Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2257

Ir-regolament tal-kummissijoni (KEE) nru 2257/94 tas-16 ta' Settembru 1994 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana(Test b'relevanza ŻEE)

OJ L 245, 20.9.1994, p. 6–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 061 P. 52 - 57
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 061 P. 52 - 57
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 016 P. 421 - 425
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 015 P. 228 - 232
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 015 P. 228 - 232

No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2012; Imħassar b' 32011R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2257/oj

31994R2257



Official Journal L 245 , 20/09/1994 P. 0006 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0052


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2257/94

tas-16 ta' Settembru 1994

li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana

(Test b'relevanza għaż- ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-banana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3518/93 [2], u b'mod partikolari Artikolu 4 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 404/93 jagħmel dispożizzjonijiet dwar l-istabbeliment ta' standards komuni ta' kwalità għall-banana friski intiżi għall-konsum, li ma jinkludix plantani; billi l-iskop ta' dawn l-istandards hu li jassigura li s-suq ikun fornut bil-prodotti uniformi u ta' kwalità sodisfaċenti, b'mod partikolari fil-każ ta' banana mkabbrin fil-Komunità, li dwarhom għandhom isiru sforzi ta' titjib fil-kwalita;

Billi, meqjusa l-medda kbira tal-varjetajiet mibjugħa fil-Komunità u l-prassi tal-bejgħ, standards minimi għandhom ikunu stabbiliti għall-banana ħadra li ma tkunx misjura, mingħajr preġudizzju għall-standards introdotti aktar tard applikabbli għal stadju differneti ta' bejgħ; billi l-karatteristiċi ta' banana iebsa u l-mod ta' kif jinbigħu huma tali li m'għandhomx ikunu koperti bl-istandards tal-Komunità;

Billi Stati Membru produtturi tal-banana diġa applikaw standards nazzjonali fit-territorju tagħhom fi stadji differenti tal-bejgħ tal-banana; billi jidher xieraq, fid-dawl tal-għanijiet imfittxa, biex iħallu dawn ir-regoli eżistenti jkomplu japplikaw għall-produzzjoni tagħhom imma biss fl-istadji sussegwenti għall-banana ħodor li m'humiex misjurin, dejjem jekk dawn ir-regoli m'humiex f'konflitt mal-istandards tal-Komunità u ma jimpedixxux iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-banana fil-Komunità;

Billi għandu jittieħed akkont tal-fatt li, minħabba li fatturi tal-klima jagħmlu l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni diffiċli fir-reġjuni tal-Komunità ta' Madejra, l-Ażores, l-Algarve, Kreta u Lakonja, banana hemmhekk ma jiżviluppawx it-tul minimu stabbilit; billi f'dawn il-każi it-tali banana jistgħu xorta jkunu mibjugħa, imma biss fi Klassi II;

Billi il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Banana ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istandards tal-kwalità applikabbli għall-bananas jidħlu taħt il-kodiċi NM ex0803, esklusi l-plantani, banana mqadda u banama intiżi għall-iproċessar, huma stabiliti f'Anness I t'hawnhekk.

Dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi fl-istadu li jkunu rilaxxati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, għall-banana li jorġinaw fil-Komunità fl-istadju ta' l-ewwel sbarkar f'port tal-Komunità, u banana fornuti friski lill-konsumatur fir-reġjun tal-produzzjoni fl-istadju li jħallu t-tinda ta' l-ippakjar.

Artikolu 2

L-istandards stabbiliti fl-Artikolu 1 m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni, fi stadji aktar tard tal-bejgħ, tar-regoli nazzjonlai liema:

- ma jimpedixxux iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni oħrajn tal-Komunità u jħarsu l-istandards stabbiliti f'dan ir-Regolament,

u

- m'humiex kompatibbli ma' l-istandards stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Settembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 15

--------------------------------------------------

ANNESS I

KWALITA TA' STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-BANANA

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) ta' Musa (AAA) spp., Sub-gruppi Cavendish u Gros Michel, li hemm referenza dwarhom f'Anness II, għall-provista friska lill-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-ippakjar. Plantani, banana intiża għall-ipproċessar industrijali u banana iebsa m'humiex koperti.

II. KWALITÀ

Dan l-istandards jiddefinixxi l-ħtiġiet tal-kwalità li għandhom jintlaħqu mill-banana ħodor li m'humiex misjurin wara l-preparazzjoni u l-ippakjar.

A. Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta' kull klassi u għat-tolleranzi permissibli, il-banana jridu jkunu:

- ħodor u mhux misjurin,

- intatti,

- sodi,

- b'saħħithom; prodott li hu affetwat bil-moffa jew deterjorazzjoni hekk li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum hu eskluż,

- nadif, prattikament ħieles minn materja visibli barranijja,

- prattikament ħieles minn dud,

- prattikament ħieles minn danni kkawżat mid-dud,

- biz-zokk intatt, mingħajr liwi, ħsara mill-fungali jew dessikazzjoni,

- bil-pistilli mneħħijja,

- ħielsa minn malformazzjoni jew kurvatura annormali tal-mazz,

- prattikament ħielsa mill-brix,

- pratikament ħielsa minn danni minħabba temperaturi baxxi,

- ħielsa minn umdità annormali esterna,

- ħielsa minn kwalunkwe rieħa u/jew togħma.

B'żieda ma dan, il-mazzi u l-għenieqed (partijiet mill-mazzi) iridu jinkludu:

- porzjon suffiċjenti tal-kuluur normali tal-qoxra, b'saħitha u ħielsa minn kontaminazzjoni fungali,

- qoxra maqtugħa pulita, li m'hix taqta' jew imqatta bl-ebda fragmenti taz-zokk.

L-iżvilupp fiżiku u s-sejran tal-banana irid tkun tali li tagħmilhom kapaċi:

- li jifilħu għat-trasport u l-ġarr,

u

- li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni biex jilħqu livell xieraq ta' maturita wara li jsiru.

B. Klassifikazzjoni

Il-Banana huma klassifikati fi tlett klassijiet definiti hawn taħt:

(i) Klassi "extra"

Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta' kwalità superjuri. Huma jridu jkollhom il-karakteristika tipika tal-varjeta u/jew tat-tip kummerċjali.

Il-mazz irid ikunu ħieles minn difetti, apparti minn xi ftit tħassir superfiċċjali li ma jagħttux it-total ta' aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ tal-frotta, liema ma jħassarx l-apparenza ġererali tal-mazz jew ta' l-għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preservazzjoni tal-pakkett.

(ii) Klassi I

Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta' kwalità tajba. Għandhom juru l-karakteristiċi tipiċi tal-varjeta u/jew tat-tip kummerċjali.

B'danakollu, id-difetti żgħar tal-mazzi li ġejjin huma permissibbli, dejjem jekk ma jfixklux l-apparenza ġenerali ta' kull mazz jew għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preżentazzjoni tal-pakkett:

- diffetti żgħar fil-għamla,

- diffetti żgħar tal-qoxra minħabba l-ħakk jew tħassir żgħir superfiċjali ieħor li ma jiksix it-total ta' iżjed minn 2 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi diffetti żgħar ma jistgħu jaffettwaw il-qalba tal-frotta.

(iii) Klassi II

Din il-klassi tkopri banana li ma ma jikwalifikawx għall-inklużjoni fi klassi aktar għolja imma li jissodisfaw il-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

Id-diffetti li ġejjin tal-mazzi huma permissibbli, dejjem jekk il-banana żżommu il-karakteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

- diffetti tal-għamla,

- id-diffetti tal-qoxra minħabba brix, ħakk jew kawżi oħrajn, dejjem jekk il-parti totali affetwata ma tkoprix iżjed minn 4 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jistgħu d-diffetti jaffetwaw il-qalba tal-frotta.

III. QISIEN

Il-qies huwa stabbilit bi:

- it-tul tal-polpa edibli tal-frotta, espressa f'ċentimetri u mkejla matul il-wiċċ bibuzzat mit-tarf tal-blanzun sal-bażi tal-pedunkelu,

- il-grad, i.e. il-kejl, f'millimetri, tal-ħxuna tal-biċċa tranversali tal-frotta bejn l-uċuh laterali u n-nofs, perpendikulari mal-assi lonġitudinali.

Il-frotta ta' referenza għall-kejl tat-tul u l-grad hija:

- iil-frotta tan-nofs mill-filliera ta' barra tal-mazz,

- il-frotta segwenti għall-qata' sezzjonali tal-mazz, fuq il-filliera ta' barra tal-għanqud.

It-tul minimu permissibli hu 14-il cm u l-grad minimu permissibli hu 27 mm.

Bħala eċezzjoni mill-aħħar paragrafu, banana prodotti f'Madejra, l-Ażores, l-Algarve, Kreta u Lakonja li huma anqas minn 14-il cm fit-tul jistgħu jinbigħu fil-Komunità imma għandhom ikunu klassifikati fi Klassi II.

IV. TOLLERANZI

Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs huma permissibbli f'kull pakkett fir-rigward tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.

A. Tollerenzi tal-Kwalità

(i) Klassi "extra"

5 % bin-numru jew piż tal-banana li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi "extra" imma li jilħqu dawk għall-Klassi I, jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Klassi I

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodifawx il-ħtiġiet tal-Klassi I imma jilħqu dawk għal Klassi II, jew, eċċezzjonalment, ikunu fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

(iii) Klassi II

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet għall-Klassi II u lanqas il-ħtiġiet minimi, ħlief bl-eċċezzjoni tal-prodott affetwat bl-immuffar jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum.

B. Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha, 10 % bin-numru ta' banana li ma jissodisfawx il-karakteristiċi tad-daqs, sal-limitu ta' 1 cm għat-tul minimu ta'14-il cm.

V. PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u konsistenti esklussivament għall-banana ta' l-istess oriġini, tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali, u l-kwalità.

Il-parti viżibli tal-kontenuti ta' kull pakkett iridu jkunu rappreżentattivi tal-kontenuti kollha.

B. Ippakkjar

Il-banana jridu jkunu ippakjati b'tali mod li jipproteġu l-prodott tajjeb.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta' natura tali li tevita li tikkawżalu kwalunkwe deterjorazzjoni esterna jew interna tal-prodott. L-użu tal-materjal bħal ma hu, b'mod partikolari, karti tal-kisi u tikketti li jeħlu li jkollhom l-indikazzjonijiet kummerċjali hu permissibli basta li l-istampar u l-ittikettjar ikun magħmul b'lika jew kolla li mhix tossika.

L-ippakkjar irid ikun ħieles minn kwalunkwe materjal barrani.

Ċ. Preżentazzjoni

Il-banana jridu jkunu ppreżentati f'mazzi jew f'għenieqed (partijiet mill-mazzi) ta' għall-anqas erba' frottiet.

Għenieqed b'mhux iżjed minn żewġ frottiet nieqsa huma permissibbli, dejjem jekk iz-zokk ma jkunx imqatta imma maqtugħ pulit, mingħajr ħsara lill-frotta tal-qrib.

Mhux iżjed minn għanqud wieħed ta' tlett frottiet bl-istess karatteristiċi bħall-frott l-ieħor fil-pakkett jistgħu jkunu preżenti f'kull filiera.

Fi-reġjuni tal-produzzjoni, banana jistgħu ikunu mibjugħa biz-zokk.

VI. L-ITTIKETTJAR

Kull pakkett irid ikollu l-partikularitajiet li ġejjin bil-kitba, kollha fuq l-istess naħa, leġibli u mmarkati hekk li ma jitħassarx u viżibli minn barra:

A. Identifikazzjoni

Dak li jippakkjau/jew il-mittent | Isem u indirizz jew marka konvenzjonali uffiċjalment maħruġa hekk li tista tingħaraf |

B. Natura tal-prodott

- Il-kelma "Banana" meta il-kontenuti m'humiex visibli minn barra,

- l-isem tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali.

Ċ. L-Oriġini tal-prodott

- żona tal-produzzjoni, u

- (b'għażla) nazzjonali, reġjonali jew l-isem lokali.

D. Speċifikazzjonijiet kommerċjali

- Klassi,

- piż net,

- id-daqs, espress bħala tul minimu u, b'għażla, bħala tul massimu.

E. Il-Marka tal-kontroll uffiċċjali (b'għażla).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' gruppi ewlenin, sotto-gruppi u kultivari ta' banana bħala diżerta mibjugħa fil-Komunita

Grupp | Sub-grupp | Kultivari ewlenija (lista mhix eżawrenti) |

AA | Bajtar ħe | Bajtar ħelu, Pisang Mas, Amas Datil, Bocadillo |

AB | Ney-Poovan | Ney Poovan, Safet Velchi |

AAA | Cavendish | Cavendish Nanu |

Cavendish Ġigantesk |

Lacatan |

Poyo (Robusta) |

Williams |

Americani |

Valery |

Arvis |

Gros Michel | Gros Michel ("Big Mike") |

Highgate |

Bajtar roża | Figue Rose |

Figue Rose Verte |

Ibota | |

AAB | Bajtar tat-tuffieħ | Bajtar tat-tuffieħ, Ħarir |

Pome (Prata) | Pacovan |

Prata Ana |

Mysore | Mysore, Pisang Ceylan, Gorolo |

--------------------------------------------------

Top