Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0505

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1994 li temenda d-Deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 1992 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodott li fih GMO, it-tilqima Nobi-Porvac Aujeszky ħaj (gI–, tk–), skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

OJ L 203, 6.8.1994, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 013 P. 203 - 204
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 013 P. 203 - 204
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 002 P. 381 - 382
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 003 P. 81 - 82
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 003 P. 81 - 82
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 031 P. 13 - 14

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/505/oj

31994D0505



Official Journal L 203 , 06/08/1994 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0203
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0203


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1994

li temenda d-Deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 1992 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodott li fih GMO, it-tilqima Nobi-Porvac Aujeszky ħaj (gI–, tk–), skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

(94/505/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 t’April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi ġenetikament modifikati fl-ambjent (GMO), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi, skond il-Parti Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, teżisti proċedura li tippermetti lill-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru li tagħti l-kunsens għat-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti li fihom GMO;

Billi, skond din il-proċedura u b’mod partikolari b’konsiderazzjoni ta’ l-Artikolu 13, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni fit-18 ta’ Diċembru 1992 [1] li tippermetti lill-Awtorità Kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tagħti l-kunsens tagħha għat-tpoġġija fis-suq tal-prodott li ġej, li jiġi nnotifikat mill-Vemie Veterinär Chemie GmbH (Ref. C/D/92/I-1):

Nobi-Porvac Aujeszky ħaj (gI–, tk–) (b’ Diluvac forte) Pseudorabies virus (tip Begonia) (għall-użu intra-muskolari biss);

Billi, wara din id-deċiżjoni, l-Awtorità Kompetenti tar-Repubblika tal-Ġermanja rċeviet notifika ulterjuri mill-istess persuna li għamlet in-notifika qabel, fejn ġiet mitluba li tagħti l-kunsens tagħha sabiex l-użu tal-prodott jitwessgħa biex jinkludi l-użu intra-dermali; billi b’riżultat ta’ dan, l-Awtorità kompetenti għaddiet inkartament dwar dan lill-Kummissjoni u tat opinjoni favorevoli;

Billi, il-Kummissjoni għaddiet inkartament lill-Awtoritajiet Kompetenti ta’ l-Istati Membri; billi l-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għamlet oġġezzjoni għal dan l-inkartament;

Billi, għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, skond il-proċeduri stabbiliti skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/220/KEE;

Billi, wara li l-Kummissjoni eżaminat l-inkartament u qabblitu ma’ l-elementi ta’ l-inkartament li kienet ikkonsidrat għad-deċiżjoni ta’ qabel, u wara li kkunsidrat l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, inklużi l-ħafna provi tat-testijiet, sabet li r-riskji li jista’ jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mit-tpoġġija fis-suq tan-Nobi-Porvac Aujeszky ħaj għall-użu intra-dermali mhumiex differenti minn dawk li jippreżenta l-użu intra-muskolari ta’ l-istess prodott;

Billi, l-informazzjoni ppreżentata u x-xhieda mit-testijiet jindikaw b’mod partikolari li l-modifikazzjoni ġenetika tal-virus mhix mistennija li tirriżulta f’ċaqliq wara r-rilaxx, fl-interazzjoni bijoloġika jew host range jew f’effetti oħra magħrufa jew mistennija fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira fl-ambjent jew interazzjoni oħra li jista’ jkollha interazzjoni ta’ importanza ma’ l-ambjent jew f’ xi żieda fil-patoġeneċità meta mqabbla mat-tip ta’ virus li ġejja minnu u/jew f’xi żieda fil-kapaċità tal-Pseudovaries virus (tip Begonia) li jerġa’ jingħaqad ma’ virusijiet oħra rrelatati;

Billi, għaldaqstant, l-informazzjoni li fih l-inkartament hija biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni favorevoli dwar it-tpoġġija fis-suq tal-prodott Nobi-Porvac Aujeszky ħaj, u twessgħa l-użu tiegħu sabiex jinkludi użu intra-dermali, kif ukoll użu intra-muskolari kif permess mid-Deċiżjoni ta’ qabel tal-Kummissjoni;

Billi din id-Deċiżjoni hija skond l-opinjoni tal-Kumitat tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/220/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Qiegħda hawn tittieħed deċiżjoni favorevoli, skond liema, il-prodott Nobi-Porvac Aujeszky ħaj, li jkun fih pseudorabies virus ġenetikament modifikat (tip Begonia) (gI–, tk–) fi preparazzjoni li jkun fiha Diluvac Forte, immodifikata minn Vemie Veterinär Chemie GmbH (Ref. C/D/92/I-1) u għal-liema ngħata kunsens bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 1992 għat-tpoġġija fuq is-suq ta’ tilqima ħajja għall-marda tal-Aujeszky li tingħata b’mod intra-muskolari biss, għandha issa tingħata kunsens għall-użu intra-dermali wkoll.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] C (92) 3215 finali.

--------------------------------------------------

Top