju għal ftehim u arrangamenti eżistenti, dawn li ġejjin:

(a) li jiġbru, jikkompilaw u jevalwaw informazzjoni sabiex jidentifikaw egħjun ta' tniġġis li x'aktarx jikkawżaw impatt transkonfinali;

(b) jelaboraw programmi konġunti ta' monitoraġġ li jikkonċernaw il-kwalità' w l-kwantita' t'ilma;

(ċ) li jagħmlu inventarji u skambju t'informazzjoni fuq l-egħjun ta' tniġġis imsemmija fil-paragrafu 2 (a) ta' dan l-Artikolu;

(d) jelaboraw limiti t'emissjoni għall-ilma ta'drenaġġ u jevalwaw l-effettivita' ta' programmi ta' kontroll;

(e) jelaboraw għanijiet u kriterji konġunti għall-kwalità' ta' l-ilma wara li jikkunsidraw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(3) ta' din il-Konvenzjoni, u li jipproponu miżuri relevanti għall-manteniment, u fejn neċessarju, titjib fil-kwalità' esistenti ta' l-ilma;

(f) li jiżviluppaw programmi t'azzjoni konkreti għat-tnaqqis ta' l-ammont ta' tniġġis kemm minn egħjun individwali (eż. Egħjun muniċipali w industrijali) u egħjun mifruxa (partikolarment mill-agrikoltura);

(g) li jistabbilixxu proċeduri ta' twissija u allarm;

(h) li jservu bħala forum għal skambju t'informazzjoni għall-użu esistenti u ppjanat ta' l-ilma u installazzjonijiet ippjanati li x'aktarx jikkawżaw impatt transkonfinali;

(i) li jippromwovu koperazzjoni u skambju t'informazzjoni fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 ta' din il-Konvenzjoni, kif ukoll jinkoraġġixxu koperazzjoni fi programmi ta' riċerka xjentifika;

(j) li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta' stima ta' l-impatt ambjentali fuq ilma transkonfinali, skond regolamenti internazzjonali xierqa.

3. Fil-każijiet fejn Stat mal-kosta, li hu Parti minn din il-Konvenzjoni, huwa direttament jew b'mod sinjifikanti affetwat minn impatt transkonfinali, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt jistgħu, jekk kollha hekk jaqblu, jistiednu lil dak l-Istat kostali biex jiġi nvolut b'mod xieraq fl-attivitajiet multilaterali tal-korpi konġunti stabbiliti mill-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt ta' dan l-ilma transkonfinali.

4. Korpi konġunti skond din il-Konvenzjoni għandhom jistiednu korpi konġunti, stabbiliti minn Stati kostali għall-protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar direttament affetwat mill-impatt transkonfinali, biex jikkoperaw sabiex jarmonizzaw xogħolhom u jiġi evitat, kontrollat u mnaqqas l-impatt transkonfinali.

5. Fejn jesistu tnejn jew iktar korpi konġunti li jaqdu l-istess arja, dawn għandhom jippruvaw jikordinaw l-attivitajiet tagħhom sabiex isaħħu l-prevenzjoni, kontroll u tnaqqis ta' l-impatt transkonfinali f'din l-arja li jaqdu.

Artikolu 10

Konsultazzjonijiet

Konsultazzjonijiet għandhom isiru bejn il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt fuq il-bażi ta' reċiproċita', fiduċja u ħbiberija, għat-talba ta' kwalunkwe Parti. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jimmiraw għal koperazzjoni rigward il-kwistjonijiet imsemmija fid-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Kwalunkwe konsultazzjoni għandha titmexxa permezz ta' korp konġunt stabbilit skond l-Artikolu 9 ta' din il-Konvenzjoni, fejn jeżisti wieħed.

Artikolu 11

Monitoraġġ u stimar konġunt

1. Fl-istruttura ta' koperazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 9 ta' din il-Konvenzjoni, jew arranġament speċifiku, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw programmi konġunti għall-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet ta' l-ilma transkonfinali, inkluż għargħar u ċaqliq tas-silġ mal-kurrent, kif ukoll l-impatt transkonfinali.

2. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jiftiehmu fuq parametri ta' tniġġis u kontaminanti li r-rimi u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ċċekkjati regolarment fl-ilma transkonfinali.

3. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom, f'intervalli regolari, jagħmlu stimi konġunti jew kordinati fuq il-kondizzjonijiet ta' l-ilma transkonfinali u l-effettivita' tal-miżuri meħuda għall-prevenzjoni, kontroll u tnaqqis ta' l-impatt transkonfinali. Ir-riżultati ta' dawn l-istimi għandhom ikunu għad-disposizzjoni tal-pubbliku bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 ta' din il-Konvenzjoni.

4. Għal dawn il-għanijiet, il-Partijiet ta' fuq ix-xatt għandhom jarmonizzaw ir-regoli sabiex jiġu mwaqqfa u mħaddma l-programmi għall-monitoraġġ, sistemi ta' kejl, għodda, tekniċi analitiċi, ipproċessar ta' data u proċeduri t'evalwazzjoni, u metodi għar-reġistrazzjoni ta' kontaminati mormija.

Artikolu 12

Riċerka u żvilupp komuni

Fl-istruttura ta' koperazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 9 ta' din il-Konvenzjoni, jew arranġamenti speċifiċi, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jagħmlu riċerka speċifika u attivitajiet ta' żvilupp li jsostnu l-għanijiet u l-kriterji li jilħqu u jmantnu l-kwalità' ta' l-ilma li huma ftiehmu li jagħmlu u jaddottaw.

Artikolu 13

Skambju ta' informazzjoni bejn il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt

1. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom, fl-istruttura ta' ftehim relevanti jew arranġamenti oħra skond l-Artikolu 9 ta' din il-Konvenzjoni, jagħmlu skambju ta' data raġonevolment disponibbli, inter alia, fuq:

(a) kondizzjonijiet ambjentali ta' l-ilma transkonfinali

(b) esperjenza ggwadanjata fl-applikazzjoni u tħaddim ta' l–aħjar teknologija disponibbli u riżultati ta' riċerka u żvilupp:

(ċ) data ta' emissjoni u monitoraġġ;

(d) miżuri meħuda u ppjanati li jittieħdu biex jiġi evitat, ikkontrollat u mnaqqas l-impatt transkonfinali;

(e) permessi jew regolamenti għad-drenaġġ, maħruġa mill-awtorita kompetenti lokali jew korp addattat.

2. Sabiex jarmonizzaw il-limiti t'emissjoni, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jieħdu sehem fi skambju t'informazzjoni fuq ir-regolamenti nazzjonali tagħhom.

3. Jekk il-Parti li qiegħda fuq ix-xatt tiġi mitluba minn Parti oħra li qiegħda fuq ix-xatt biex tipprovdi data jew informazzjoni li mhix disponibbli, din ta' l-ewwel għandha tipprova tirrispetta t-talba imma tista' tikkundixxjona li twieġeb għat-talba meta tiġi mħallsa, mill-Parti li tkun qed tagħmel it-talba, ta' spejjeż ragonevoli li jkopru l-ġbir u, meta approprjat, ipproċessar ta' din id-data jew informazzjoni.

4. Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jiffaċilitaw l-iskambju ta' l-aħjar teknologija disponibbli, partikolarment permezz tal-promozzjoni ta': skambju kummercjali ta' teknologija disponibbli, kuntatti industrijali diretti u koperazzjoni, inkluż impriżi konġunti; l-iskambju t'informazzjoni w esperjenza; u l-proveddiment t'għajnuna teknika. Il-Partiiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom ukoll jieħdu sehem fi programmi konġunti ta' taħriġ u l-organizzazzjoni ta' konferenzi u laqgħat relevanti.

Artikolu 14

Sistemi ta' twissija u allarm

Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom minghajr telf ta' hin jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe sitwazzjoni kritika li jista' jkollha impatt transkonfinali. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom iwaqqfu, meta approprjat, u jħaddmu komunikazzjoni kordinata u konġunta, sistemi ta' twissija u alarm bil-għan li tinkiseb u tiġi trasmessa informazzjoni. Dawn is-sistemi għandhom joperaw fuq il-bażi ta' trasmissjoni ta' data kompatibbli u proċeduri ta' trattament u faċilitajiet li jkunu ftiehmu fuqhom il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt nominati għal dan il-għan.

Artikolu 15

Assistenza lil xulxin

1. Jekk sitwazzjoni kritika tinqala, il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin malli din tintalab, skond il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jelaboraw u jiftiehmu fuq proċeduri dwar assistenza lil xulxin fejn jindirizzaw, inter alia, il-kwistjonijiet li gejjin:

(a) id-direzzjoni, kordinazzjoni u sorveljanza ta' l-assistenza;

(b) faċilitajiet lokali u servizzi li għandhom jingħataw mill-Parti li qed titlob l-għajnuna, inkluż, fejn neċessarju, il-faċilitazzjoni tal-formalitajiet tal-punti fejn tinqasam il-fruntiera;

(ċ) arranġamenti biex tipproteġi, tassigura u/jew tiġi kkompensata, il-Parti li qed tassisti u/jew il-persunal tagħha, kif ukoll it-transitu minn territorju ta' Partijiet terzi, fejn hu neċessarju;

(d) metodi ta' ħlas lura għas-servizzi ta'għajnuna.

Artikolu 16

Informazzjoni pubblika

1. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jiżguraw li informazzjoni fuq il-kondizzjonijiet ta' l-ilma transkonfinali, miżuri meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex jiġi evitat, ikkontrollat u mnaqqas l-impatt transkonfinali, u l-effettivita' ta' dawn il-miżuri, tkun għad-disposizzjoni tal-pubbliku. Għal dan il-ghan, il-Partijiet li qegħdin duq ix-xatt għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun għad-disposizzjoni tal-pubbliku:

(a) għanijiet għall-kwalità ta' l-ilma;

(b) permessi maħruġa u l-kondizzjonijiet meħtieġa li jintlaħqu;

(ċ) riżultati tal-kampjuni ta' l-ilma u l-effluwenti li saru bil-għan ta' monitoraġġ u stimar, kif ukoll riżultati t'iċċekjar jekk jaqblux mal-livelli gwida tal-kwalità' ta' l-ilma jew il-kondizzjonijiet tal-permess.

2. Il-Partijiet li qegħdin fuq ix-xatt għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni qiegħda għad-disposizzjoni tal-pubbliku f'kull ħin raġonevoli għall-ispezzjoni mingħajr ħlas, u jipprovdu lill-membri tal-pubbliku b'faċilitajiet raġonevoli biex jinkisbu kopji ta' din l-informazzjoni mill-Partijiet li jinstabu fuq ix-xatt, fuq ħlas raġonevoli.

PARTI III

ISTITUZZJONIJIET U DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Laqgħa tal-partijiet

1. L-ewwel laqgħa tal-Partijiet għandha ssir mhux iktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni. Wara dan, laqgħat ordinarji għandhom isiru kull tliet snin, jew f'intervalli iqsar kif stabbilit fir-regolament tal-proċeduri. Il-Partijiet għandhom jagħmlu laqgha straordinarja jekk huma hekk jiddeċiedu fil-kors ta' laqgħa ordinarja jew għat-talba bil-miktub ta' kwalunkwe Parti, basta li, fi żmien sitt xhur minn meta jiġi kkomunikat lil Partijiet kollha, din it-talba tiġi appoġġjata minn ta' l-anqas terz mill-Partijiet.

2. Fil-laqgħat tagħhom, il-Partijiet għandhom jibqgħu jagħmlu reviżjoni kontinwa ta' l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, u waqt li jżommu dan il-għan f'moħħhom, għandhom:

(a) jagħmlu reviżjoni tal-policies għal u l-approċċ metodoloġiku għall-protezzjoni w użu ta' l-ilma transkonfinali tal-Partijet bil-għan li iktar itejbu l-protezzjoni w l-użu ta' l-ilma transkonfinali;

(b) skambju t'informazzjoni rigward l-esperjenza ggwadanjata fil-konklużjoni w implimentazzjoni ta' ftehim bilaterali u multilaterali jew arranġamenti oħra rigward il-protezzjoni u l-użu ta' l-ilma transkonfinali li tiegħu waħda jew iktar mill-Partijiet tagħmel parti;

(ċ) ifittex, meta approprjat, is-servizzi tal-korpi relevanti tal-KEE kif ukoll korpi komponenti internazzjonali oħra u kumitati speċifici f'kull aspett pertinenti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni;

(d) fl-ewwel laqgħa tagħhom, jikkunsidraw u b'konsensus jaddottaw regoli ta' proċeduri għal-laqgħat tagħhom;

(e) jikkunsidraw u jaddottaw proposti għall-emendar ta' din il-Konvenzjoni;

(f) jikkunsidraw u jieħdu kwalunkwe azzjoni żejda li jkun hemm bżonn biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 18

Dritt għall-vot

1. B'eċċezzjoni ta' kif imnizzel fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull Parti ta' din il-Konvenzjoni għandu jkollha vot wieħed.

2. Organizzazzjonijiet t'integrazzjoni ekonomika regjonali, fi kwistjonijiet ta' kompetenza tagħhom, għandhom jeserċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b'numru ta' voti ugwali għan-numru ta' l-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet ta' din il-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhomx jeserċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw jekk l-Istati Membri tagħhom jeserċitaw tagħhom, u viċe versa.

Artikolu 19

Is-Segretarjat:

Is-Segretarju eżekuttiv tal-kummisjoni Ewropea għall-Ewropa għandu jkollhom dawn il-funzjonijiet.

(a) l-organizzazzjoni u l-preparazzjoni ta' laqgħat bejn il-Partijiet;

(b) it-trasmissjoni ta' rapporti u informazzjoni oħra lill-Partijiet skond il-proviżjonijiet ta' din il-Konvenzjoni;

(ċ) Il-prestazzjoni ta' funzjonijiet oħra simili, kif jista' jiġi determinat mill-Partijiet.

Artikolu 20

Annessi

L-Annessi għal din il-Konvenzjoni ser jikkostitwixxu parti integrali mill-istess Konvenzjoni.

Artikolu 21

Emendi fil-Konvenzjoni

1. Kull Parti tista' tipproponi emendi f'din il-Konvenzjoni.

2. Proposti għal emendi f'din il-Konvenzjoni jiġu kkunsidrati waqt laqgħa bejn il-Partijiet.

3. It-test ta' kull emenda proposta għal din il-Konvenzjoni trid tingħata bil-miktub lis-Segretarju Esekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, li jikkomunikaha lill-Partijiet kollha, talanqas 90 jum qabel il-laqgħa fejn din l-emenda tiġi proposta għall-adozzjoni.

4. Emenda għall-Konvenzjoni preżenti tiġi addottata bil-kunsens tar-rappreżentanti tal-Partijiet f'din il-Konvenzjoni preżenti waqt il-laqgħa bejn il-Partijiet, u tidħol fis-seħħ għall-Partijiet fil-Konvenzjoni li jaċċettawha fid-90 jum wara d-data meta żewġ terzi ta' dawk il-Partijiet jiddepositaw l-istrumenti tagħhom t'aċċettazzjoni ta' l-emenda mad-Depositarju. L-emenda tidħol fis-seħħ għall-Partijiet l-oħra fid-90 jum wara d-data meta dik il-Parti tiddeposita l-istrument tagħha t'aċċettazzjoni ta' l-emenda.

Artikolu 22

Soluzzjoni ta' tilwim

1. Jekk tinqala' tilwima bejn żewġ Partijiet jew aktar dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, huma għandhom ifittxu soluzzjoni permezz ta' negozjati jew b'kull mezz ieħor ta' ftehim aċċettabbli għall-Partijiet involuti fit-tilwima.

2. Meta Parti tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew taċċedi għal din il-Konvenzjoni, jew f'kull ħin wara li dan isir, din tista' tiddikjara bil-miktub lid-Depożitarju li, f'każ ta' tilwima mhux solvuta skond paragrafu 1 ta' l-Artikolu preżenti, hi taċċetta wieħed minn jew iż-żewġ mezzi ta' soluzzjoni ta' tilwim imsemmija hawn taħt bħala obbligatorji f'dak li jinvolvi kull Parti li taċċetta l-istess obbligazzjoni.

(a) sottomissjoni tat-tilwima lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja;

(b) arbitraġġ skond il-proċedura kif spjegata f'L-Anness IV.

3. Jekk il-partijiet fit-tilwima jaċċettaw iż-żewg forom ta' soluzzjoni ta' tilwim imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tilwima tista' tiġi sottomessa lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biss, sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor.

Artikolu 23

Firma

Din il-Konvenzjoni ser tinfetaħ għall-firem ta' l-Istati Membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa kif ukoll Stati li għandhom stat konsultattiv mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa skond il-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Nru 36(IV) tat-28 ta' Marzu 1947, u mill-organizzazzjonijiet t'integrazzjoni ekonomika reġjonali kostitwiti minn Stati sovrani membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li lilha l-Istati Membri tagħha għaddew il-kompetenza dwar ħwejjeġ li jaqgħu taħt din il-Konvenzjoni, inkluża il-kompetenza li jidħlu fi Trattati dwar dawn il-materji. Dan ser isir f'Helsinki mis-17 sat-18 ta' Marzu 1992, dawn id-dati inklużi, u wara din id-data fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York sat-18 ta' Settembru 1992.

Artikolu 24

Depositarju

Is-Segretajru Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ser ikun id-Depositarju ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 25

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1. Din il-Konvenzjoni ser tkun suġġetta għar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Stati firmatarji u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali.

2. Din il-Konvenzjoni ser tkun miftuħa għall-adeżjoni ta' l-Istati u l-organizzazzjonijiet msejħa fl-Artikolu 23.

3. Kull organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 li ssir Parti f'din il-Konvenzjoni mingħajr l-ebda wieħed mill-Istati Membri tagħha ma jkunu Parti ser tintrabat bl-obligazzjonijiet kollha that din il-Konvenzjoni. Fil-każ li dawn l-organizzazzjonijiet li jkollhom wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħhom Parti f'din il-Konvenzjoni, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jiddeċiedu dwar ir-responsabbilitajiet rispettivi fil-qadi ta' l-obligazzjonijiet tagħhom taħt din il-Konvenzjoni. F'dawn il-każi, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri ma jkunux intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt din il-Konvenzjoni flimkien.

4. Fl-istrumenti tagħhom għar-ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali msejħa fl-Artikolu 23 jridu jiddikjaraw l-estent tal-kompetenza tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-materji regolati minn din il-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet jridu wkoll jinfurmaw lid-Depożitarju b'kull modifika sostanzjali fl-estent tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

1. Din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu tas-16-il strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kull strument ddepożitat minn organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali ma jingħaddx bħala addizjonali ma' dawk depożitati mill-Istati Membri ta' l-istess organizzazzjoni.

3. Għal kull Stat jew organizzazzjoni msejħa mill-Artikolu 23 li jirratifika, jaċċetta jew japprova din il-Konvenzjoni jew jaċċedi għaliha wara d-depożitu tas-16-il strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ f'kull wieħed minn dawn l-Istati jew organizzazzjonijiet fid-90 jum wara d-data tad-depożitu ta' l-istrument rispettiv ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

Artikolu 27

Irtirar

Wara tliet snin mid-data meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għal Parti partikolari, dik il-Parti tista' tirtira mill-Konvenzjoni meta trid billi tibgħat notifika bil-miktub lid-Depożitarju. Din ir-ritira tidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data meta jirċeviha d-Depożitarju.

Artikolu 28

Testi awtentiċi

It-testi oriġinali ta' din il-Konvenzjoni, li l-verżjonijiet tagħha bl-Ingliż, Franċiż u Russu huma kollha awtentiċi l-istess, ser ikunu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

BĦALA XHIEDA LI il-persuna hawn taħt iffirmata, bl-awtorita' mogħtija lilha għal dan il-għan, iffirmat il-Konvenzjoni.

MAGĦMUL f'Helsinki, fis-sbatax ta' Marzu tas-sena elf disa' mija u tnejn u disgħin.

ANNESS I

TIFSIRA TAL-FRAŻI "L-AĦJAR TEKNOLOĠIJA DISPONIBBLI"

1. Il-frażi "l-aħjar teknoloġija disponibbli" qed tirreferi għall-aħħar stadju ta' żvilupp ta' proċessi, faċilitajiet jew metodi t'operazzjoni li jindikaw il-konvenjenza prattika ta' miżura partikolari sabiex jiġu limitati effluwenti, emissjonijiet u skart. Sabiex jiġi deċiż jekk sett ta' proċessi, faċilitajiet jew metodi t'operazzjoni jikkostitwixxux l-aħjar teknoloġija disponibbli f'każi ġenerali jew individwali, ser jiġi kkunsidrat ukoll jekk:

(a) proċessi, facilitajiet jew metodi t'operazzjoni komparabbli li ġew ppruvati b'suċċess riċentement;

(b) avvanzi teknoloġiċi u bdil fit-tagħrif u l-mentalita' xjentifika;

(ċ) il-prattiċità ekonomika ta' din it-teknoloġija;

(d) limiti taż-żmien għall-installazzjoni kemm f'faċilitajiet eżistenti kif ukoll f'dawk ġodda;

(e) in-natura u l-volum ta' l-effluwenti nvoluti;

(f) teknoloġija li ma tipproduċix skart jew li tipproduċi ftit.

2. Mela wieħed jista' jikkonkludi li "l-aħjar teknoloġija disponibbli" għal proċess partikolari tinbidel maż-żmien fid-dawl t'avvanzi teknoloġiċi, fatturi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll fid-dawl ta' bdil fit-tagħrif u l-mentalita' xjentifika.

ANNESS II

LINJI GWIDA GĦALL-IŻVILUPP TA' L-AĦJAR PRATTI¬I AMBJENTALI

1. Meta wieħed jagħżel l-aktar taħlita ta' miżuri adegwata li tikkostitwixxi l-aħjar prattika ambjentali għal każi ndividwali, għandhom jiġu kkunsidrati dawn il-miżuri varji li ġejjin, waħda wara l-oħra:

(a) proviżjoni ta' nformazzjoni u edukazzjoni lill-pubbliku u lill-utenti dwar il-konsegwenzi ambjentali ta' l-għażla ta' attivitajiet u prodotti partikolari, l-użu tagħhom u kif wieħed jiddisponi minnhom finalment;

(b) l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' kodiċi ta' prattika tajba ambjentali li tkopri l-aspetti kolllha tal-ħajja tal-prodott;

(ċ) tabelli li jinformaw lill-utenti dwar ir-riskji ambjentali relatati mal-prodott, l-użu tiegħu u kif wieħed jiddisponi minnu finalment;

(d) is-sistemi għall-ġbir u l-iskartar li jista' juża l-pubbliku;

(e) riċiklaġġ, irkuprar u użu mill-ġdid;

(f) applikazzjoni ta' strumenti ekonomiċi għal attivitajiet, prodotti jew gruppi ta' prodotti;

(g) sistema ta' liċenzar, li tinvolvi varjeta' ta' restrizzjonijiet jew xi projbizzjoni.

2. Biex jiġi deċiż x'taħlita ta' miżuri jikkostitwixxu l-aħjar prattika ambjentali, kemm f'każi ġenerali u anke oħrajn individwali, iridu jiġu kkunsidrat partikolarment:

(a) ir-riskju ambjentali ta':

(i) il-prodott;

(ii) il-produzzjoni tal-prodott;

(iii) l-użu tal-prodott;

(iv) kif wieħed jiddisponi mill-prodott finalment;

(b) sostituzzjoni minn proċessi jew sustanzi inqas inkwinanti;

(ċ) kemm ser jiġi wżat;

(d) potenzal ta' benefiċċju jew ħsara ambjentali ta' materjali jew attivitajiet sostituttivi:

(e) avvanzi u bdil fit-tagħrif u l-mentalita' xjentifika;

(f) limiti ta' żmien għall-implementazzjoni;

(g) implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi.

3. Mela wieħed jista' jikkonkludi li l-aħjar prattiċi ambjentali għal sors partikolari jinbidlu maż-żmien fid-dawl ta' avvanzi teknologici, fatturi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll fid-dawl ta' bdil fit-tagħrif u l-mentalita' xjentifika.

ANNESS III

LINJI GWIDA GĦALL-IŻVILUPP TA' KRITERJI U LIVELLI OTTIMALI TA' KWALITÀ TA' L-ILMA

Il-kriterja u l-livelli ottimali ta' kwalità ta' l-ilma ser:

(a) jikkunsidraw il-għan tal-manteniment u, fejn ikun hemm bżonn, titjib tal-kwalità' preżenti ta' l-ilma;

(b) jimmiraw li jitnaqqsu il-livelli tan-nofs tat-tniġġis (partikolarment sustanzi riskjużi) sa ċertu livell f'ċertu perjodu ta' żmien;

(ċ) jikkunsidraw bżonnijiet speċifici tal-kwalità' ta' l-ilma (ilma għax-xorb, għall-irrigazzjoni, etc);

(d) jikkunsidraw bżonnijiet speċifiċi rigward ilmijiet sensittivi u protetti u l-ambjent tagħhom ez. agħdajjar u riżorsi ta' ilma fil-blat;

(e) jkunu bbażati fuq l-applikazzjoni ta' metodu ta' klassifikazzjoni ekoloġika u indiċi kimiċi għal evalwazzjoni fit-tul u anke mhux daqshekk fit-tul tal-manteniment u t-titjib tal-kwalità' ta' l-ilma;

(f) tikkunsidra kemm il-għan intlaħaq u xi miżuri protettivi addizzjonali, bbażati fuq limiti fuq l-emissjonijiet, li jista' jkun hemm bżonn f'każi individwali.

ANNESS IV

ARBITRAĠĠ

1. Fil-każ li jintalab arbitraġġ għal xi tilwima skond l-Artikolu 22, paragrafu 2 ta' din il-Konvenzjoni, parti jew partijiet iridu jinnotifikaw is-segretarjat dwar is-suġġett ta' l-arbitraġġ u tindika/jindikaw, partikolarment, l-Artikoli ta' din il-Konvenzjoni li jkun hemm problema dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tagħhom. Is-segretarjat jikkomunika l-informazzjoni li jirċievi lill-Partijiet kollha fil-Konvenzjoni.

2. It-tribunal għall-arbitraġġ ser jikkonsisti minn tliet membri. Kemm il-parti li tiftaħ il-każ kif ukoll il-parti jew partijiet oħra involuti fit-tilwima jaħtru arbitratur, u ż-żewġ arbitraturi maħtura jaħtru, bi ftehim bejniethom, it-tielet arbitratur, li jkun il-president tat-tribunal għall-arbitraġġ. Dan ta' l-aħħar ma jistax ikun kon-nazzjonali ta' xi waħda mill-partijiet involuti fit-tilwima, jew ikollu residenza fit-territorju ta' waħda mill-partijiet, jew ikun impjegat ta' xi waħda minnhom, jew kellu x'jaqsam mal-każ f'kapaċita' oħra.

3. Jekk il-president tat-tribunal għall-arbitraġġ ma jiġix maħtur sa xahrejn mill-ħatra tat-tieni arbitratur, is-Segretarju Esekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, wara t-talba ta' waħda mill-partijiet fit-tilwima, jaħtar president fi żmien xahrejn oħra.

4. Jekk waħda mill-partijiet fit-tilwima ma taħtarx arbitratur fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba, il-parti l-oħra tista' tinforma s-Segretarju Esekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa b'dan, u dan jaħtar president tat-tribunal għall-arbitraġġ fi żmien xahrejn oħra. Mal-ħatra, il-president tat-tribunal għall-arbitraġġ jitlob il-parti li tkun għadha ma ħatritx arbitratur biex tagħmel dan fi żmien xahrejn. Jekk tonqos milli tagħmel dan fil-perjodu stabbilit, il-president jinforma is-Segretarju Esekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, li mbagħad jaħtar dan l-arbitratur fi żmien xahrejn oħra.

5. It-tribunal għall-arbitraġġ jieħu d-deċiżjoni tiegħu kif tiddetta il-liġi internazzjonali u skond il-proviżjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

6. Kull tribunal għall-arbitraġġ kostitwit taħt il-proviżjonijiet spjegati f'dan l-Anness ser joħloq ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

7. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal għall-arbitragg, kemm fuq proċedura u fuq sustanza, jittieħdu permezz tal-vot tal-maġġoranza tal-membri tiegħu.

8. It-tribunal jista' jieħu l-miżuri kollha biex jistabilixxi l-fatti.

9. Il-partijiet fit-tilwima obbligati jiffaċilitaw ix-xogħol tat-tribunal għall-arbitraġġ u, partikolarment, billi jużaw il-mezzi kollha għad-disposizzjoni tagħhom, iridu:

(a) jipprovduh bid-dokumentazzjoni kollha relevanti, faċilitajiet u informazzjoni;

(b) jippermettuh li, fejn ikun hemm bżonn, jissejħu xhieda u esperti u jisma' x-xhieda tagħhom.

10. Il-partijiet u l-arbitraturi jridu jipproteġu l-kunfidenzalita' ta' kull informazzjoni mgħoddija lilhom b'mod kunfidenzali waqt il-proċediment tat-tribunal għall-arbitraġġ.

11. It-tribunal għall-arbitraġġ jista', b'talba minn waħda mill-partijiet, jirrikmanda miżuri ta' protezzjoni temporanji.

12. Jekk waħda mill-partijiet fit-tilwima ma tidhirx quddiem it-tribunal għall-arbitraġġ jew ma tiddefendix il-każ tagħha, il-parti l-oħra tista' titlob it-tribunal biex ikompli l-proċediment u biex jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu. L-assenza ta' parti jew inkella n-nuqqas ta' difiża tal-każ ta' xi parti involuta ma jikkostitwixxix ostaklu għall-proċediment.

13. It-tribunal għall-arbitraġġ jista' jisma' u jiddetermina kontro-talbiet li joħorgu direttament mill-materja tas-suġġett tat-tilwima.

14. Kemm-il darba t-tribunal għall-arbitraġġ jistabilixxi mod ieħor minhabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, l-ispejjeż tat-tribunal, inkluż il-ħlas lill-membri tiegħu, għandhom jinġarru mill-partijiet kollha tat-tilwima b'mod ugwali. It-tribunal għandu jżomm rekord ta' kull spiża tiegħu, u għandu jagħti prospett finali ta' dan lill-partijiet kollha.

15. Kull Parti għal din il-Konvenzjoni li għandha nteress ta' natura legali fis-suġġett tat-tilwima, u li jista jiġi affetwat minn deċiżjoni f'dan il-każ, jista' jintervjeni fil-proċeduri legali bil-kunsens tat-tribunal.

16. It-tribunal għall-arbitraġġ għandu jrendi l-premju tiegħu fi żmien ħames xhur mid-data mindu jkun ġie stabbilit, kemm-il darba ma jsibx il-bżonn li jestendi l-limitu ta' żmien għal perjodu mhux iktar minn ħames xhur.

17. Il-premju tat-tribunal ta' arbitraġġ għandu jkun akkompanjat minn prospett ta' raġunijiet. Għandu jkun finali u vinkolanti fuq il-partijiet kollha tat-tilwima. Il-premju għandu jiġi trasmess mit-tribunal għall-arbitraġġ lill-partijiet fit-tilwima u lis-segretarjat. Is-segretarjat għandu jgħaddi din l-informazzjoni li jkun irċieva lill-Partijiet kollha għal din il-Konvenzjoni.

18. Kwalunkwe tilwima li tista' tinqala bejn il-partiti li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-esekuzzjoni tal-premju tista tiġi sottomessa minn kwalunkwe parti lit-tribunal għall-arbitraġġ li jkun għamel il-premju jew, jekk dan ta' l-aħħar ma jistax, lil tribunal ieħor li jkun ġie kostitwit għal dan il-għan bl-istess manjiera bħal ta' l-ewwel.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dikjarazzjoni mill-Komunità skond l-Artikolu 25(4) tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu tal-kors tax-xmajjar transkonfinali u agħdajjar internazzjonali

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 25(4) tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu tal-kors tax-xmajjar transkonfinali u agħdajjar internazzjonali, rigward l-estent tal-kompetenza ta' l-organizzazzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu:

Bi qbil mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea u fid-dawl tal-legislazzjoni eżistenti fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu tal-kors tax-xmajjar transkonfinali u agħdajjar internazzjonali, u b'mod partikolari l-istrumenti legali mniżżla hawn taħt, il-Komunità hija kompetenti f'affarijiet internazzjonali. l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea ukoll għandhom kompetenzi internazzjonali li japplikaw ugwalment għal materji imsemmija f'din il-Konvenzjoni.

L-istrumenti legali riferuti hawn fuq huma dawn li ġejjin:

- Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 li tikkonċerna l-kwalità' rikjesta ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex isir ilma għax-xorb f l-Istati Membri [1],

- Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta' Diċembru 1975 li tikkonċerna l-kwalità' ta' l-ilma għall-għawm [2],

- Direttiva tal-Kunsill 74/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċertu sustanzi perikolużi mormija fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [3];

- Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE ta' l-20 ta' Frar 1978 fuq l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju [4],

- Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978 fuq il-kwalità' ta' l-ilma ħelu li jeħtieġ protezzjoni jew titjib sabiex isostni l-għixien tal-ħut [5],

- Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 t'Ottubru 1979 li jikkonċerna l-metodi ta' kif jitkejjel u l-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni u analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex isir ilma tajjeb għax-xorb [6],

- Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru 1979 fuq il-protezzjoni tal-ilma tal-blat(groundwater) mit-tniġġis minn ċertu sustanzi perikolużi [7],

- Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità' ta' l-ilma maħsub għall-konsum uman [8],

- Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta' Marzu 1982 fuq il-valur ta' limitu u l-għanijiet ta' kwalità għar-rimi ta' merkurju mill-industrija ta' l-elektrożi ta' klor-alkali [9],

- Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq il-proceduri ta' monitoraġġ u studju ta' l-ambjenti li jistgħu jkunu affetwati minn skart mill-industrija tad- dijossidu tat-titanju [10],

- Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta' Settembru 1983 fuq il-valur tal-limiti u l-livelli ottimali ta' rimi tal-kadmjum [11],

- Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta' Marzu 1984 fuq il-valur tal-limiti u l-livelli ottimali ta' rimi ta'merkurju minn setturi oħra barra mill-industrija ta' l-elektrożi tal-klor-akali [12],

- Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 t'Ottubru 1984 fuq il-valur tal-limiti u l-livelli ottimali ta' rimi ta' hexachlorocyclohexane [13],

- Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 Ġunju 1986 fuq il-valur tal-limiti u l-livelli ottimali ta' rimi ta' certu sustanzi perikoluzi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE [14],

- Direttiva tal-Kunsill 88/347/KEE tas-16 ta' Ġunju 1988 li jemenda l-ANNESS II tad-Direttiva 86/280/KEE fuq il-valur tal-limiti u l-livelli ottimali ta' rimi ta' ċertu sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE [15],

- Direttiva tal-Kunsill 90/415/KEE tas-27 ta' Lulju 1990 li jemenda l-ANNESS II tad-Direttiva 86/280/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 fuq il-valur tal-limiti u l-livell ottimali ta' rimi ta' ċertu sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness għad-Direttuva 76/464/KEE [16],

- Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 li tikkonċerna t-trattament ta' l-ilma tad-drenaġġ urban [17],

- Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tikkonċerna l-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġis bin-nitrati minn egħjun ta'l-agrikoltura [18].

L-insegwiment tal-politika ta' l-ambjent tal-Komunità tfisser li din il-lista hi suġġetta għal bdil bl-emenda jew tħassir ta' testi eżistenti jew l-adozzjoni ta' testi ġodda.

[1] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 34.

[2] ĠU L 31, tal-5.2.1976, p. 1.

[3] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

[4] ĠU L 54, tad-19.2.1978, p. 19.

[5] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 1.

[6] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

[7] ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43.

[8] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

[9] ĠU L 81, tas-27.3.1982, p. 29.

[10] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 1.

[11] ĠU L 291, ta' l-24.10.1983, p. 1.

[12] ĠU L 74, tas-17.3.1984, p. 49.

[13] ĠU L 274, tas-17.10.1984, p. 11.

[14] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 16.

[15] ĠU L 158, tal-25.6.1988, p. 35.

[16] ĠU L 219, ta' l-14.8.1990, p. 49.

[17] ĠU L 135, tat-30.5.1991, p. 40.

[18] ĠU L 375, tal-31.12.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top