This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994L0005
Council Directive 94/5/EC of 14 February 1994 supplementing the common system of value added tax and amending Directive 77/388/EEC - Special arrangements applicable to second-hand goods, works of art, collectors' items and antiques
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KEE ta' l-14 ta' Frar 1994 li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE -Arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KEE ta' l-14 ta' Frar 1994 li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE -Arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet
ĠU L 60, 3.3.1994, p. 16–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112
Official Journal L 060 , 03/03/1994 P. 0016 - 0024
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0153
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0153
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KEE ta' l-14 ta' Frar 1994 li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE -Arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari L-Artikolu 99 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, skond L-Artikolu 32 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-qligħ- Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima [3], il-Kunsill għandu jadotta sistema ta' tassazzjoni tal-Komunità li għandha tkun applikata għall-oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, antikitajiet u oġġetti tal-kollezzjoni; Billi s-sitwazzjoni preżenti, fl-assenza ta' leġislazzjoni tal-Komunità, tkompli tkun karatterizzata bl-applikazzjoni ta' diversi sistemi differenti li jikkawżaw tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u defjazzjoni tal-kummerċ kemm internament u bejn Stati Membri; billi dawn id-differenzi jinkludu wkoll nuqqas ta' armonizzazzjoni fl-użu tar-riżorsi li għandha l-Komunità; billi konsegwentement hu meħtieġ li din is-sitwazzjoni tieqaf kemm jista' jkun malajr; Billi l-Qorti tal-Ġustizzja nnotat, f'diversi sentenzi, il-ħtieġa li tinlaħaq ċerta armonizzazzjoni li ma tħallix li jkun hemm tassazzjoni doppja fil-kummerċ intra-Komunitarju; Billi hu essenzali li, f'oqsma speċifiċi, jkunu pprovduti miżuri li jippermettu li tkun adottata leġislazzjoni gradwalment; Billi, ġewwa s-suq intern, it-tħaddim sodisfaċenti tal-mezzi tal-mekkaniżmi tat-taxxa fuq il-valur miżjud jitlob li jkunu adottati r-regoli tal-Komunità bil-għan li tkun evitata t-taxxa doppja u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn persuni taxxabbli; Billi hu għalhekk meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 77/388/KEE, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 77/388/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 11 (a) dan il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mat-Titolu A: "4. Bħala deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, ma għażlux li jagħmlu użu mill-għażla kif ipprovduta fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3)(a) jistgħu, meta dawn jagħmlu użu mill-għażla kif ipprovduta fit-Titolu B (6), jipprovdu li, għar-rigward tat-transazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3)(ċ), l-ammont taxxabli għandu jkun daqs il-frazzjoni ta' l-ammont stabbilit skond il-paragrafi 1, 2 u 3. Dik il-frazzjoni għandha tkun stabbilita b'tali mod li t-taxxa fuq il-valur miżjud hekk dovuta, f'kull każ, tkun ugwali għal mill-inqas 5 % ta' l-ammont stabbilit skond il-paragrafi 1, 2 u 3."; (b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mat-Titolu B: "6. Bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, ma għamlux użu mill-għażla li tinsab fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3)(a) jistgħu jipprovdu li għar-rigward ta' l-importazzjonijiet tax-xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet imfissra fl-Artikolu 26a (A) (a), (b) u (ċ), l-ammont taxxabbli għandu jkun ugwali għal frazzjoni tal-ammont stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 4. Dik il-frazzjoni għandha tkun stabbilita b'tali mod li t-taxxa fuq il-valur miżjud allura dovuta fuq l-importazzjoni tkun, f'kull każ ugwali għal mill-inqas 5 % ta' l-ammont stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 4."; 2. fl-Artikolu 12: (a) il-paragrafu 3 (ċ) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "(ċ) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex ir-rata mnaqqsa, jew waħda mir-rati mnaqqsa, li huma japplikaw skond it-tielet paragrafu ta' (a) għandha tapplika wkoll għall-importazzjonijiet ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 26a (A) (a), (b) u (ċ). Meta dawn jagħmlu użu minn din l-għażla, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll ir-rata mnaqqsa għar-rigward ta' fornituri ta' xogħlijiet ta' l-arti, skond it-tifsira ta'l-Artikolu 26a (A) (a): - magħmula mill-kreatur tagħhom jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu, - magħmula f'okkażjonijet mhux regolari minn xi persuna taxxabbli minbarra negozjant taxxabbli, meta dawn ix-xogħlijiet ta' l-arti jkunu ġew importati mill-persuna taxxabbli nnifisha jew meta dawn ikunu forniti lilha mill-kreatur tagħhom jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu jew meta dawn ikunu tawh id-dritt għat-tnaqqis kollu tat-taxxa fuq il-valur miżjud."; (b) il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "5. Bla ħsara għall-paragrafu 3 (ċ), ir-rata applikabbli fuq l-importazzjoni ta' l-oġġetti għandha tkun dik applikata għall-fornituri ta' oġġetti simili ġewwa t-territorju tal-pajjiż."; 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 26a Arranġamenti speċjali applikabbli għall-oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet A. Tifsir Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità: (a) xogħlijiet ta' l-arti tfisser l-oġġetti msemmija f'(a) tal-Anness I. Iżda, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li ma jikkonsidrawx bħala "xogħlijiet ta' l-arti"; l-oġġetti msemmija fl-aħħar tliet inċiżi f'(a) fl-Anness I; (b) oġġetti tal-kollezzjoni tfisser l-oġġetti msemmija f'(b) ta' l-Anness I; (ċ) antikitajiet tfisser l-oġġetti msemmijia f'(ċ) ta' l-Anness I; (d) oġġetti wżati tfisser proprjetà mobbli tanġibbli li hi xierqa għal aktar użu kif inhi jew wara li tkun imsewwija, minbarra xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet u minbarra metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż kif imfisser mill-Istati Membri; (e) bejjiegħ taxxabbli tfisser persuna taxxabbli li, fil-kors ta' l-attività ekonomika tagħha, tixri jew takkwista għall-għanijiet tal-impriża tagħha, jew timporta bil-għan li terġa' tbiegħhom, oġġetti wżati u/jew xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kemm jekk dik il-persuna taxxabbli qed taġixxi għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta' xi persuna oħra bis-saħħa ta' xi kuntratt li permezz tiegħu titħallas kummissjoni fuq ix-xiri jew il-bejgħ; (f) organizzatur ta' bejgħ pubbliku bl-irkant tfisser kull persuna taxxabbli li, fil-kors ta' l-attività tagħha, toffri l-oġġetti għall-bejgħ b'irkant pubbliku bil-għan li tagħtihom lil min joffri l-aktar għalihom; (g) il-prinċipal ta' l-organizzatur ta' xi bejgħ b'irkant pubbliku tfisser kull persuna li twassal l-oġġetti lil xi organizzatur ta' xi bejgħ b'irkant pubbliku skond kuntratt li permezz tiegħu tkun pagabbli kummissjoni fuq xi bejgħ soġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin: - l-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku joffri l-oġġetti għall-bejgħ f'ismu iżda għan-nom tal-prinċipal tiegħu, - l-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku jagħti l-oġġetti, f'ismu iżda għan-nom tal-prinċipal tiegħu, lil min joffri l-aktar waqt bejgħ b'irkant pubbliku. B. Arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli 1. Għar-rigward ta' fornimenti ta' oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet magħmula min-negozjanti taxxabbli, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-arranġamenti speċjali biex jintaxxaw il-marġni ta' profitt magħmul min-negozjant taxxabbli, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin. Il- forniment ta' l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu fornimenti, minn xi negozjant taxxabbli, ta' oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet forniti lilu ġewwa l-Komunità: - minn xi persuna mhux taxxabbli, jew - minn xi persuna taxxabbli oħra, sakemm il-forniment ta' l-oġġetti minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli tkun eżentata skond l-Artikolu 13(B)(ċ), jew - minn xi persuna oħra taxxabbli sakemm il-forniment ta' l-oġġetti minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli jikkwalifika għall-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 24 u tinvolvi assi kapitali, jew - minn negozjant taxxabbli ieħor, sakemm il-forniment ta' l-oġġetti minn dak in-negozjant taxxabbli l-ieħor kien soġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud skond dawn l-arranġamenti speċjali. L- ammont taxxabbli tal-forniment ta' l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun il-marġni ta' profitt magħmul min-negozjant taxxabbli, bit-tnaqqis tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tirreferi għall-marġni ta' profitt. Dak il-marġni ta' profitt għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub min-negozjant taxxabbli għall-oġġetti u l-prezz tax-xiri. Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin: - il-prezz tal-bejgħ tfisser dak kollu li jikkostitwixxi l-prezz, li ġie, jew għandu jkun, miksub min-negozjant taxxabbli mix-xerrej jew xi terza persuna, inklużi sussidji direttament marbuta mat-transazzjoni, taxxi, drittijiet, imposti jew obbligi u spejjeż inċidentali bħal spejjeż tal-kummissjoni, pakkeġġjar, trasport u assigurazzjoni mitluba min-negozjant taxxabbli lix-xerrej iżda li jeskludu l-ammonti msemmija fl-Artikolu 11(A)(3), - prezz tax-xiri jfisser dak kollu li jikkokstitwixxi l-prezz imfisser fl-ewwel inċiż, miksub, jew li għandu jkun miksub, min-negozjant taxxabbli mill-fornitur tiegħu. 4. L-Istati Membri għandhom jippermettu lin-negozjanti taxxabbli li jagħżlu li japplikaw l-arranġamenti speċjali għar-rigward ta' fornituri ta': (a) xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li huma jkunu importaw huma stess; (b) xogħlijiet ta' l-arti forniti lilhom mill-awturi tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu; (ċ) xogħlijiet ta' l-arti forniti lilhom minn xi persuna taxxabbli minbarra xi negozjant taxxabbli meta l-forniment minn dik il-persuna taxxabbli l-oħra kien soġġett għar-rata mnaqqsa skond l-Artikolu 12(3)(ċ). L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati biex tkun eżerċitata din l-għażla li għandha f'kull każ tkopri perjodu li jkun mill-inqas ugwali għal sentejn kalendarji. Jekk issir din l-għażla, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit skond il-paragrafu 3. Għall-fornituri ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li n-negozjant taxxabbli jkun mporta hu nnifsu, il-prezz tax-xiri li għandu jkun ikkunsidrat biex ikun ikkalkulat il-marġni għandu jkun ugwali għall-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni, stabbilit skond l-Artikolu 11(B), flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa ma' l-importazzjoni. 5. Meta dawn isiru fil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15, il-fornimenti ta' oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet soġġetti għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni għandhom ikunu eżentati. 6. Il-persuni taxxabbli ma jkunux intitolati li jnaqqsu mit-taxxa li jridu jħallsu t-taxxa fuq il-valur miżjud jew imħallsa għar-rigward ta' l-oġġetti li ġew, jew ser ikunu forniti, lilhom minn xi negozjant taxxabbli, sakemm il-fornitura ta' dawk l-oġġetti min-negozjant tkun soġġetta għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni. 7. Sakemm l-oġġetti jkunu wżati għall-għan ta' fornituri mingħandu soġġett għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni, in-negozjant taxxabbli m'għandux ikun intitolat li jnaqqas mit-taxxa li tkun dovuta lilu: (a) it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għar-rigward tax-xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li jkun importa hu stess; (b) it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għar-rigwad tax-xogħlijiet ta' l-arti li kienu forniti, jew ser ikunu forniti, lilu mill-awtur tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu; (ċ) it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għar-rigwad tax-xogħlijiet ta' l-arti li kienu forniti, jew ser ikunu forniti minn xi persuna taxxabbli minbarra n-negozjant taxxabbli. 8. Meta dan ikollu japplika kemm l-arranġamenti normali għat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-arranġamenti speċjali biex jintaxxa l-marġni, in-negozjant taxxabbli għandu fil-kontijiet tiegħu iniżżel separatament it-transazzjonijiet li jaqgħu taħt waħda minn dawn l-arranġamenti, skond ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri, 9. In-negozjant taxxabbli jista' ma jindikax separatament fuq il-fatturi li hu joħroġ, jew fuq xi dokument ieħor li jservi bħala fattura, it-taxxa relatata mal-fornituri ta' l-oġġetti li hu jirrendi soġġetti għall-arranġamenti speċjali biex jintaxxa l-marġni. 10. Sabiex tkun issimplifikata l-proċedura biex tinbidel it-taxxa u bla ħsara għall-konsultazzjoni li hemm ipprovduta fl-Artikolu 29, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għal ċerti transazzjonijiet għal ċerti kategoriji ta' negozjanti taxxabbli, l-ammont taxxabbli ta' fornituri ta' oġġetti soġġetti għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni għandu jkun stabbilit għal kull perjodu tat-taxxa li n-negozjant taxxabbli għandu jissottometti r-rendikont imsemmi fl-Artikolu 22(4). F'dak il-każ, l-ammont taxxabbli għall-fornimenti ta' l-oġġetti li għalih l-istess rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud tkun applikata għandha tkun il-marġni totali magħmul min-negozjant taxxabbli bit-tnaqqis ta' l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tirreferi għal dak il-marġni. Il-marġni totali għandu jkun ugwali għad-differenza bejn: - l-ammont totali tal-fornituri ta' l-oġġetti soġġetti għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni magħmul min-negozjant taxxabli matul il-perjodu; dak l-ammont għandu jkun ugwali għat-total tal-prezzijiet tal-bejgħ stabbiliti skond il-paragrafu 3, u - l-ammont totali tax-xiri ta' l-oġġetti kif imsemmi fil-paragrafu 2 magħmula, matul dak il-perjodu, min-negozjant taxxabbli; dak l-ammont għandu jkun ugwali għat-total tal-prezzijiet tax-xiri stabbiliti skond il-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-persuni taxxabbli in kwistjoni ma jgawdux minn vantaġġi mhux iġġustifikati jew iġarrbu telf mhux iġ ġustifikat. 11. In-negozjant taxxabbli jista' japplika l-arranġamenti normali għat-taxxa fuq il-valur miżjud għal kull forniment kopert mill-arranġamenti speċjali bis-saħħa tal-paragrafu 2 jew 4. Meta n-negozjant taxxabbli japplika l-arranġamenti normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal: (a) il-forniment ta' xi xogħol ta' l-arti, oġġett tal-kollezzjoni jew antikità li jkun importa hu nnifsu, dan għandu jkun intitolat li jnaqqas mit-taxxa dovuta it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fuq l-importazzjoni ta' dawk l-oġġetti; (b) il-forniment ta' xi xogħol ta' l-arti fornit lilu mill-awtur tiegħu jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu, dan għandu jkun intitolat li jnaqqas mit-taxxa dovuta minnu l-valur tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għax-xogħol ta' l-arti fornit lilu; (ċ) il-forniment ta' xi xogħol ta' l-arti fornit lilu minn persuna taxxabbli minbarra xi negozjant taxxabbli, dan għandu jkun intitolat li jnaqqas mit-taxxa dovuta minnu l-valur tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għax-xogħol ta' l-arti fornit lilu. Dan il-jedd li jkun hemm tnaqqis jgħodd meta t-taxxa dovuta għall-forniment li dwarha n-negozjant taxxabbli jagħżel li japplika l-arranġamenti normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud issir dovuta. Ċ. Arranġamenti speċjali għal bejgħ permezz ta' rkant pubbliku 10. Bħala deroga minn B, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin, l-ammont taxxabli ta' fornituri ta' oġġetti wżati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet magħmula minn xi organizzatur ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku, li jaġixxi f'ismu proprju, bis-saħħa ta' xi kuntratt li permezz tiegħu tkun pagabbli kummissjoni fuq il-bejgħ ta' dawk l-oġġetti permezz ta' rkant pubbliku, għan-nom ta': - persuna mhux taxxabbli, jew - persuna taxxabbli oħra, sakemm il-forniment ta' l-oġġetti, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(4)(ċ), minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli jkunu eżentati skond l-Artikolu 13(B)(ċ), jew - persuna oħra taxxabbli, sakemm il-forniment ta' l-oġġetti, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(4)(ċ), minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli tikkwalifika għall-eżenzjoni kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 24 u tinvolvi assi kapitali, jew - negozjant taxxabbli, sakemm il-forniment ta' l-oġġetti, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(4)(ċ), minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli, tkun soġġetta għat-taxxa skond l-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni kif ipprovdut f'B. 10. L-ammont taxxabbli ta' kull forniment ta' l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun l-ammont totali tal-fattura skond il-paragrafu 4 lix-xerrej mill-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku, bit-tnaqqis ta': - l-ammont nett imħallas jew li għandu jitħallas mill-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku lill-prinċipal tiegħu, stabbilit skond il-paragrafu 3, u - l-ammont tat-taxxa dovuta mill-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku għar-rigward tal-forniment tiegħu. 10. L-ammont nett imħallas jew li għandu jitħallas mill-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku lill-prinċipal tiegħu għandu jkun ugwali għad-differenza bejn: - il-prezz ta' l-oġġetti fl-irkant pubbliku, u - l-ammont tal-kummissjoni miksub jew li għandu jkun miksub mill-organizzatur tal-begħ b'irkant pubbliku mill-prinċipal, skond il-kuntratt li permezz tiegħu il-kummissjoni tkun pagabbli fuq il-bejgħ. 10. L-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku għandu jagħti lix-xerrej fattura jew xi dokument minflok li jelenka: - il-prezz ta' l-irkant ta' l-oġġetti, - taxxi, drittijiet,imposti u obbligi, - spejjeż inċidentali bħal ma huma l-ispejjeż tal-kummissjoni, ippakkjar, trasport u assigurazzjoni mitluba mill-organizzatur lix-xerrej ta' l-oġġetti. Dik il-fattura m'għandhiex tindika xi taxxa fuq il-valur miżjud b'mod separat. 10. L-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku li lilu jkunu ġew trasmessi l-oġġetti skond xi kuntratt li permezz tiegħu tkun pagabbli kummissjoni fuq bejgħ f'irkant pubbliku, għandu jagħti prospett lill-prinċipal tiegħu. Dak il-prospett għandu jelenka l-ammont tat-transazzjoni, i.e. il-prezz ta' l-irkant ta' l-oġġetti bit-tnaqqis ta' l-ammont tal-kummissjoni miksub jew għandu jkun miksub mill-prinċipal. Xi prospett hekk magħmul għandu jservi minflok l-invoice li l-prinċipal, meta dan ikun persuna taxxabbli, għandu joħroġ lill-organizzatur tal-bejgħ b'irkant pubbliku skond L-Artikolu 22(3). 10. L-organizzaturi tal-bejgħ b'irkant pubbliku li jfornu l-oġġetti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jindikaw fil-kontijiet tagħhom, f'suspense accounts: - l-ammonti miksuba jew li għandhom ikunu miksuba mix-xerrej ta' l-oġġetti, - l-ammont imħallas lura jew li għandu jitħallas lura lill-bejjiegħ ta' l-oġġetti. Dawn l-ammonti għandhom ikunu sostanzjati kif jixraq. 10. Il-forniment ta' l-oġġetti li xi persuna taxxabbli li jkun l-organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku għandu jkun meqjus li jkun sar meta l-bejgħ ta' dawk l-oġġetti permezz ta' rkant pubbliku jkun sar attwalment. D. Arranġamenti transitorji għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri Matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 28l, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) fornituri ta' mezzi ġodda ta' trasport, skond it-tifsira ta' L-Artikolu L-Artikolu 28a (2), magħmlua skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ (A) għandhom ikunu esklużi mill-arranġamenti speċjali li hemm provdut f'B u Ċ; (b) bħala deroga milL-Artikolu 28a (1) (a), akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti second-hand, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezjoni jew antikitajiet mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-bejjigħ ikun negozjant taxxabbli li jaġixxi bħala tali u l-oġġetti miksuba kienu suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru tat-tluq tad-dispaċċ jew it-trasport, skond l-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni kif hemm provdut f'B, jew meta l-bejjiegħ ikun xi organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku li jaġixxi bħala tali u l-oġġetti miksuba kienu suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru tat-tluq tad-dispaċċ jew it-trasport, skond l-arranġamenti speċjali kif hemm provdut f'Ċ; (ċ) l-Artikoli 28b (B) u 28ċ (A) (a), (ċ) u (d) ma japplikawx għal fornituri ta' l-oġġetti suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud skond xi wieħed mill-arranġamenti stabbiliti f'B u f'Ċ.'"; 4. il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 28: "1a. Sad-data li ma tistax tkun aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq jistgħu, għall-importazzjonijiet ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li kkwlalifikaw għal eżenzjoni fl-1 ta' Jannar 1993, japplikaw L-Artikolu 11(B)(6) b'tali mod li t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq l-importazzjoni tkun, f'kull każ, ugwali għal 2,5 % ta' l-ammont stabbilit skond L-Artikolu 11(B)(1) sa (4)."; 5. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' L-Artikolu 28(2)(e): "Din id-dispożizzjoni ma tistax tapplika għal fornituri ta' oġġetti wżati, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud skond wieħed mill-arranġamenti speċjali provduti fl-Artikolu 26a (B) (Ċ).'"; 6. L-Artikolu 28a (2) (b) għandu jiġi emendat kif ġej: "(b) il-mezzi tat-trasport imsemmi f'(a) m'għandhom ikunu kunsidrati bħala "ġodda"; meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjinn ikunu aderiti fl-istess ħin: - dawn kienu forniti aktar minn tliet xhur wara d-data ta' l-ewwel dħul fis-servizz. Iżda, dan il-perjodu għandu jiżdied għal sitt xhur għall-vetturi ta' l-art bil-mutur kif imfissra f'(a), - dawn ikunu vvjaġġaw aktar minn 6000 kilometri fil-każ ta' vetturi ta' l-art, baħħru għal aktar minn 100 siegħa fil-każ ta' vapuri, jew taru għal aktar minn 40 siegħa fil-każ ta' ajruplani. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom il-fatti t'hawn fuq jistgħu ikunu meqjusa bħala stabbiliti.'"; 7. "TITOLU XVIb DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI APPLIKABBLI FIL-QASAM TA' OĠĠETTI WŻATI, OĠĠETTI TA' L-ARTI U ANTIKITAJIET Artikolu 28o 8. L-Istati Membri li fil-31 ta' Diċembru 1992 kienu qed japplikaw l-arranġamenti speċjali tat-taxxa minbarra dawk provduti fl-Artikolu 26a (B) għal-fornituri ta' mezzi tat-trasport ġa wżati magħmula minn negozjanti taxxabbli jistgħu ikomplu japplikaw dawk l-arranġamenti matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 28l sakemm dawn jaderixxu ma', jew huma aġġustati sabiex jikkonformaw ma', l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-arranġamenti speċjali għandhom japplikaw għal fornituri tal-mezzi ta' trasport imsemmija fl-Artikolu 28a (2) (a) u meqjusa bħala oġġetti wżati skond it-tifsira ta' L-Artikolu 26a (A) (d), magħmula minn negozjanti taxxabbli skond it-tifsira ta' L-Artikolu 26a (A) (e), u suġġetti għall-arranġamenti speċjali tat-taxxa biex jintaxxaw il-marġni bis-saħħa ta' L-Artikolu 26a (B) (1) u (2). Fornituri ta' mezzi ġodda tat-trasport skond it-tifsira ta' L-Artikolu 28a (2) (b) li jkunu magħmula skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 28ċ (A) għandhom ikunu esklużi minn dawn l-arranġamenti speċjali; (b) it-taxxa dovuta għar-rigward ta' kull fornitura msemmija f'(a) hi ugwali għall-ammont tat-taxxa li tkun dovuta jekk dak il-forniment kien suġġett għall-arranġamenti normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, bit-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud meqjusa li bħala inkorporata fil-prezz tax-xiri tal-mezzi tat-trasport min-negozjant taxxabbli; (ċ) it-taxxa meqjusa bħala inkorporata fil-prezz tax-xiri tal-mezzi tat-trasport min-negozjant taxxabbli għandha tkun kalkulata skond il-metodu li ġej: - il-prezz tax-xiri li għandu jkun ikkunsidrat għandu jkun il-prezz tax-xiri skond it-tifsira ta' L-Artikolu 26a (B) (3), - dak il-prezz tax-xiri imħallas min-negozjant taxxabbli għandu jitqies li jinkludi t-taxxa li kienet tkun dovuta jekk il-fornitur tan-negozjant taxxabbli ikun issuġġetta l-fornituri għall-arranġamenti normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, - ir-rata li għandha tkun ikkunsidrata għandha tkun ir-rata applikabbli skond it-tifsira ta' L-Artikolu 12(1), fl-Istat Membru li fih il-post tal-fornituri lin-negozjant taxxabbli, stabbiliti skond L-Artikolu 8, ikun meqjus li jkun jinsab; (d) it-taxxa dovuta għar-rigward ta' kull fornitura imsemmija f'(a), stabbilita skond id-dispożizzjonijiet ta' (b), ma tistax tkun inqas mill-ammont tat-taxxa li kienet tkun dovuta jekk dik il-fornitura kienet suġġetta għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni skond L-Artikolu 26a (B) (3). Għat-tħaddim tad-dispożizzjonijiet t'hawn fuq, l-Istati Membri għandhom l-għażla li jipprovdu li jekk il-fornitura kienet suġġetta għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni, dak il-marġni ma kienx ikun inqas minn 10 % tal-prezz tal-bejgħ, skond it-tifsira ta' B (3); (e) in-negozjant taxxabbli ma jkunx intitolat li jindika b'mod separat fuq l-invoices li jagħmel, jew fuq kull dokument ieħor magħmul minfolk, it-taxxa li tirreferi għall-fornituri li hu jkun qed jissuġġetta għall-arranġamenti speċjali; (f) persuni taxxabbli ma jkunux intitolati li jnaqqsu mit-taxxa li dovuta t-taxxa dovuta jew imħallsa għar-rigward ta' mezzi tat-trasport ġa wżati fornuti lilhom minn negozjant taxxabbli, sakemm dik il-fornitura ta' dawk l-oġġetti min-negozjant taxxabbli tkun suġġetta għall-arranġamenti tat-taxxa skond (a); (g) bħala deroga mill-Artikolu 28a (1) (a), akkwisti intra-Komunitarji ta' mezzi tat-trasport mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-bejjiegħ ikun negozjant taxxabbli li jaġixxi bħala tali u l-mezzi tat-trasport ġa wżati akkwistati ikunu suġġetti għat-taxxa, fl-Istat Membru tat-tluq tad-dispaċċ jew trasport, skond (a); (h) l-Artikoli 28b (B) u 28ċ (A) (a) u (d) ma japplikawx għal fornituri ta' mezzi tat-trasport ġa wżati suġġetti għat-taxxa skond (a). 8. Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, ir-Renju tad-Danimarka għandu jkun intitolat li japplika l-arranġamenti speċjali tat-taxxa stabbiliti fil-paragrafu 1 (a) sa (ħ) matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 28l. 8. Meta dawn japplikaw l-arranġamenti speċjali għall-bejgħ b'irkant pubbliku kif hemm provdut fl-Artikolu 26a (Ċ), l-Istati Membri għandhom japplikaw ukoll dawn l-arranġamenti speċjali għal fornituri ta' mezzi tat-trasport ġa wżat minn xi organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku li jaġixxi f'ismu proprju, bis-saħħa ta' xi kuntratt li permezz tiegħu tkun pagabbli kummissjoni fuq il-bejgħ ta' dawk l-oġġetti permezz ta' rkant pubbliku, għan-nom ta' negozjant taxxabbli, sakemm il-forniment ta' mezzi tat-trasport ġa wżati, skond it-tifsira ta' Artikolu 5 (4) (ċ), minn dak in-negozjant taxxabbli l-ieħor, ikun suġġett għat-taxxa skond il-paragrafi 1 u 2. 8. Għal fornituri ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet r antiques minn negozjant taxxabbli li kienu fornitu lilu bil-kondizzjonijiet li hemm provdut fl-Atikolu 26a (B) (2), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun intitolata, sat-30 ta' Ġunju 1999, sabiex tagħmel possibbli li n-negozjants taxxabbli japplikaw jew l-arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli, jew l-arranġamenti normali tal-VAT skond ir-regoli li ġejjin: (a) għat-tħaddim ta' l-arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli għal dawn il-fornimenti ta' l-oġġetti, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit skond L-Artikolu 11(A)(1), (2) u (3); (b) sakemm l-oġġetti jkunu użati għall-ħtiġijiet tal-operat tiegħu li huma intaxxati skond (a), in-negozjant taxxabbli għandu jkun awtorizzat li jnaqqas mit-taxxa li dwarha jkun dovut: - it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li huma jew ser ikunu forniti lilu minn negozjant taxxabbli ieħor, meta l-forniment minn dak in-negozjant ikun intaxxat skond (a), - it-taxxa fuq il-valur miżjud meqjusa li tkun inkluża fil-prezz tax-xiri tax-xogħlijie ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li huma jew ser ikunu forniti lilu minn negozjant taxxabbli ieħor, meta l-forniment minn dak in-negozjant taxxabbli l-ieħor kien suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud skond l-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni kif hemm provdut fl-Artikolu 26a (B), fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-post ta' dak il-forniment, stabbilit skond L-Artikolu 8, ikun meqjus li jkun jinsab, Dan il-jedd li jsir tnaqqis jibda jgħodd fil-ħin meta t-taxxa dovuta għall-forniment intaxxat skond (a) issir dovuta; (ċ) għat-tħaddim tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni inciz ta' (b), il-prezz tax-xri tax-xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li l-forniment tagħhom minn xi negozjant taxxabbli jkun intaxxat skond (a) għandu jkun stabbilit skond L-Artikolu 26a (B) (3) u t-taxxa meqjusa li tkun inkluża f'dan il-prezz tax-xiri għandha tkun kalkulata skond il-metodu li ġej: - il-prezz tax-xiri għandu jitqies li jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud li kienet tkun dovuta jekk il-marġni taxxabbli magħmula mill-fornitur kienet ugwali għal 20 % tal-prezz tax-xiri, - ir-rata li għandha tkun ikkunsidrata għandha tkun ir-rata applikabbli, skond it-tifsira ta' L-Artikolu 12(1), fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-post tal-forniment li jkun suġġett għall-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni ta' profitt, stabbilit skond L-Artikolu 8, jitqies li jinsab; (d) meta dan japplika l-arranġamenti normali għat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-forniment ta' xi xogħol ta' l-arti, oġġett tal-kollezzjoni jew antikita li kien fornit lilu minn negozjant taxxabbli ieħor u meta l-oġġetti ikunu ġew intaxxati skond (a), in-negozjant taxxabbli għandu jkun awtorizzat li jnaqqas mit-taxxa dovuta minnu t-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija f'(b); (e) il-kategorija tar-rati applikabbli għal dawn il-fornimenti ta' l-oġġetti għandha tkun dik li kienet applikabbli fl-1 ta' Jannar 1993; (f) għat-tħaddim tar-raba' inciz ta' L-Artikolu 26a (B) (2), ir-raba' inciz ta' L-Artikolu 26a (Ċ) (1) u L-Artikolu 26a (D) (b) u (ċ), il-forniment tax-xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, intaxxati skond (a), għandhom jitqiesu mill-Istati Membri bħala fornimenti suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud skond l-arranġamenti speċjali biex ikun intaxxat il-marġni ta' profitt kif hemm provdut fl-Artikolu 26a (B); (g) meta l-forniment tax-xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet intaxxati skond (a) isiru skond il-kondizzjonijiet li hemm provdut fl-Artikolu 28ċ (A), l-invoice maħruġa skond L-Artikolu 22(3) għandha jkollha l-attestatura li tindika li l-arranġamenti speċjali tat-tassazzjoni biex ikun intaxxat il-marġni li hemm provdut fl-Artikolu 28o (4) ġew applikati.'" ; 8. id-deroga kif hemm provdut fl-Artikolu 28(3)(e) li tirreferi għalL-Artikolu 5(4)(ċ) għandha titħassar; 10. L-Artikolu 32 għandu jitħassar; 10. l-Anness ta' din id-Direttiva għandu jiżdied ma' l-Anness I. Artikolu 2 L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri dwar il-jedd li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud biex jevitaw li n-negozjant taxxabbli nteressati jgawdu minn vantaġġi mhux ġustifikati jew milli jġarrbu telf mhux ġustifikat. Artikolu 3 B'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista' jawtorizza xi Stat Membrui li jintroduċi miżuri partikolri bil-għan li jiġġieled il-frodi, billi jipprovdi li t-taxxa dovuta fit-tħaddim ta' l-arranġamenti biex ikun intaxxat il-arġni ta' profitt kif hemm provdut fl-Artikolu 26a (B) ma jistax ikun inqas mill-ammont tat-taxxa li tkun dovuta jekk il-marġni ta' profitt kien ugwali għal ċertu perċentwali tal-prezz tal-bejgħ. Dan il-perċentwali għandu jkun stabbilit billi jiġu kunsidrati l-marġni normali ta' profit magħmula minn operaturi ekonomiċi fis-settur in kwistjoni. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jadattaw konformi ma' din id-Direttiva s-sistema preżenti tagħhom tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Dawn għandhom idaħħlu fis-seħħ dawi il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa għas-sistema tagħhom kif adattata biex tidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1995. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li huma jadottaw biex iħaddmu din id-Direttiva. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. 4. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Frar 1994. F'isem il-Kunsill Il-President Y. Papantoniou [1] ĠU C 323, tas-27.12.1989, p. 120. [2] ĠU C 201, tas-7.8.1989, p. 6. [3] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/111/KEE (ĠU L 384, tat-30.12.1992, p. 47). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS L-ANNESS I XOGĦLIJIET TA' L-ARTI, OĠĠETTI TAL-KOLLEZZJONI JEW ANTIKITAJIET GĦALL-FINIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA: (a) "xogħlijiet ta' l-arti" tfisser: - stampi, collages u plakek simili dekorattivi, pitturi u tpinġijiet, magħmula kollha kemm huma bl-idejn mill-artist, minbarra pjanti u tpinġijiet għall-finijiet arkitetturali, ta' inġinerija, industrijali, kummerċjali, topografiċi jew simili, oġġetti magħmula u dekorati bl-idejn, xenarju tat-teatru, drapp iswed tal-istudjo jew oġġetti simili ta' kanvas miżbugħ (kodiċi NM 9701), - inċiżjonijiet oriġinali, copji ta' pitturi u litografiji, li jkunu edizzjonijiet magħmula f'numru limitat direttament bl-iswed u bl-abjad jew bil-kulur ta' pjanċa waħda jew aktar maħduma kollha kemm huma bl-idejn mill-artista, irrispettivament mill-proċess jew mill-materjal użat minnu, iżda li ma jinkludix xi proċess mekkaniku jew fotomekkaniku (kodiċi NM 97020000), - skulturi u statwi oriġinali, maħgmula f'kull materjal, sakemm dawn ikunu maħduma kollha kemm huma mill-artist; kasti ta' skulturi li l-produzzjoni tagħhom tkun limitata għal tmin kopji u sorvlejati mill-artist jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu (kodiċi NM 97030000); fuq bażi eċċezzjonali, fil-każijiet stabbiliti mill-Istati Membri, il-limitazzjoni ta' tmin kopji tista' tkun maqbuża għar-rigward ta' casts ta' statwi magħmula qabel l-1 ta' Jannar 1989, - tapizzeriji (kodiċi NM 58050000) u tessut tal-ħajt (kodiċi NM 63040000) magħmula bl-idejn minn disinji oriġinali provudti mill-artisti, sakemm ma jkunx hemm aktar minn tmin kopji minn kull wieħed, - biċċiet individwali ta' ċeramika magħmula kollha kemm hi mill-artist u ffirmata minnu, - enemel fuq ramm, magħmula kollha kemm huma bl-idejn, bil-limitazzjoni ta' tmin kopji numerti li jkollhom il-firma ta' l-artist jew ta' l-istudju, minbarra oġetti ta' ġojjellerija u oġġetti ta' ħaddiema tad-deheb u ħaddiema tal-fidda, - ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nemerati u bil-limitazzjoni ta' 30 kopja, id-daqsijiet u montaturi kollha inklużi; (b) "oġġetti tal-kollezzjoni" tfisser: - bolli postali jew fiskali, timbri tal-posta, first-day covers, kartolerija pre-stampata u oġġetti simili, iffrankati, jew jekk mhux iffrankati li ma jkollhomx valuta legali u li ma jkunux maħsuba li jintużaw bħala valuta legali (kodiċi NM 97040000), - kollezzjonijiet u oġġetti tal-kollezzjoni ta' nteress żuloġiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, palaetoloġiku, etnografiku jew numismatiku (kodiċi NM 97050000); (ċ) "antikitajiet" tfisser oġġetti minbarra xogħlijiet ta' l-arti jew oġġetti tal-kollezzjoni, li jkollhom aktar minn 100 sena (kodiċi NM 97060000).' --------------------------------------------------