Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0068

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/68/KE tas-16 ta’ Diċembru 1994 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur

OJ L 354, 31.12.1994, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 027 P. 71 - 79
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 027 P. 71 - 79
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 013 P. 325 - 333
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 014 P. 214 - 222
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 014 P. 214 - 222
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 028 P. 99 - 107

No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/68/oj

31994L0068

Official Journal L 354 , 31/12/1994 P. 0001 - 0009
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0071
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0071

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/68/KE

tas-16 ta’ Diċembru 1994

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Kommunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur [3], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-Direttiva 78/318/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożiżżjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE relatati mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi partikolarment, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) ta’ Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata għandha jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti ta’l-Anness I ta’ dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tagħha sabiex l-approvażżjoni tat-tip tkun tista’ tiġi komputerizzata;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE tas-27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-kamp viżiv tas-sewwieqa ta’ vetturi tal-mutur [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/630/KEE [5] stabbilit il-proċedura biex ikunu detrerminati l-karatteristiċi differenti ta’ vetturi li għandhom jinżammu;

Billi fid-dawl tal-progress tekniku huwa possibbli li tiġi addattata d-Direttiva 78/318/KEE sabiex iġġib l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tat-test aktar viċin il-kondizzjonijiet attwali tal-ħidma ta’ dawn is-sistemi;

Billi l-klawsoli ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 78/318/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-frasi fil-parentesi ‘kif definit I tad-Direttiva 70/156/KEE’ għandha tiġi sostitwita bil-frasi ‘kif definit f’L-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE’’

2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel inċiż il-kliem ‘L-Annessi I sa’ V’ huma sostitwiti bi ‘bl-Annessi relevanti’;

(b) fit-tieni u t-tielet inċiżi l-kliem ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE’ huma sostitwiti bi ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE’.

3. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) fl-ewwel inċiż il-kliem ‘L-Annessi I sa’ V’ huma sostitwiti bi ‘l-Annessi relevanti’;

(ii) fit-tieni inċiż il-kliem ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE’ huma sostitwiti bi ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE’.

(b) fil-paragrafu 2 il-kliem ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE’ huma sostitwiti bi ‘fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE’.

4. Fl-Artikolu 4, ‘2.2’ huwa sostitwit bi ‘2.1’.

5. Fl-Artikolu 5, il-kliem ‘L-Annessi I sa’ VII’ huma sostitwiti ‘bl-Annessi’;

6. Il-lista ta’ l-Annessi u l-Annessi I, II, VI u VII huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1995 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ sistemi tal-wiper u washer tal-windscreen:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jew ta’ tip ta’ sistema tal-wiper u tal-washer tal-windscreen, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen,

jekk is-sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 78/318/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1996 l-Istati Membri;

- ma għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u

- jistgħu jirrifjutaw illi jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal tip ta’ vettura għal raġunijiet relatati mas-sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen’ u għal tip ta’ sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 78/318/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. Minkejja l-paragrafu 2 t’hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ sistemi tal-wiper u tal-washer tal-windscreen skond il-verżjoni oriġinali tad-Direttiva 78/318/KEE, basta li dawn is-sistemi tal-washer tal-windscreen;

- huma maħsuba biex jiġu installati f’vetturi li diġa qed jintużaw, u

- jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva kif kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1995 u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi addottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet legali susseggwentement adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU No L 264, tat-23.10.1993, p. 49.

[3] ĠU No L 81, tat-28.3.1978, p. 49.

[4] ĠU No L 267, tad-19.10.1977, p. 1

[5] ĠU No L 341, tas-6.12.1990, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Fil-lista ta’ l-Annessi

———— l-asterisk ta’ wara t-titli ta’ l-Annessi I sa V u n-nota ta’ qiegħ il-paġna relatata għandhom jitħassru;it-titolu ta’ l-Anness I għandu jiġi emendat biex jaqra: "Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, speċifikazzjonijiet, proċeduri tat-test, marki, emendi għall-approvazzjonijiet, konformità tal-produzzjoni";it-titolu ta’ l-Anness VI għandu jiġi emendat biex jaqra: "Dokument ta’ informazzjoni (vettura)";it-titolu ta’ l-Anness VII għandu jiġi emendat biex jaqra: "Dokument ta’ informazzjoni (unità teknika separata)"; u

— fl-aħħar tal-lista, għandu jiġi miżjud is-segwenti:

"L-Anness VIII: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (Vettura)

L-Anness IX: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (Unità teknika separata)"

2. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

——————————————————————————————— It-titolu għandu jaqra:

"KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, PROĊEDURA TAT-TEST, MARKI, EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, KONFORMIT’ TAL-PRODUZZJONI"

Il-punt (2.1.) għandu jitħassar.

Il-punti 2.2 sa 2.4 għandhom jigu enumerati mill-ġdid 2.1 sa 2.3, rispettivament.

Il-punt 2.1.2 (li qabel kien il-punt 2.2.2) għandu għandu jiġi emendat biex jaqra:

"2.1.2. il-forma u d-dimensjonijiet tal-windscreen u l-immuntar tiegħu fejn dawn aktarx jaffettwaw ż-żoni viżivi koperti bl-Anness IV,"

Il-punt (2.5) għandu jiġi mħassar.

Il-punti 2.6 u 2.7 għandhom jiġu enumerati mill-ġdid 2.4 u 2.5 u l-kelma

"dahar tas-sedil"

għandha tiġi sostitwita b

"torso"

.

Il-punti 2.8 sa 2.21 għandhom jiġu enumerati mill-ġdid 2.6 sa 2.19, rispettivament.

Il-punt 2.18 (li qabel kien il-punt 2.20) għandu jiġi emendat biex jaqra:

"2.18 Nozzle

"Nozzle" tfisser mezz li jservi biex jidderieġi l-likwidu tal-washer tal-windscreen għal fuq il-windscreen."

Il-punt 3.1.1 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"3.1.1 L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tass-sistema tal-wiper u tal-washer tal-windscreen tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur."

Il-punt 3.1.2 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"3.1.2 Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa muri fl-Anness VI."

Il-punti 3.1.2.1 sa 3.1.2.3 inklużi għandhom jitħassru.Il-punt 3.1.2.4 għandu jiġi enumerat mill-ġdid 3.1.3.

Il-punt 3.2.1 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"3.2.1 L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ sistema tal-wiper u tal-washer tal-windscreen għandha tiġi sottomessa mill-manifattur."

Il-punt 3.2.2 għandu jigi emendat biex jaqra:

"3.2.2 Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa muri fl’L-Anness VII."

Il-punt 3.2.2.1 għandu jitħassar.Il-punt 3.2.2.2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid 3.2.3 u għandu jiġi emendat biex jaqra:

"3.2.3 Kampjun wieħed tat-tip ta’ sistema li għandha tiġi approvata għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Is-servizz tekniku jista’, jekk ikun meħtieġ, jitlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom ikollhom b’modkjarament leġibbli u b’manjiera indelibbli l-isem kummerċjali jew it-trade-mark ta’ l-applikant u l-identifikazzjoni tat-tip."

Il-punt 4 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"4. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE"

Il-punt 4.1 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"4.1 Jekk il-ħtiġiet relevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-L-Artikolu 4(3) u 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata."

Il-punt (4.2) għandu jitħassar.

Il-punti 4.3, 4.3.1 u 4.3.2 għandhom jiġu enumerati mill-gdid 4.2, 4.2.1 u 4.2.2 u għandhom jiġu emendati biex jaqraw:

"4.2 Mudell taċ-ċertifikat ta’ apptovazzjoni tat-tip tal-KEE huwa muri fi:

4.2.1 L-Anness VIII għal applikazzjonijiet imsemmija fi 3.1;

4.2.2 L-Anness IX għal applikazzjonijiet imsemmija fi 3.2"

Il-punt (4.4) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid 4.3 u għandu jiġi emendat biex jaqra:

"4.3 Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat għal kull tip ta’ vettura jew sistema ta’ washer tal-windscreen approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tal-washer tal-windscreen."

Il-punti (4.4) sa’ (4.8) għandhom jiġu mħassra.

Il-punt 5.1.4 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"5.1.4 il-frekwenzi msemmija fil-punt 5.1.3 għandhom jinkisbu kif imniżżel fil-punti 6.1.1 sa’ 6.1.6 u 6.1.8."

Il-punt 5.1.7 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"5.1.7 Is-sistema għandha tkun kapaċi żżomm id-dewmien għal 15-il sekonda. L-użu ta’ mezzi protettivi taċ-ċirkwit awtomatiċi huwa permess, basta li sabiex jerġa jiġi ssettjat ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni fuq il-kontrolli minbarra dik tal-kontroll tal-wiper tal-windscreen. Il-proċedura u l-kondizzjonijiet tat-test huma deskritti fil-punt 6.1.7."

Il-punt 5.1.9.1 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"5.1.9.1 Meta suġġett għall-velocità tal-arja relattiva ekwivalenti għal 80 % tal-velocita’ massima tal-vettura, imma lii ma taqbiżx il-160 km/siegħa, is-sistemi tal-wiper tal-windscreen, li jaħdmu fi frekwenza massima, għandhom jibqgħu ikopru ż-żona kif speċifikat fil-punt 5.1.2.1 bl-istess effiċjenza u taħt l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija fil-punt 6.1.10.2."

Is-segwenti għandu jiżdied mal-punt 5.1.10:

"Din il-ħtieġa ma tapplikax għal mezzi li, meta pparkeġġjati, jkunu f’parti mill-windscreen li hija moħbija mill-vista b’partijiet tal-vettura (bħall-bonnet, panel ta’ l’instrumenti, eċċ…)."

Il-punt 5.2.2 għandu jiġi emendat biex jaqra:

"5.2.2 Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen m’għandhiex tiġi negattivament affettwata bl-espożiżżjoni għaċ-ċikli tat-temperatura stipulati fil-punti 6.2.3 u 6.2.4."

Il-punt il-ġdid segwenti 6.1.10.2 huwa miżjud wara l-punt 6.1.10.1:

"6.1.10.2 Fejn il-faċċata ta’ barra tal-windscreen tkun ġiet ippreparata kif deskritt fil-punti 6.1.8 u 6.1.9 il-washer tal-windscreen jista’ jintuża fit-testijiet kollha."

It-tieni sentenza fil-punt 6.2.3.1 għandha tiġi emendata biex taqra:

"Is-sistema għandha sussegwentement titqiegħed f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 C sakemm is-silġ idub kompletament, imma fl-ebda każ għal aktar minn erba’ sigħat."

It-tieni sentenza fil-punt 6.2.5.1 għandha tiġi emendata biex taqra:

"Bil-vettura wieqfa u mingħajr ebda effett sinifikanti ta’ riħ, in-nozzle jew nozzles tal-washer, jekk jistgħu jiġu aġġustati, għandhom jiġu ppuntati lejn il-żona immirata fuq il-faċċata ta’ barra tal-windscreen."

Il-punti (7), (8) u (9) għandhom jiġu emendati biex jaqraw:

"7. MARKI

7.1. Kull sistema tal-washer tal-windscreen li tikkonforma mat-tip approvat taħt din id-Direttiva bħala unità teknika separata għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

7.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f’ rettangolu li jiċċirkonda l-ittra “e” segwita bin-numru jew bl-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat -tip:

1 għall-Ġermanja,

2 għal Franza,

3 għall-Italja,

4 għall-Olanda,

6 għall-Belġju,

9 għal Spanja,

11 għall-Ingilterra,

13 għall-Lussemmburgu,

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugal

23 għall-Greċja,

IRL għall-Irlanda,

Din għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettangolu “in-numru ta’ approvazzjoni tal-bażi’’ kontenut fis-sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip msemmi fl’L-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-iżjed riċenti għad-Direttiva 78/318/KEE fid-data li ingħatat l-approvazzjoni ta t-tip tal-KEE. F’din id- Direttiva in-numru tas-sekwenza huwa 00,

7.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandha titwaħħal fuq il-kontenitur tal-likwidu tal-washer tal-windscreen b’mod illi tkun indelibbli u kjarament leġibbli anke jekk il-mezz jitwaħħal mal-vettura.

7.4. Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE huwa muri fl-Appendici.

8. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

8.1. Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l- L-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1. Għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi assigurata l-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE."

Il-punti (10) sa’ (12) għandhom jitħassru.

Is-segwenti Appendiċi ġdid għandu jiġi miżjud:

"

Appendiċi

MUDELL GĦALL-MARKA TA’ l-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

+++++ TIFF +++++

Is-sistema tal-washer tal-windscreen li għandha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta ’ hawn fuq huwa mezz li ġie approvat fi Spanja (e 9) taħt in-numru approvat tal-bażi 0148 abbażi ta’ din id-Direttiva. Il-figuri użati huma biss indikattivi.

"

3. L-Anness II għandu jiġi emendat biex jaqra:

— "L-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE għandu japplika."

— In-Nota ta’ qiegħ il-paġna (1) għandha tiġi mħassra.

4. L-Annessi VI u VII għandhom jiġu mħassra u jiġu sostitwiti big-segwenti l-Annessi VI u VII:"

[1]L-ANNESS VI

Dokument ta’ Informazzjoni Nru …

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li tirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura f’dak li għandhom xjaqsmu tas-sistema tal-wiper u washer (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta bl-iskala approprjata u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponent, jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) tal-kummerċ ġenerali:

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Kategorija tal-vettura (ċ):

0.5. Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA’ KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1 Ritratti u/jew disinni ta’ vettura rappreżentattiva:

2. MASES U DIMENSJONIJIET (e) (f’kg u mm)

2.6 Massa tal-vettura bil-karozzerija f’kundizzjoni li taħdem, jew massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma’ jiffittjax il-karrozzerija (inklużi l-likwidu tat-tkessiħ, żjut, karburanti, għodod, rota spare u s-sewwieq) (o) (mass. u min. għal kull verżjoni):

3. IMPJANT TAL-ENERĠIJA (q)

3.2.1.8 Enerġija netta massima (t): … kW fi … min-1

3.2.5 Sistema elettrika

3.2.5.1 Vultaġġ stmat: … V, pos./neg. ground (1)

3.2.5.2 Ġeneratur

3.2.5.2.1 Tip:

3.2.5.2.2 Output nominali: … VA

4. TRASMISSJONI(v)

4.7 Velocita’ massima tal-vettura u gear li bih din tintlaħaq (f’ km/h) (w):

9. KARROZZERIJA

9.4.1 Partikolarijiet tal-marki tar-referenza primarja f’dettal suffiċjenti sabiex tippermettilhom ikunu identifikati faċilment u l-pożizzjoni ta’ kull waħda f’relazzjoni ma’ l-oħrajn u mal-punt R biex jiġi vverifikat:

9.5.1 Windscreen

9.5.1.2 Metodu ta’ immuntar:

9.5.1.4 Numru(i) ta’ approvazzjoni:

9.6 Wiper(s) tal-windscreen

9.6.1 Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinni):

9.7 Washer tal-windscreen

9.7.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinni) jew, jekk approvata bħala unità teknika separata, in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

9.8 Tneħħija tas-silġ u tneħħija taċ-ċpar

9.8.2 Konsum elettriku massimu: … kW

9.10 Il-muntaġġi nterni

9.10.3 Sedili

9.10.3.5 Ko-ordinati jew disinn tal-punt R(x)

9.10.3.5.1 Sedil tas-sewwieq:

9.10.3.6 Disinn ta’ l-angolu ta’ wara tas-sedil

9.10.3.6.1 Sedil tas-sewwieq:

9.10.3.7 Medda ta’ aġġustament tas-sedil

9.10.3.7.1 Sedil tas-sewwieq:

9.10.5 Sistemi li jsaħħnu għall-kompartiment tal-passiġġier

9.10.5.3 Konsum elettriku massimu: … kW

L-ANNESS VII

Dokument ta’ Informazzjoni Nru …

li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala unità teknika separata tas-sistemi tal-washer tal-windscreen (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adattas u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhomkontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1 Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2 It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) kummerċjali ġenerali

0.5 Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.7 Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE:.

0.8 Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1 Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinn) li tiddentifika dawk il-komponenti li jistgħu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna.

1.2 Kwalunkwe restrizzjonijiet dwar l-użu u kondizzjonijiet tat-twaħħil.

"

5. Is-segwenti żewġ l-Annessi VIII u IX ġodda għandhom jiġu miżjuda:"

L-ANNESS VIII

MUDELL

+++++ TIFF +++++

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva 78/38/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni I

0.1 Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2 It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3 Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]

0.3.1 Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4 Kategorija tal-vettura [8]:

0.5 Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.7 Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE:.

0.8 Isem(ismijiet) u indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

Sezzjoni II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara appendiċi

2. Servizz tekniku risponsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3. Data tar-report tat-test:

4. Numru tar-report tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara appendiċi

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Appendiċi

Iċ- ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru …

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …

1. Informazzjoni addiżżjonali

1.1 Wiper, — numru ta’ blades:

Washer, | metodu ta’ ħidma:marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip (fejn japplika): |

5. Rimarki:

(eż. valida sew għal vetturi li jinsaqu minn naħa tax-xellug u għal vetturi li jinsaqu minn naħa tal-lemin)

L-ANNESS IX

MUDELL

+++++ TIFF +++++

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

tat-tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KEE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni I

0.1 Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2 It-tip u d-deskrizzjoni (deskrizzjonijiet) ġenerali tal-kummerċ:

0.3 Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]

0.3.1 Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4 Kategorija tal-vettura [8]:

0.5 Isem u indirizz tal-manifattur:

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara Appendiċi

2. Servizz tekniku risponsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3. Data tar-report tat-test:

4. Numru tar-report tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara Appendiċi

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Appendiċi

għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjon tat-tip tal-KEE Nru …

li jirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-unità teknika separata tas-sistemi tal-washer tal-windscreen fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1 Kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ l-użu u kondizzjonijiet ta’ twaħħil.

5. Rimarki:

".

[1] In-numri tal-punti u tan-noti ta’ qiegħ il-paġna wżati f’dan id-dokument ta’ l-informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex relevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra.

[1] Ħassar fejn ma japplikax

[2] Ħassar fejn ma japplikax

[3] Ħassar fejn ma japplikax

[4] Ħassar fejn ma japplikax

[5] Ħassar fejn ma japplikax

[6] Ħassar fejn ma japplikax

[7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

[8] Kif msemmi fl-Anness II A Direttiva 70/156/ZEE

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

Top