EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0065

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ta’ fl-14 ta’ Diċembru 1994 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għal produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam kapuljat upreparati tal-laħam

OJ L 368, 31.12.1994, p. 10–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 065 P. 242 - 262
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 065 P. 242 - 262
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 017 P. 93 - 114

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32004L0041

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/65/oj

31994L0065

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ta’ fl-14 ta’ Diċembru 1994 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għal produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam kapuljat upreparati tal-laħam

Official Journal L 368 , 31/12/1994 P. 0010 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0242
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0242
CS.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
ET.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
HU.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
LT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
LV.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
MT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
PL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
SK.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114
SL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 93 - 114


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE

ta’ f-14 ta’ Diċembru 1994

li tistabbilixxi r-rekwiżiti għal produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam kapuljat u preparati tal-laħam

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-laħam kapuljat u l-preparati tal-laħam inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II għat-Trattat; billi l-produzzjoni ta’ u n-negozju f’laħam kapulat u preparati tal-laħam jikkostitwixxu sors importanti ta’ introjtu għal parti tal-popolazzjoni tal-biedja;

Billi biex tassigura żvilupp razzjonali tal-industrija li tipproduċi dan il-laħam u biex iżżid il-produttività, regoli tas-saħħa pubblika għal produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ dan il-laħam jridu jitfasslu f’livell ta’ Komunità;

Billi t-twaqqif ta dawn ir-regoli jtejjeb il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u konsegwentament jiffaċilita t-tlestija tas-suq intern;

Billi, biex tikseb dan l-iskop, huwa neċessarju li titħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/657/KEE ta’ l-14 Diċembru 1988 li twaqqaf ir-rekwiżiti għal produzzjoni ta’, u kummerċ f’ laħam kapuljat, laħam f’biċċiet ta’ anqas minn 100 gramma u preparati tal-laħam u emendi tad Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE u 72/462/KEE [4], u li tissostitiwixxha b’din id-Direttiva;

Billi laħam li m’għaddhiex minn trattament — minbarra trattament ta’ kesħa — huwa soġġett ta’ rekwiżiti tad-Direttivi 64/433/KEE [5] u 71/118/KEE [6]; billi l-prodotti li għaddew minn trattament li jimmodifika l-karatteristiċi ta’ laħam frisk huma rregolati bid-Direttiva 77/99/KEE [7]; mentri l-produzzjoni ta’ prodotti oħra, kemm jekk preżentati fil-forma ta’ laħam kapuljat jew preparati tal-laħam, għandhom riżultat ta’ dan ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

Billi biex ikunu ikkonsidrati d-drawwiet ta’ konsum f’ċertu Stati Membri, u tar-riskju preżentat minn ftit minn dawn il-prodotti jekk jittieklu ftit imsajjra, għandhom jinżammu rekwiżiti stretti għal laħam kapuljat u preparati tal-laħam li jistgħu jiġu negozjati;

Billi l-kriterju fundamentali li trid taddotta l-Komunità dwar il-funzjonament tas-suq intern huwa dak ta’ standard għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur;

Billi id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel [8] u d-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar indikazzjonijiet jew marki li jiddentifikaw il-grupp li għaliha jappartjenu l-oġġetti ta’ l-ikel [9] huma applikabli;

Mentri għandha tiġi introdotta sistema ta’ approvazzjoni għall-istabbilimenti li josservaw rekwiżiti tas-saħħa stabbiliti b’din id-Direttiva, flimkien ma’ proċedura ta’ spezzjoni tal-Komunità biex tassigura li l-kondizzjonijiet għal din l-approvazzjoni jiġu osservati;

Billi dik is-sistema għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ self-monitoring mill-istabbiliment;

Billi health marking ta’ prodotti tal-laħam huwa l-aħjar mod kif tissodisfa l-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni li konsenja tosserva d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; mentri ċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinżamm għal skopijiet ta’ verifika tad-destinazzjoni ta’ ċertu prodotti;

Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri ta’ salvagwarda stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet veterinarji dwar prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi oħra [10] għandhom japplikaw hawn;

Billi, fil-kuntest ta’ negozju fil-Komunità, għandhom ikunu applikati wkoll ir-regoli mwaqqfa fid-Direttiva 89/662/KEE [11];

Billi r-regoli applikabbli lill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra għandhom ikunu definiti;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bix-xogħol ta’ adozzjoni ta’ ċertu miżuri għal implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; mentri, għal dik il-fini, għandhom jitfasslu proċeduri li jwaqqfu kooperazzjoni viċina u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għal produzzjoni, tpoġġija fis-suq fl-Unjoni u l-importazzjoni ta’ preparati tal-laħam u laħam kapuljat.

2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal preparati tal-laħam u laħam kapuljat li huma prodotti f’negozji ta’ l-imnut jew f’postijiet biswit sales points, bil-ħsieb li tbiegħ hemm direttament lil konsumatur finali, dawn l-operazzjonijiet jibqgħu soġġetti għal spezzjonijiet tas-saħħa rikjesti mir-regoli nazzjonali li jirregolaw is-sorveljanza tan-negozju ta’ l-imnut.

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal laħam mekkanikament irkuprat għal użu industrijali li jgħaddi minn trattament tas-sħana fi stabbilimenti approvati skond id-Direttiva 77/99/KEE.

4. Regoli nazzjonali applikabli għal produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam kapuljat maħsub għal użu bħala materjal nej għal manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 21(a) jibqgħu mhux affetwati b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Għal skopijiet ta’ din id-Direttiva:

1. id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE u 72/462/KEE [12] għandhom jgħoddu kif neċessarju;

2. għandhom jgħoddu dawn id-definizzjonijiet;

(a) laħam kapuljat: laħam li ġie mqatta’ f’biċċiet jew għadda minn spiral-screw mincer;

(b) preparati tal-laħam: laħam skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE u 92/45/KEE [13], ta’ laħam li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 6 u 8 tad-Direttiva 91/495/KEE [14] li kellha oġġetti ta’ l-ikel, ħwawar jew additivi miżjuda jew għaddiet minn trattament insuffiċjenti biex jimmodifika l-istruttura interna ċelllulari u għalhekk tikkawża l-karatteristiċi ta’ laħam frisk biex jisparixxu;

(ċ) ħwawar: melħ maħsub għal konsum uman, mustarda, spezji u estratti ta’ spezji aromatiċi, ħwawar aromatiċi u estratti aromatiċi tagħhom;

(d) pjanta ta’ produzzjoni: kwalukwe impjant li fih prodott laħam kapuljat jew preparati tal-laħam:

- li jinsab f’impjant għat-tqattigħ u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I ma din id-Direttiva,

- li fil-każ tal-produzzjoni ta’ preparati tal-laħam, jinsab fi stabbiliment li josserva r-rekwiżiti tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva,

- li, jekk ma jinsabx fil-post ta’, jew fl-Anness ma’, stabbiliment approvat taħt id-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE jew 77/99/KEE, josserva r-rekwiżiti ta’ punt 2 tal-Kapitolu I jew punt 2 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I għal din id-Direttiva;

(e) kummerċ: kummerċ bejn l-Istati Membri skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9(2) tat-Trattat;

(f) awtorità kompetenti: l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kompetenti biex twettaq spezzjonamenti veterinarji jew xi awtorità li lilha iddelegat dak il-poter.

IL-KAPITOLU II

It-Tqegħid fis-suq ta’ laħam kapuljat

L-Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li laħam frisk biss miksub minn animali bovini, ħnieżer, ngħaġ jew mogħoż u ppreżentat fil-forma ta’ laħam kapuljat, li josserva dawn ir-rekwiżiti huwa negozjat:

(a) kellu jkun preparat minn striated muscle [15] — barra muskolu tal-qalb — li josserva r-rekwiżiti ta’:

(i) L-Artikolu 3 tad-Direttiva 64/433/KEE; jew

(ii) Id-Direttiva 72/462/KEE;

u ġie spezzjonat skond id-Direttiva 90/675/KEE.

Fil-każ ta’ laħam tal-majjal frisk, hemm bżonn li kien ġie eżaminat għal trichinae skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/96/KEE [16] jew għadda minn trattament kiesaħ kif imsemmi fl-Anness IV għal dik id-Direttiva;

(b) kellu jkun preparat, skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu II ta’ l-Anness I fl-impjant li:

(i) josserva r-rekwiżiti ta’ punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I, u

(ii) ġie approvat u inkluż fil-lista (i) skond l-Artikolu 8(1);

(ċ) kellu jiġi spezzjonat skond il-Kapitolu V ta’ l-Anness I u ma’ l-Artikolu 8;

(d) jrid ikun mmarkat u ttikkettjat skond l-Kapitolu VI ta’ l-Anness I;

(e) irid ikun ġie mgeżwer, ppakkjat u maħżun skond id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Kapitoli VII u VIII ta’ l-Anness I;

(f) jrid ikun ġie trasportat skond il-Kapitolu IX ta’ l-Anness I;

(g) waqt it-trasport jrid ikun akkumpanjat b:

(i) dokument kummerċjali li jakkumpanja li jrid:

- jiġi mtella’ mill-istabbiliment li jibgħat,

- ikollu n-numru ta’ approvazzjoni veterinarju ta’ l-impjant ta’ produzzjoni approvat u fil-każ ta’ laħam kapuljat friżat, ix-xahar u s-sena ta’ friża b’mod ċar,

- għal laħam kapuljat maħsub għal Finlandja u l-Isvezja, jkollhom wieħed mill-indikazzjonijiet li hemm provduti fit-tielet inċiz tal-Parti IV ta’ l-Anness IV għad-Direttiva 64/433/KEE;

- tinżamm mill-konsenjatarju biex b’hekk tkun tista’ tiġi prodotta fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti. Data tal-kompjuter trid tkun stampata fuq talba ta’ l-awtorità fuq imsemmija.

Iżda, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti fl-Stat Membru ta’ destinazzjoni, għandu jkun provdut ċertifikat tas-saħħa meta laħam ikun maħsub għall-esportazzjoni għal pajjiż ieħor wara li jitqatta’. L-ispiża ta’ tali ċertifikazzjoni tkun fuq l-operaturi:

(ii) ċertifikat tas-saħħa skond l-Anness III, fil-każ ta’ laħam kapuljat minn impjant ta’ produzzjoni li jinsab f’reġjun jew żona ristretta jew laħam kapuljat li għandu jintbagħat fi Stat Membru ieħor, wara transitu minn pajjiż ieħor fit-trakk siġġillat.

2. Laħam kapuljat għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin flimkien ma ’dawk imniżżla fil-paragrafu 1:

(a) laħam frisk li minnu jkun miksub irid:

(i) fejn ġie friżat jew surġelat, ikun miksub minn laħam ta’ l-għadma frisk li kien maħżun għal mhux aktar minn 18-il xahar għaċ-ċanga u l-vitella, 12-il xahar għal laħam tan-ngħaġ u sitt xhur għal laħam tal-majjal, wara friża jew surġelazzjoni, f’maħżen kiesaħ approvat skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE. Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtoriżża boning ta’ laħam tal-majjal u laħam tan-ngħaġ fil-post immedjatament qabel tqattgħu fejn din l-operazzjoni sseħħ f’kondizzjonijiet sodifaċenti ta’ iġjene u kwalità;

(ii) fejn ġie mkessaħ, jintuża:

- f’mhux aktar minn sitt ijiem wara l-qatla ta’ l-animali, jew

- f’mhux aktar minn 15-il ġurnata wara l-qatla ta’ l-annimali fil-każ ta’ ċanga u vitella boned, vacuum-packed;

(b) il-laħam kapuljat jrid ikun għadda minn trattament kiesaħ f’perijodu ta’ mhux aktar minn siegħa wara li tqatta u tgeżwer, barra meta jintużaw l-proċessi li jeħtieġu li titbaxxa t-temperatura interna tal-laħam waqt il-produzzjoni;

(ċ) il-laħam kapuljat irid ikun ippakkjat u ppreżentat f’waħda minn dawn il-forom:

(i) imkessaħ u f’dan il-każ miksub minn laħam kif deskritt f(a)(ii) u mkessaħ għal temperatura interna anqas minn + 2 °C fl-iqsar żmien possibbli.

Iżda, iż-żieda ta’ kwantità limitata ta’ laħam friżat li jissodisfa l-kondizzjonijiet mniżżla f’(a)(i) jkun awtoriżżat biex jaċċelera l-proċess ta’ refriġirazzjoni sakemm dan jissemma fuq it-tikketta. F’dawn il-każijiet, il-perijodu msemmi fuq ma jridx ikun aktar minn siegħa;

(ii) surġelat, u f’dan il-każ miksub mil-laħam kif deskritt f’(a) u mkessaħ għal temperatura interna baxxa aktar minn - 18 °C malajr kemm jista jkun, skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 89/108/KEE [17];

(d) il-laħam kapuljat ma jridx ikun soġġett għal radjazzjoni ionizzanti jew trattament ultravjoletta;

(e) id-deskrizzjonijiet f’Taqsima 1 ta’ l-Anness II, possibbilment kombinat bl-isem ta’ l-ispeċi ta’ l-annimal li minnu nkiseb il-laħam, jista jintuża fuq pakketti biss jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima II huma osservati għal dawk l-indikazzjonijiet.

3. Laħam kapuljat li għalih mhux aktar minn 1 % melħ ġie miżjud jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 4

1. Biex tieħu f’konsiderazzjoni drawwiet partikolari ta’ konsum u waqt li tassigura li r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, Stati Membri jistgħu jawtoriżżaw il-produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam kapuljat biex jinbiegħ fit-territroju tagħhom kiseb biss:

(a) mil-laħam imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

(b) minn impjanti ta’ produzzjoni li huma approvati jew irreġistrati u għandhom il-postijiet imsemmija fl-Anness I;

(ċ) b’ deroga minn

(i) punt 4 tal-Kapitolu VI ta’ l-Anness I;

(ii) l-Artikolu 3(1)(f) u (g) u l-Artikolu 3(2), barra għall-ewwel, tieni u tielet inċiz ta’ l-Anness II, punt 1;

2. Laħam kapuljat miksub skond dan l-Artikolu ma jridx ikollu l-marka tas-saħħa pprovduta fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness I.

3. Stat Membru li jixtieq jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandu jinnotifika lill Kummissjoni bin-natura tad-derogi li bi ħsiebu jagħti.

Jekk il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Istat Membru kkonċernat, tikkunsidra li d-derogi jonqsu milli jiggarantixxu standard ta’ saħħa provdut f’din id-Direttiva, għandhom jittieħdu passi xierqa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

Inkella, l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-miżuri notifikati lilha.

IL-KAPITOLU III

It-Tqegħid fis-suq ta’ preparati tal-laħam

L-Artikolu 5

1. Preparati tal-laħam skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(b) jistgħu jiġu nnegozjati biss jekk:

(a) ġew preparati minn laħam frisk, minbarra laħam minn solipeds, li:

(i) jħarsu l-Artikolu 3 tad-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

(ii) fil-każ ta’ laħam importat, josserva d-Direttiva 72/462/KEE jew il-Kapitolu III tad-Direttivi 71/118/KEE u 92/45/KEE u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 6 u 8 tad-Direttiva 91/495/KEE, jew il-Kapitolu 11 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 92/118/KEE [18] u jiġu spezzjonati skond id-Direttiva 90/675/KEE. Fil-każ ta’ laħam tal-majjal frisk, hemm bżonn li jkun ġie eżaminat għal trichinae skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/96/KEE jew għadda minn trattament kiesaħ kif imsemmi fl-Anness IV għal dik id-Direttiva;

(b) ġew preparati f’wieħed mill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 2(2)(d) li:

(i) josservaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu III ta’ L-Anness I; u

(ii) ġie approvat u inkluż fil-lista(i) skond l-Artikolu 8(1);

(ċ) nkisbu minn laħam li, jekk ġie ssurġelat, irid jintuża f’perijodu massimu wara l-qatla ta’ 18-il xahar għaċ-ċanga u l-vitella, 12-il xahar għal laħam tan-nagħġa u l-laħam tal-mogħoż, il-laħam ta’ tiġieġ, il-laħam tal-fenek u farmed game meat u sitt xhur għal laħam minn speċi oħra;

Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza boning ta’ laħam tal-ħanżir u laħam tan-ngħaġ f’dak il-post immedjatament qabel il-preparazzjoni, sakemm din l-operazzjoni ssir f kondizzjonijiet sodisfaċjenti ta’ l-iġjene u l-kwalità.

(d) tgeżwru u fejn għandhom jitpoġġew fis-suq:

(i) kiesaħ, għandhom jitkessħu malajr kemm jista’ jkun għal temperatura interna inqas minn + 2 °C għal preparati tal-laħam miksuba minn laħam kapuljat, + 7 °C għal preparati miksuba minn laħam frisk, + 4 °C għal preparati ta’ laħam ta’ tiġieġ u + 3 °C għal preparati li fihom fdalijiet ta’ laħam;

(ii) suġelat, għandhom jitkessħu għal temperatura interna aktar baxxa minn - 18 °C malajr kemm jista’ jkun, skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 89/108/KEE.

2. Preparati tal-laħam jridu josservaw dawn ir-rekwiżiti ma’ dawk imniżżla fil-paragrafu 1:

(a) jrid ikun ġie ppreparat skond il-Kapitolu IV ta’ l-Anness I;

(b) kellu jiġi spezzjonat skond l-Artikolu 8 u l-Kapitolu V ta’ l-Anness I;

(ċ) jrid ikun immarkat u ttikkettjat skond il-Kapitolu VI ta’ l-Anness I;

(d) jridu jiġu mgeżwrin u ppakkjati skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I u maħżuna skond il-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I;

(e) jridu jiġu ttrasportati skond il-Kapitolu IX ta’ l-Anness I;

(f) waqt it-trasport jridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa skond l-Anness V, li jrid jinżamm minn konsenjatarju għal perijodu ta’ mhux inqas minn sena għal preżentazzjoni fuq talba lill-awtorità kompetenti.

3. Bl-eċċezzjoni ta’ zalzett frisk u laħam taz-zalzett, preparati tal-laħam miksuba minn laħam mqatta’ ta’ annimali maqtula jista jiġi negozjati biss jekk josservaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3.

4. Waqt l-introduzzjoni possibbli tar-regoli tal-Komunità dwar ionizzazzjoni, preparati tal-laħam ma jridux ikunu soġġetti għar-radjazzjoni ionizzanti. Id-dispożizzjonijiet ma jaffetwax regoli nazzjonali applikabbli lill-ionizzazzjoni għal skopijiet mediċi.

5. L-Istati Membri jistgħu, għall-iskop ta’ l-approvazzjoni tagħhom, jagħtu impjanti ta’ fabbrikazzjoni li jimmanifatturaw preparati tal-laħam mingħajr struttura jew derogi ta’ kapaċità ta’ produzzjoni mir-rekwiżiti tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I għad-Direttiva u minn ta’ Kapitolu I ta’ l-Anness B għal id-Direttiva 77/99/KEE u tal-Kapitolu I(2)(a) (dwar il-viti) u punt 11 (dwar il-kaxxarizzi) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE. Oltre dan, jistgħu jingħataw derogi minn punt 7 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 77/99/KEE fejn huma maħżuna materjali oriġinali u prodotti lesti.

Iżda, f’dan il-każ, l-istabbiliment jrid ikollu mill-inqas:

(i) kamra jew post sigur għal ħażna ta’ materjali friski, jekk issir din il-ħażna;

(ii) kamra kiesħa jew post sigur għal ħażna ta’ prodotti lesti, jekk iseħħ din il-ħażna.

l-Artikolu 6

1. Biex tieħu f’konsiderazzjoni drawwiet partikolari ta’ konsum u waqt li tassigura li r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ preparazzjonijeit tal-laħam biex jinbiegħ fit-territorju tagħhom kiseb biss:

(a) minn laħam imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

(b) minn impjanti ta’ produzzjoni li huma approvati jew reġistrati u għandhom il-postijiet imsemmija fil-Kapitolu III ta’ l-Anness I;

(ċ) b’ deroga minn:

- punti (b) u (d) tal-Kapitolu VI ta’ l-Anness I,

- l-Artikolu 5(1)(ċ) u (d),

- punt 4 tal-Kapitolu VI ta’ l-Anness I,

- l-Artikolu 5(2)(e) u (f) u l-Artikolu 5(3).

2. Preparati tal-laħam miksuba skond il-paragrafu 1 ma jridx ikollu l-marka tas-saħħa provduta fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness I.

3. Stat Membru li jixtieq jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jinnotifika lill Kummissjoni bin-natura tad-derogi li bi ħsiebha tagħti.

Jekk il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Istat Membru konċernat, tikkunsidra li d-derogi jonqsu milli jigarantixxu standard ta’ saħħa provdut f’din id-Direttiva, jittieħdu passi xierqa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

Inkella, il-Kummissjoni tinforma lil Istati Membri bil-miżuri notifikati lilha.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri jassiguraw li l-operatur jew il-manager ta’ l-impjant ta’ produzzjoni jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li, fl-istadji kollha ta’ produzzjoni, jiġu mħarsa d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

Għal dak l-għan, dawn il-persuni jridu josservaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 u 6 tad-Direttiva 93/43/KEE [19] u, barra minn hekk, b’mod kostanti jagħmlu spezzjonijiet tagħhom b’konformità ma dawn il-prinċipji:

- tiċċekja l-materjali nejjin li jidħlu fl-stabbiliment biex tassigura konformità mal-kriterji fl-Anness II u IV dwar il-prodott finali,

- tiċċekja l-metodi ta’ ndafa u disinfettazzjoni,

- tieħu l-kampjuni għal analiżi f’laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti,

- iżomm traċċi miktuba jew rekordjati ta’ l-informazzjoni rikjesta skond l-inċiz preċedenti bil-ħsieb li tissotomettiha lil awtorità kompetenti. Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet differenti u provi b’mod partikolari jinżammu għal perijodu ta’ mill-inqas sentejn, ħlief fil-każ ta’ prodotti kiesħa li għalihom dan il-perijodu jista’ jitnaqqas għal sitt xhur wara d-data ta’ użu tal-prodott,

- tipprovdi garanziji għal awtorità kompetenti dwar l-amministrazzjoni tal-marka tas-saħħa, partikolarment it-tikketti li għandhom il-marka tas-saħħa,

- meta l-eżami tal-laboratorju jew xi informazzjoni oħra fid-dispożizzjoni tagħhom turi li hemm riskju tas-saħħa, jinforma lil awtorità kompetenti b’dan ikollu,

- fil-każ ta’ riskju għas-saħħa immedjat, tirtira mis-suq il-kwantità ta’ prodotti miksuba f’kondizzjonijiet teknoloġiċi simili u x’aktarx jippreżentaw l-istess riskju. Din il-kwantità rtirata trid tibqa’ taħt sorveljanza u kontrolll ta’ l-awtorita kompetenti sakemm tiġi distrutta, użata għal skopijiet li ma jkunx għall-konsum uman jew, wara awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti proċessata mill-ġdid f’manjiera xierqa biex tassigura sigurtà.

2. Għal skopijiet ta’ spezzjoni, l-operatur jew manager ta’ l-istabbiliment jrid jassigura li l-ippakkjar ta’ prodotti għandu indikazzjoni ċara u tinqara tat-temperatura li fiha jridu jiġu trasportati prodotti u maħżuna, kif ukoll data ta’ l-użu għal prodotti surġelati jew data minima ta’ konservazzjoni għal prodotti kiesħa.

L-operatur jew manager ta’ l-istabbiliment jrid jirranġa jew iwaqqaf programm ta’ tħarriġ ta’ l-istaff li jippermetti ħaddiema jħarsu kondizzjonijiet ta’ produzzjoni iġjenika adattati għall-istruttura tal-produzzjoni, ħlief jekk dan l-istaff diġà għandhom kwalifiki adegwati attestati b’ diplomi.

L-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment trid tkun involuta fl-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-programm.

3. Jridu jitwettqu testijiet mikrobioloġiċi fuq laħam kapuljat kif imsemmi fl-Artikolu 3 u preparati tal-laħam kapuljat kif imsemmi fl-Artikolu 5 kuljum u għal inqas darba fil-ġimgħa fuq laħam imqatta’ ieħor u preparati tal-laħam. Dawn il-provi jridu jsiru jew fl-impjant ta’ produzzjoni, jekk rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, jew f’laboratorju approvat.

Il-kampjun li ttieħed għall-analiżi għandu jikkonsisti f’ħames unitajiet u jirrapreżenta produzzjoni ta’ kuljum. Kampjuni ta’ preparati tal-laħam iridu jittieħdu mill-fond tal-muskolu wara li l-ġilda ġiet maħruqa.

Il-provi mikrobioloġiċi jridu jsiru skond metodi pruvati li huma xjentifikament rikonoxxuti, b’mod partikolari dawk imniżżla f’Direttivi tal-Komunità jew standards oħra internazzjonali.

Ir-riżultati ta’ provi mikrobioloġiċi jridu jkunu assesjati bl-użu ta’ kriterji għal interpretazzjoni stabbiliti fl-Anness II f’każ ta’ laħam kapuljat u preparati tal-laħam miksub minn laħam kapuljat ta’ annimali maqtula, barra għal zalzett frisk u laħam taz-zalzett, skond kriterji fl-Anness IV f’każ ta’ preparati oħra tal-laħam.

F’każ ta’ tilwim li jqum fin-negozju, Stati Membri jirrikonoxxu l-metodi tal-EN bħala metodi ta’ referenza.

4. Ir-rekwiżiti dwar auto-monitoraġġ għandhom isiru flimkien ma’ l-awtorità kompetenti, li regolarment trid tara li jitħarsu.

5. L-arranġamenti għal implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’każijiet fejn japplika l-paragrafu 1, għandhom ikunu ddettaljati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 8

1. Kull Stat Membru għandu jagħmel lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam kapuljat jew preparati tal-laħam, u jagħmel distinzjoni bejn dawk approvati taħt l-Artikolu 3 u 5 u dawk reġistrati taħt l-Artikoli 4 u 6. Għandu jibgħat wkoll lista ta’ l-impjanti ta’ produzzjoni approvati taħt l-Artikoli 3 u 5 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Għandha tassenja lil kull impjant ta’ produzzjoni n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-impjant imwaqqaf skond id-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE, 77/99/KEE, 91/495/KEE jew 92/45/KEE b’indikazzjoni li ġie approvat għal produzzjoni ta’ laħam kapuljat jew preparati tal-laħam, u għal kull unità ta’ produzzjoni indipendenti, numru ta’ approvazzjoni individwali.

Numru wieħed ta’ approvazzjoni jista’ jingħata lil:

(i) stabbiliment li jagħmel preparati miksuba minn jew permezz ta’ materjali nejjin koperti b’aktar minn Direttiva waħda msemmija fis-subparagrafu li ġej:

(ii) stabbiliment li jinsab fl-istess post bħal stabbiliment approvat skond l-Artikolu 2 ta’ waħda mid-Direttivi fuq imsemmija.

L-impjanti ta’ produzzjoni għalhekk approvati għandhom jiddaħħlu jew għal produzzjoni ta’ laħam kapuljat jew għal dawk ta’ preparati tal-laħam f’kolonna separata fil-lista ta’ stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 71/118/KEE, l-Artkolu 8 tad-Direttiva 77/99/KEE jew dik imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/45/KEE u, fil-każ ta’ unità ta’ produzzjoni indipendenti, fuq lista separata mtella skond l-istess kriterji.

L-awtorità kompetenti ma tapprovax stabbiliment sakemm tkun sodisfatta li tħares din id-Direttiva fir-rigward tan-natura ta’ l-attivitajiet tagħha. Iżda, jekk stabbiliment li jfittex approvazzjoni skond din id-Direttiva jifforma parti integrali ta’ stabbiliment approvat taħt id-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE, 79/99/KEE jew 92/45/KEE, il-post, it-tagħmir, u l-istallazzjonijiet għal staff u, ġeneralment, il-postijiet kollha fejn m’hemmx riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ materjali nejjin jew prodotti mhux imgeżwra jistgħu jkunu komuni għal żewġ stabbilimenti.

2. Impjanti ta’ produzzjoni jridu jibqgħu taħt il-kontrolll ta’ l-awtorità kompetenti, li tispezzjona u tissorveljhom b’din il-frekwenza:

- għal impjanti ta’ produzzjoni annessi ma’ impjanti tat-tqattigħ: l-istess frekwenza bħal l-imsemmija impjanti tat-tqattigħ,

- għal impjanti ta’ produzzjoni approvati li jipproduċu il-prodotti msemmija fl-Artikolu 3: għal inqas darba f’ġurnata waqt il-produzzjoni ta’ laħam kapuljat,

- għal impjanti oħra ta’ produzzjoni: il-bżonn ta’ preżenza permanenti u perjodika ta’ l-awtorità kompetenti f’ċertu stabbiliment fuq id-daqs ta’ l-istabbiliment, it-tip ta’ prodott manifatturat, risk assessment u garanziji offruti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1).

L-awtorità kompetenti trid fil-ħinijiet kollha jkollha aċċess liberu għall-partijiet kollha ta’ l-istabbiliment biex tassigura li din id-Direttiva tiġi osservata u, fejn m’hemmx dubju dwar l-oriġini tal-laħam, għal dokumenti ta’ kontabilità li jippermettu l-post tal-qtil jew stabbiliment ta’ oriġini ta’ materjal nej u, dwar osservanza mal-kriterji stabbiliti fl-Anness II u IV, għar-riżultati ta’ awto-monitoraġġ provduti fl-Artikolu 7, inkluż ir-riżultat ta’ spezzjonijiet fuq materjali nejjin. F’każ ta’ data tal-kompjuter trid tiġi stampata fuq talba ta’ l-awtorità fuq imsemmija.

L-awtorità kompetenti għandha regolarment tanaliżża r-riżultati ta’ spezzjonijiet provduti fl-Artikolu 7. Tista’, fuq bażi ta’ dawn l-analiżi, twettaq eżamijiet oħra fl-istadji kollha ta’ produzzjoni jew fuq il-prodotti.

In-natura ta’ dawn l-ispezzjonijiet, il-frekwenza tagħhom u l-metodi ta’ kampjuni u ta’ twettiq ta’ eżamijiet mikrobioloġiċi jitwaqqfu taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet għandhom jitfasslu f’rapport, il-konklużjonijiet jew rakkomandazzjonijiet li dwarhom jinnotifikaw lil operatur jew manager ta’ l-istabbiliment, li jkun obbligat jirranġa in-nuqqasijiet li nnota bil-ħsieb li tittejjeb l-iġjene.

L-awtorità kompetenti tista’, meta twettaq dawn l-ispezzjonijiet, tkun assistita minn assistenti li għandhom il-kwalifiki professjonali speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 64/433/KEE jew fl-Anness III għad-Direttiva 71/118/KEE.

3. Meta l-awtorità waqt spezzjonijiet li jsiru skond il-Kapitolu V ta’ l-Anness I issib, li hemm non-osservanza kontinwa waqt awto-monitoraġġ bil-kriterji stabbiliti fl-Annessi II u IV, għandha tintensifika l-miżuri għal monitoraġġ tal-produzzjoni ta’ l-istabbiliment konċernat, u tista’ taqbad tikketti u oġġetti oħra li għandhom il-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness I.

Jekk, wara l-iskadenza ta’ 15-il ġurnata, ir-riżultat mill-impjanti ta’ produzzjoni jibqa’ jonqos li josserva l-istandards fuq imsemmija, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet innutati u jekk neċessarju jirrikjedi prodotti mill-istabbiliment konċernat biex jgħaddu minn trattament tas-sħana. Jekk dawn il-miżuri mhumiex adegwati, l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment għandha tkun sospiża.

4. Meta l-awtorità kompetenti ssib nuqqas ovvju tat-tħaris ta’ regoli iġjeniċi stabbiliti b’din id-Direttiva jew l-ostakoli għal spezzjoni tas-saħħa adegwata:

(i) ikollha awtorità taġixxi dwar l-użu ta’ tagħmir jew postijiet u tieħu miżuri rekwiżiti li jistgħu jaslu biex inaqqsu r-rata ta’ produzzjoni jew temporanjament jissospendu il-proċess ta’ produzzjoni;

(ii) fejn dawn il-miżuri jew il-miżuri pprovduti fl-aħħar inċizi ta’ l-Artikolu 7(1) kienu insuffiċjenti biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, temporanjament tissospendi l-approvazzjoni, jekk xieraq, għat-tip ta’ produzzjoni kkonċernata.

Jekk l-operatur jew manager ta’ l-istabbiliment ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet innutati f’perijodu fissat mill-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tirtira l-approvazzjoni.

l-awtorità kompetenti fil-kwistjoni b’mod partikolari għandha tkun obligata tħares il-konklużjonijiet ta’ xi spezzjoni li sar skond l-Artikolu 9.

L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati bis-sospensjoni jew irtirar ta’ l-approvazzjoni.

5. Fil-każ ta’ repetizzjoni ta’ nuqqasijiet, għandhom jiżdiedu spezzjonijiet u, fejn xieraq, għandhom jitneħħew tikketti, siġġilli jew oġġetti oħra li għandhom l-istess marka tas-saħħa.

6. L-arranġamenti għal implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dettalji ta’ għajnuna mill-assistenti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 9

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sakemm neċessarju għal applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu spezzjonijiet fil-post. Biex tagħmel dan, jistgħu jivverifikaw, billi ikun iċċekkjat persentaġġ rappreżentattiv ta’ impjanti ta’ produzzjoni, kemm jekk l-awtoritajiet kompetenti huma, f’manjiera uniformi, qed jassiguraw li dawn l-impjanti qed iħarsu id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 (awto-monitoraġġ).

Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru meta spezzjonijiet oħra qed isiru minn esperti tal-Kummissjoni skond leġislazzjoni tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri oħra bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed isir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha neċessarja lill-esperti fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali biex tapplika dan l-Artikolu — b’mod partikolari dawk maħsuba biex jirregolaw proċeduri għal kooperazzjoni ma awtoritajiet nazzjonali — għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 10

Għandhom jgħoddu id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar l-ispezzjonijiet veterinarji f’kummerċ fil-Komunità bil-ħsieb li jitkompla s-suq intern, b’mod partikolari dwar l-organizzazzjoni ta’ u l-azzjoni li trid tittieħed fuq l-spezzjonijiet li saru mill-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagwarda li jridu jiġu applikati.

L-Artikolu 11

Kull żieda ta’ addittivi għal laħam kapuljat jew preparati tal-laħam koperti b’din id-Direttiva għandhom isiru b’mod konformi mad-Direttiva 94/36/KEE [20].

L-Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti fejn huwa suspettat li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma ġewx imħarrsa jew hemm dubju dwar jekk il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma tajba għal konsum, għandha tagħmel kull spezzjoni li tħoss xieraq.

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-penali li għandhom ikunu applikati fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

IL-KAPITOLU V

Id-diżposizzjonijiet applikabbli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ preparati tal-laħam u laħam kapuljat

L-Artikolu 13

I. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li importazzjonijiet ta’ laħam kapuljat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 li ġie surġelat fl-impjant ta’ oriġini tal-produzzjoni u preparazzjonijiet tal-laħam li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 li ġie surġelat fl-impjant ta’ produzzjoni ta’ oriġini mhux awtorizzati sakemm josservaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

A. Il-garanziji pprovduti mill-impjant ta’ produzzjoni ta’ oriġini u konfermati mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor dwar osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti għat-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini tal-Komunità miksuba skond l-Artikolu 3 u 5 għandhom jiġu approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

B. Għal skopijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ A, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li jmiss.

1. Biex jiġi impurtat fil-Komunità, laħam kapuljat surġelat kif imsemmi fl-Artikolu 3 u preparati tal-laħam surġelati kif imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom:

(a) jiġu minn pajjiżi oħra jew parti ta’ pajjiżi oħra li minnhom mhux projbiti importazzjonijiet fuq raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali skond id-Direttiva 91/494/KEE [21], 92/118/KEE, 72/462/KEE u 92/45/KEE;

(b) jiġu minn pajjiż ieħor fuq il-listi magħmula skond id-Direttivi li jirregolaw saħħa u aspetti tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jiġu osservati għall-importazzjonijiet ta’ laħam użat fil-preparati u joffri l-garanziji pprovduti f’din id-Direttiva;

(ċ) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ l-annimali u saħħa pubblika li għandu jsir skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 supplimentat b’dikjarazzjoni iffirmata minn veterinarju uffiċjali għal effett li dan il-laħam kapuljat u dawn u dawn il-preparazzjonijiet tal-laħam josservaw rispettivament ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5, jiġu minn stabbilimenti li joffru garanziji provduti fl-Anness I, u ġew surġelati fl-impjant ta’ produzzjoni ta’ oriġini.

2. Dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20:

(a) lista tal-Komunità ta’ stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiziti f’(b). Waqt il-kumpilazzjoni tal-lista, l-Istati Membri huma awtorizzati jżommu l-kontrollli li hemm provduti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 90/675/KEE u ċertifikat tas-saħħa nazzjonali rikjest għall-istabbilimenti li kienu soġġetti għal approvazzjoni nazzjonali;

(b) il-kondizzjonijiet speċifiċi dawr ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, li ma jkunux dawk li jippermettu laħam li jiġi eskluż minn konsum uman skond id-Direttiva 64/433/KEE u 71/118/KEE. Kondizzjonijiet u garanzji simili ma jistgħux ikunu inqas strinġenti minn dawk imniżżla fl-Artikoli 3 u 5.

Waqt id-deċiżjonijiet imsemmija f’ (a) u (b), l-importazzjonijiet minn stabbilimenti approvati taħt id-Direttiva 72/462/KEE li dwarhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiggarantixxu li jiġu osservati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, li jistgħu jkunu awtorizzati mid-data stabbilita fl-Artikolu 22.

3. Esperti mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jiċċekjaw:

(a) il-garanziji mogħtija minn pajjiż ieħor dwar il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u tpoġġija fis-suq;

(b) jekk humiex osservati il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet ikunu appuntati mill-Kummissjoni, fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet jsiru f’isem il-Komunità, li għandha ġġor l-ispiża ta’ l-infiq f’dan l-aspett. Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawn l-ispezzjonijiet ikunu ddeterminati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

4. Waqt l-organizzazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, regoli nazzjonali applikabli għall-inspezzjoni f’pajjiżi oħra jkomplu japplikaw, soġġett għan-notifika minn Kumitat Veterinarju Permanenti ta’ xi nuqqas biex tħares regoli ta’ iġjene misjuba waqt l-ispezzjonijiet.

II. Taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19, jistgħu jsiru derogi mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 14

Il-listi li hemm provduti fl-Artikolu 13(I)(B)(2) jista’ jkun fihom pajjiżi oħra jew partijiet minn pajjiżi oħra:

(a) li minnu mhux projbiti l-importazzjonijiet skond l-Artikoli 9 sa 12 tad-Direttiva 91/494/KEE u l-Artikoli 14, 17 u 20 tad-Direttiva 72/462/KEE;

(b) li, minħabba l-leġislazzjoni tagħhom u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta’ spezzjoni tagħhom, il-poteri ta’ dawn is-servizzi, u s-sorveljanza li huma soġġetti għaliha, ġew rikonoxxuti, skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 72/462(KEE) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 91/494/KEE, bħala kapaċi jiggarantixxu u jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni fis-seħħ, jew is-servizzi veterinarji li huma kapaċi jiggarantixxu li jiġu osservati rekwiżiti tas-saħħa għall-inqas ekwivalenti għal dawk imniżżla fl-Artikoli 3 u 5.

L-Artikolu 15

1. L-Istati Membri jassiguraw li laħam kapuljat surġelat kif imsemmi fl-Artikolu 3 u preparati tal-laħam surġelati kif imsemmi fl-Artikolu 5 huma impurtati fil-Komunità biss jekk:

- huma akkumpanjati miċ-ċertifikat provdut fl-Artikolu 13(1)(B)(1)(ċ),

- issodisfaw l-ispezzjonijiet rikjesti bid-Direttiva 90/675/KEE.

2. Matul it-twaqqif ta’ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu:

- importazzjoni ta’ laħam kapuljat jibqa’ projbit,

- ir-regoli nazzjonali applikabli għall-importazzjonijiet ta’ preparati tal-laħam minn pajjiżi oħra li dwarhom dawn ir-rekwiżiti ma ġewx adottati f’livell tal-Komunità jkomplu japplikaw, sakemm mhux aktar favorevoli minn dawk imniżżla fl-Artikolu 5,

- l-importazzjonijiet jridu jsiru taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 90/675/KEE.

L-Artikolu 16

Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom jgħoddu, b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni ta’ u aġġornament ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jsiru mill-Istati Membri u miżuri ta’ salvagwardja li jridu jiġu implimentati.

Fil-pendenza ta’ l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet provduti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE, l-importazzjonijiet iridu jsiru skond l-Artikolu 11(2) ta’ dik id-Direttiva.

IL-KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 17

1. Dan il-paragrafu 5 jiżdied ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 71/118/KEE:

"5. L-Istati Membri jassiguraw li laħam irkuprat mekkanikament jista’ jiġi nnegozjat biss jekk qabel għadda minn trattament tas-sħana skond id-Direttiva 77/99/KEE fl-istabbiliment ta’ oriġini jew stabbiliment ieħor indikat mill-awtorità kompetenti."

2. Dan il-paragrafu 4 jiżdied ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/495/KEE:

"4. L-Istati Membri jassiguraw li laħam irkuprat mekkanikament jista’ jiġi negozjat biss jekk qabel għadda minn trattament tas-sħana skond id-Direttiva 77/99/KEE fl-istabbiliment ta’ oriġini jew stabbiliment ieħor indikat mill-awtorità kompetenti."

L-Artikolu 18

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi ma japplikawx għal impjanti ta’ produzzjoni li jinsabu f’ċertu gżejjer tar-Repubblika Ellenika jew f’ċertu Dipartimenti Franċiżi Lil Hinn mill-Baħar u territorji fejn il-produzzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti tibqa esklussivament riżervata għal konsum lokali.

2. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 jiġu addottati b’mod konformi mal-proċedura provduta fl-Artikolu 20.

Taħt l-istess proċedura jista’ jiġi deċiż li jkun emendat il-paragrafu 1 bil-ħsieb ta’ estensjoni progressiva ta’ standards tal-Komunità għall-impjanti kollha ta’ produzzjoni li jinsabu fil-gżejjer fuq imsemmija u parti tat-territorji tagħhom.

L-Artikolu 19

L-Annessi għandhom ikunu emendati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, b’mod partikolari biex taddattahom għal progress teknoloġiku u xjentifiku.

L-Artikolu 20

1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu trid tiġi segwita, kwistjonijiet għandhom ikunu riferiti mingħajr dewmien lil Kumitat Veterinarju Permanenti (minn hawn l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") imwaqqaf bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [22] mill-President tagħha, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fi żmien li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni tingħata skond il-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat f’każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-manjiera provduta f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri maħsuba jekk huma skond l-opinjoni tal-kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba mhumiex skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma nagħtatx opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tipproponi lil Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fit-tmiem ta’ tliet xhur mid-data ta’ rinviju lil Kunsill, il-Kunsill għadu ma aġġixxix, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill jiddeċiedi kontra dawn il-miżuri, b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 21

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 1996 jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa applikabbli għal:

(a) il-produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ laħam taz-zalzett maħsub għal produzzjoni sussegwenti ta’ prodott bażat fuq il-laħam;

(b) il-produzzjoni u użu ta’ laħam irkuprat mekkanikament.

L-Artikolu 22

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1996. Huma mill-ewwel għandhom jinfurmaw lil Kummissjoni b’dan kollu.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex isiru tali referenza jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali li huma jaddottaw fis-settur li huwa kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 23

Id-Direttiva 88/657/KEE għandha titħassar mill-1 Jannar 1996.

L-Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-14 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Borchert

[1] ĠU C 84, tat-2.4.1990, p.120 u ĠU C 288, tas-6.11.1991, p.3.

[2] ĠU C 183, tal-15.7.1991, p. 59.

[3] ĠU C 225, ta’ l-10.9.1990, p. 1.

[4] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 3.

[5] ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[7] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[8] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

[9] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21.

[10] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[11] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[12] ĠU L 302, tal-31.2.1972, p. 28.

[13] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35.

[14] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41.

[15] Inklużi t-tissues xaħmija ta’ ħdejhom.

[16] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67.

[17] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 34.

[18] Ġu L 62, tal-15.3.1993, p. 46.

[19] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 2.

[20] ĠU L 22, tas-27.1.1994, p. 43.

[21] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35.

[22] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KAPITOLU I

Il-kondizzjonijiet speċjali għal approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam kapuljat

1. L-impjanti ta’ produzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(d).

Minbarra l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Kapitolu I u III, mad-Direttiva 64/433/KE, l-impjanti ta’ produzzjoni jrid ikollhom mill-inqas:

(a) kamra għall-ikkapuljar u t-tgeżwir separata mill-kamra tat-tqattigħ u mgħammra b’recording thermometer jew recording telethermometer.

Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-kapuljar tal-laħam fil-kamra tat-tqattigħ sakemm dan il-kapuljar isir f’żona speċifika li hija kjarament separata;

(b) kamra għall-ippakkeġjar, kemm-il darba il-kondizzjonijiet imniżżla f’punt 63 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE huma osservati;

(ċ) kmamar jew cabinets biex jinħażen il-melħ;

(d) tagħmir ta’ refriġirazzjoni li tippermetti li t-temperaturi mniżżla f’din id-Direttiva jiġu osservati.

2. Minbarra l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A, għad-Direttiva 77/99/KE, l-impjanti ta’ produzzjoni indipendenti jrid ikollhom mill-inqas:

(a) kmamar skond punt 1 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 77/99/KEE; u

(b) kmamar kif deskritti fil-punt 1.a ta’ dan il-Kapitolu.

3. Ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu V ta’ l-Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE għandhom jgħoddu dwar iġjene ta’ staff, post u tagħmir ta’ l-istabbilimenti.

L-Istaff imqabbad biex jaħdem fil-preparazzjoni manwali ta’ laħam kapuljat jrid jilbes ukoll maskri li jgħattu l-ħalq u l-imnieħer. L-awtorità kompetenti tista’ tobbliga wkoll l-istaff li jilbes ingwanti lixxi li huma moisture-proof, jew għal darba biss jew kapaċi li jitnaddfu u jkunu disinfettati.

IL-KAPITOLU II

Il-kondizzjonijiet għal produzzjoni ta’ laħam kapuljat

1. Il-Laħam irid jiġi eżaminat qabel jiġi kapuljat jew jitqatta’, skond l-Artikolu 7. Il-partijiet imħassra u suspettati għandhom jitneħħew u jiġu kundannati qabel il-laħam jiġi kapuljat.

2. Il-laħam kapuljat ma jistax jinkiseb minn scrap cuttings, scrap trimmings jew minn laħam irkuprat mekkanikament.

B’mod partikolari, ma jistax jiġi ppreparat minn laħam imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 64/433/KEE jew minn laħam minn dawn il-partijiet ta’ animali bovini, ħnieżer, ngħaġ jew mogħoż: muskoli mir-ras, bl-eċċezzjoni ta’ masseters, u l-parti mhux muskolari ta’ linea alba, ir-reġjun carpus u tarsus u bone scrapings. Il-muskoli tad-dijaframma- wara t-tneħħija ta’ serosa — u tal-masseters jistgħu jintużaw biss wara li ssir investigazzjoni għal cysticercosis. Il-laħam frisk ma jistax ikun fih fragmenti ta’ l-għadam.

Fejn l-operazzjonijiet li saru mill-ħin li l-laħam jidħol fil-kamra msemmija fil-Kapitolu I għaż-żmien meta l-prodott imlesti jgħaddi mill-proċess ta’ kesħa jew ta’ surġelazzjoni f’perijodu massimu ta’ siegħa, it-temperatura interna tal-laħam ma tridx tkun aktar minn + 7 °C u t-temperatura tal-post ta’ produzzjoni trid tkun għola minn + 12 °C. L-awtorità kompetetni tista’ tawtorizza ħin itwal f’każijiet individwali fejn iż-żieda ta’ melħ tiġġustifika dan fuq raġunijiet tekniċi, sakemm ir-regoli tas-saħħa mhumiex affetwati b’dik id-deroga.

Fejn id-dewmien ta’ dawn l-operazzjonijiet huwa aktar minn siegħa jew aktar mill-perijodu awtorizzat mill-awtorità kompetenti skond is-subparagrafu preċedenti, il-laħam frisk ma jistax jintuża sakemm it-temperatura interna tal-laħam ġiet imnaqqsa għal massimu ta’ + 4 °C.

3. Il-laħam kapuljat jista’ jiġi surġelat darba biss.

4. Immedjatament wara l-produzzjoni il-laħam kapuljat irid jiġi mgeżwer b’mod iġjeniku u, wara l-pakkeġjar, jitkessaħ u maħżun f’temperaturi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(ċ).

IL-KAPITOLU III

Il-kondizzjonijiet speċjali għal approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jipproduċu preparati tal-laħam

1. L-impjanti ta’ produzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(d) irid ikollhom postijiet li għal inqas josservaw ir-rekwiżiti ta’:

(a) Il-Kapitoli I u III ta’ l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE; jew

(b) Il-Kapitoli I u III ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE; jew

(ċ) Il-Kapitoli I u IV, tal-punt 1, ta’ l-Anness I tad-Direttiva 92/45/KEE;

kif ukoll ikollhom:

- kamra separata mill-kamra tat-tqattigħ għall-produzzjoni ta’ preparati tal-laħam, iż-żieda ta’ affarijiet oħra ta’ l-ikel u t-tgeżwir, mgħammar b’recording thermometer jew recording telethermometer.

Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ preparati tal-laħam fil-kamra tat-tqattigħ sakemm din il-produzzjoni ssir f’żona speċifika li hija kjarament separata; Iż-żieda ta’ ħwawar għall-karkassi sħaħ ta’ tiġieġ tista tkun awtorizzata f’kamra speċifika kjarament separata mill-postijiet tal-qtil,

- kamra għal pakkeġġjar, kemm-il darba l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 63 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE jew il-punt 74 tal-Kapitolu XIV ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE jew il-punt 5 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 92/45/KEE huma osservati,

- kamra biex taħżen ħwawar u affarijiet oħra mnaddfa ta’ l-ikel lest għal użu,

- kmamar refriġerati għal ħażna ta’:

- laħam frisk kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a),

- preparati tal-laħam,

- tagħmir ta’ refriġirazzjoni li tippermetti it-temperaturi mniżżla f’din id-Direttiva jiġu osservati.

2. L-unitajiet ta’ produzzjoni indipendenti jridu josservaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I ta’ l-Anness A u il-Kapitolu I ta’ l-Anness B mad-Direttiva 77/99/KEE.

3. Ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu V ta’ l-Anness I għad-Direttivi 64/433/KEE jew 71/118/KEE jew tal-Kapitolu II tad-Direttiva 92/45/KEE għandhom jgħoddu b’analoġija dwar iġjene ta’ staff, post u tagħmir ta’ l-istabbilimenti.

L-istaff imqabbad biex jaħdem fil-preparazzjoni manwali ta’ preparati tal-laħam jrid jilbes ukoll maskri li jkopru l-ħalq u l-imnieħer tagħhom. l-awtorità kompetenti tista’ tobbliga wkoll l-istaff biex jilbes ingwanti lixxi li huma moisture-proof, jew għal darba biss jew kapaċi li jitnaddfu u disinfettati.

IL-KAPITOLU IV

Ir-rekwiżiti speċjali għal produzzjoni ta’ preparati tal-laħam

Minbarra konformità mar-rekwiżiti ġenerali tal-Kapitolu III, u skond it-tip ta’ produzzjoni konċernata:

(a) il-produzzjoni ta’ preparati tal-laħam trid issir taħt kondizzjonijiet ta’ kontroll ta’ temperatura;

(b) il-preparati tal-laħam jridu jkunu mgeżwra f’unitajiet ta’ dispatch b’tali mod li tneħħi xi riskju ta’ kontaminazzjoni;

(ċ) il-preparati tal-laħam jistghu ikunu surġelati darba biss u jistghu ikunu negozjati f’perijodu li mhux aktar minn 18-il xahar;

(d) il-preparati tal-laħam iridu, immedjatament wara l-proċess ta’ produzzjoni, ikunu mgeżwra skond il-Kapitolu VII u, wara l-ippakkeġjar, jitkessħu sa temperatura relevanti stabbilita fl-Artikolu 5(1)(d).

IL-KAPITOLU V

L-Ispezzjoni

1. L-Impjanti ta’ produzzjoni li jipproduċu laħam kapuljat u preparati tal-laħam ikunu soġġetti għal monitoraġġ mill-awtorità kompetenti, li trid tassigura li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jiġu osservati u b’mod partikolari jridu:

(a) jispezzjonaw:

(i) l-indafa tal-post u tagħmir u iġjene ta’ l-istaff;

(ii) l-effikaċja ta’ l-ispezzjonijiet li saru mill-istabbiliment, skond l-Artikolu ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari billi ikunu eżaminati r-riżultati u jittieħdu kampjuni;

(iii) il-kondizzjoni mikrobioloġika u iġenika ta’ laħam kapuljat u preparati tal-laħam;

(iv) marki tas-saħħa xierqa ta’ laħam kapuljat u preparati tal-laħam;

(v) ħażna u kondizzjonijiet ta’ trasport;

(b) fil-qafas ta’ spezzjonijiet uffiċjali, jittieħdu kull kampjun meħtieġ għal provi tal-laboratorju biex ikunu kkonfermati r-riżultati ta’ awto-monitoraġġ;

(ċ) tagħmel spezzjonijiet oħra neċessarji li tikkonsidra neċessarji biex tassigura konformità ma’ din id-Direttiva, u jkun mifhum li r-riżultati ta’ provi mikrobioloġiċi jkunu valutati mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ kriterji stabbiliti fl-Anness II għall-laħam kapuljat u fl-Anness IV għall-preparati tal-laħam.

2. L-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess liberu f’kull ħin għall-imħażen kiesħa u l-postijiet kollha tax-xogħol biex jaraw li dawn id-dispożizzjonijiet qed jiġu mħarsa.

IL-KAPITOLU VI

L-Immarkar u l-ittikkettar

1. Il-laħam kapuljat u preparati tal-laħam iridu jkunu mmarkati fuq il-karta jew il-pakkett bil-marka tas-saħħa.

2. Il-laħam kapuljat miksub biss skond l-Artikolu 3 u l-preparati tal-laħam miksuba skond l-Artikolu 5 u l-prodotti f’impjant ta’ produzzjoni approvat skond l-Artikolu 8, jista jingħata l-marka tas-saħħa tal-Komunità. Il-marka tas-saħħa trid tikkorispondi għal:

(a) punt 50 tal-Kapitolu XI ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE għal-laħam kapuljat;

(b) għal preparati tal-laħam:

(i) ta’ laħam frisk ta’ annimali maqtula jew farmed game meat, għal punt 50 tal-Kapitolu XI ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE;

(ii) ta’ laħam tat-tiġieġ jew small feathered jew furred farmed game, għall-punt 66 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE;

(iii) ta’ tajr maqtul, sal-punt 2 tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 92/45/KEE.

3. Fejn laħam kapuljat u preparati tal-laħam huma prodotti f’unità ta’ produzzjoni indipendenti, il-marka tas-saħħa trid tinkludi n-numru ta’ l-approvazzjoni assenjat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 8(1).

4. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 79/112/KEE, fil-każ ta’ preparati tal-laħam din l-informazzjoni trid tidher tajjeb u tinqara għal skopijiet ta’ spezzjoni fuq il-pakkett, fejn mhux ċar mid-deskrizzjoni tal-bejgħ jew mill-lista ta’ ingredjenti skond id-Direttiva 79/112/KEE: L-ispeċi li minnu nkiseb il-laħam u, fil-każ ta’ taħlita, il-persentaġġ ta’ kull speċi u, għall-pakkett mhux maħsub għall-konsumatur finali, id-data tal-preparazzjoni.

Fil-każ ta’ laħam kapuljat u preparati tal-laħam magħmul minn kapuljat barra għal zalzett frisk u laħam taz-zalzett li fih il-marka tas-saħħa pprovdut f’dan il-Kapitolu, it-tikketti jridu juru wkoll dawn il-kliem:

- "perċentwali tax-xaħam taħt…",

- "Collagen: rapport tal-proteina tal-laħam taħt…".

IL-KAPITOLU VII

It-tgeżwir u l-imballagg

1. L-ippakkjar (per eżempju packing cases, paperboard boxes) iridu josservaw r-regoli ta’ iġjene, u b’mod partikolari:

- ma jridux ibiddlu l-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam kapuljat jew preparati tal-laħam,

- ma jridux ikunu kapaċi jittrasmettu lill kapuljat jew preparati tal-laħam sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem,

- iridu jkunu sodi biżżejjed biex jassiguraw protezzjoni effettiva tal-kapuljat jew preparati tal-laħam waqt trasport u maneġġjar.

2. L-ippakkjar ma jridx jintuża għal-laħam kapuljat jew preparati tal-laħam sakemm huwa magħmul minn materjali li jifilħu għall-korrożjoni li huma faċli biex tnaddaf u kienu tnaddfu qabel u disinfettati.

3. Il-laħam kapuljat mgeżwer jew preparati tal-laħam iridu jiġu ppakkjati.

4. Iżda, meta t-tgeżwir jaderixxi il-kondizzjonijiet kollha protettivi ta’ l-ippakkjar m’għandhiex għalfejn tkun trasparenti u bla kulur u t-tpoġġija f’tieni reċipjent mhux neċessarju sakemm il-kondizzjonijiet l-oħra tal-punt 1 huma osservati.

IL-KAPITOLU VIII

Il-Ħażna

1. Il-laħam kapuljat u l-preparazzjonjiet tal-laħam iridu jitkessħu immedjatament wara t-tgeżwir u/jew l-imballagg. Laħam kapuljat irid jinħażen fit-temperaturi indikati fl-Artikolu 3(2)(ċ) u l-preparati tal-laħam fit-temperaturi indikati fl-Artikolu 5(1)(d).

2. Il-laħam kapuljat u l-preparati tal-laħam jistgħu jkunu surġelati biss fi kmamar ta’ produzzjoni ta’ l-istabbilimenti jew unità indipendenti ta’ produzzjoni jew fi mħażen kiesħa approvati.

3. Fi mħażen kiesħa, il-laħam kapuljat u l-preparati tal-laħam jistgħu jiġu maħżuna flimkien ma’ affarijiet oħra ta’ l-ikel jekk ikun assigurat permezz ta’ pakketti li l-laħam kapuljat jew preparati tal-laħam ma jistgħux jiġu affetwati ħażin.

IL-KAPITOLU IX

It-trasport

1. Il-laħam kapuljat u l-preparati tal-laħam iridu jkunu mibgħuta b’tali mod li waqt it-trasport ikunu protetti minn xi ħaġa li tista’ tikkontaminahom jew taffetwahom ħażin, wara li kkunsidraw id-durata u l-kondizzjonijiet ta’ trasport u tal-meżżi ta’ trasport użati. B’mod partikolari, il-vetturi użati biex jittrasportaw laħam kapuljat u preparati tal-laħam iridu jkunu mgħammra f’tali manjiera li jassiguraw li t-temperaturi mniżżla f’din id-Direttiva ma jkunux maqbuża waqt trasport u li jridu jkunu mgħammra b recording thermometer biex jirrekordja li r-rekwiżiti ta’ l-aħħar ikunu osservati.

2. L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-paragrafu 1, jawtorizzaw it-trasport ta’ preparati tal-laħam li joriġina fl-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 5(5) f’temperaturi għola minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva minn impjant ta’ produzzjoni jew unità ta’ produzzjoni indipendenti għal postijiet viċini ta’ l-imnut jew komunitajiet lokali, sakemm it-trasport ma jieħux aktar minn siegħa.

3. Fil-każ ta’ transitu minn pajjiż ieħor u fejn l-impjant ta’ produzzjoni jinsab f’żona soġġetta għar-restrizzjonijiet għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali, il-meżżi ta’ trasport jridu jibqgħu ssiġġillati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-KRITERJI TA’ KOMPOŻIZZJONI U L-KRITERJI MIKROBIOLOĠIĊI

I. Il-kriterji ta’ komposizzjoni spezzjonati fuq bażi ta’ kuljum

| Kontenut ta’ xaħam | Collagen: Proporzjon ta’ proteina tal-laħam |

–kapuljat mingħajr xaħam | ≤ 7 % | ≤ 12 |

–kapuljat taċ-ċanga pura | ≤ 20 % | ≤ 15 |

–kapuljat li jikkontjeni l-majjal | ≤ 30 % | ≤ 18 |

–kapuljat ta’ speċi oħrajn | ≤ 25 % | ≤ 15 |

II. Il-kriterji mikrobioloġiċi

L-impjanti ta’ produzzjoni u l-unitajiet ta’ produzzjoni indipendenti jridu jassiguraw li, waqt l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 7(3) u skond il-metodi ta’ l-interpretazzjoni stabbiliti isfel, il-laħam kapuljat iħares dawn il-kriterji:

| M [1] | m [2] |

Aerobic mesophile bacteria | 5 x 106/g | 5 x 105/g |

n [3]= 5; c [4] = 2 |

Escherichia coli | 5 x 102/g | 50/g |

n = 5; c = 2 |

Salmonella | assenza f’ 10 g |

n = 5; c = 0 |

Staphylococcus aureus | 5 x 103/g | 102/g |

n = 5; c = 2 |

M Ir-riżultati ta’ l-analiżi mikrobijoloġiċi jridu jiġu interpretati skond:

A. Tliet kategoriji ta’ kontaminazzjoni għal aerobic mesophile bacteria, Escherichia coli u Staphylococcus aureus, viz.:

- sa u inkluża il-kriterju m,

- bejn il-kriterju m u l-limitu M,

- għola mill-limitu M.

1. Il-kwalità tal-konsenja tkun ikkunsidrata:

(a) sodisfaċjenti, fejn il-valuri kollha osservati huma daqs jew anqas minn 3 m fejn medium solidu intuża jew 10 m fejn intuża medium likwidu;

(b) aċċettabli, fejn il-valuri kollha osservati huma bejn:

(i) 3 m u 10 m (= M) f’ medium solidu;

(ii) 10 m u 30 m (= M) f’ medium likwidu;

u fejn c/n huwa daqs jew anqas minn 2/5 fejn n = 5 u c = 2 jew figuri oħra ta’ affidabbilità ekwivalenti jew akbar li trid tiġi rikonoxxuta mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

2. Il-kwalità tal-konsenja tkun ikkunsidrata mhux sodisfaċjenti:

- fil-każijiet kollha fejn valuri aktar minn M huma osservati,

- meta c/n hu >2/5.

Iżda, fejn dan il-limitu ta’ l-aħħar inqabeż għal aerobic micro-organisms f’+ 30 °C waqt li kriterji l-oħra ġew osservati, dan il-qbiż tal-limitu jrid ikun bla ħsara ta’ interpretazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari fil-każ ta’ prodotti nejjin.

Fi kwalunkwe każ, il-prodott irid ikun ikkunsidrat tossiku jew imċappas meta kontaminazzjoni tilħaq microbic limit value S, li għal skopijiet ġenerali huwa 103 m.

F’każ ta’ Staphylococcus aureus, il-valur ta’ S qatt ma jrid jitħalla jkun aktar minn 5 × 104.

It-tolleranzi relatati ma’ metodi ta’ teknika analitiċi ma japplikawx għal valuri M u S.

B. Żewġ kategoriji għas-salmonella, b’ebda kategorija ta’ tolleranza permessa:

- "Assenza f": Ir-riżultat ikkunsidrat sodisfaċjenti.

- "Preżenza f": ir-riżultat ikkunsidrat mhux sodisfaċenti.

[1] acceptability threshold li iktar il-fuq r-riżultati mhux ikkunsidrati aktar sodisfaċjenti fejn M daqs 10 m fejn l-għadd issir f’solid medium u M daqs 30 M fejn l-għadd ssir f liquid medium.

[2] m = il-limitu li taħtu ir-riżultati kollha huma kkunsidrati sodisfaċjenti.

[3] n = in-numru ta’ unitajiet li jagħmlu l-kampjun.

[4] c = in-numru ta’ unitajiet fil-kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

KRITERJI MIKROBIOLOĠIĊI

L-impjanti ta’ produzzjoni u unitajiet ta’ produzzjoni indipendenti jridu jassiguraw li, waqt spezzjonijiet provduti fl-Artikolu 7(3) u skond il-metodi ta’ l-interpretazzjoni speċifikati fl-Anness II preparazzjonijet tal-laħam għandhom josservaw dawn il-kriterji:

Preparati tal-laħam | M [1] | m [2] |

Escherichia coli | 5 x 103/g | 5 x 102/g |

n = 5; c = 2 |

Staphylococci aurei | 5 x 103/g | 5 x 102/g |

n = 5; c = 1 |

Salmonella | assenza f’ 1 g |

n = 5; c = 0 |

M Il-Kunsill waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, qabel il-31 ta’ Diċembru 1995, għandu jirrevedi l-kriterji applikabbli dwar l-assenza tas-salmonella.

[1] acceptability threshold li iktar il-fuq r-riżultati mhux ikkunsidrati aktar sodisfaċjenti fejn M daqs 10 m fejn l-għadd issir f’medium solidu u M daqs 30 M fejn l-għadd ssir f’medium likwidu.

[2] m = il-limitu li taħtu ir-riżultati kollha huma kkunsidrati sodisfaċjenti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top