Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0207

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 tad-29 ta' Jannar 1993 li jiddefinixxi l-kontenut ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (4)

OJ L 25, 2.2.1993, p. 5–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 012 P. 37 - 42
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 012 P. 37 - 42
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 013 P. 368 - 373
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 012 P. 90 - 95
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 012 P. 90 - 95

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R0889 . Latest consolidated version: 29/03/1997

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/207/oj

31993R0207



Official Journal L 025 , 02/02/1993 P. 0005 - 0010
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93

tad-29 ta' Jannar 1993

li jiddefinixxi l-kontenut ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (4)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (7) u (8) ta’ dan ir-Regolament,

Billi għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 5 (3) (b) u (ċ) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ ‘ir-Regolament’), għandhom jiġu stabbiliti listi eżawrjenti fis-Sezzjonijiet A, B u Ċ ta’ l-Anness VI tiegħu;

Billi għall-iskopijiet tat-tliet sezzjonijiet ta’ l-Anness VI tar- Regolament, ċerti definizzjonijiet għandhom jiġu żviluppati sabiex tkun assigurata koerenza ma’ disposizzjonijiet regolatorji Komunitarji oħra li huma relatati;

Billi kwalunkwe ingredjenti jew għajnuniet ta' l-ipproċessar li għandhom jissemmew fl-Anness VI tar- Regolament għandhom jintużaw biss skond ir-rekwiżiti leġislattivi li jikkonċernaw it-tħejjija ta’ prodotti ta’ l-ikel u skond prattika tajba fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel;

Billi l-Anness VI tar-Regolament għandu jieħu kont tal-pretenzjonijiet tal-konsumaturi li prodotti pproċessati minn produzzjoni organika għandhom jikkonsistu essenzjalment minn ingredjenti kif jinsabu fin-natura;

Billi, madanakollu, ingredjenti oħrajn jew għajnuniet ta' l-ipproċessar li jistgħu jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel li huma pproċessati konvenzjonalment, u li preferibbilment jeżistu fin-natura, jistgħu jiġu inklużi fl-Anness VI tar-Regolament, sakemm jiġi ppruvat li, mingħajr rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li jkunu prodotti jew ippreservati affarijiet ta' l-ikel organiċi;

Billi, fir-rigward ta’ enżimi li huma derivati minn mikro-organismi, għad trid issir riċerka ulterjuri jekk dawn il-prodotti derivati minn mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [2], jistgħux jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel li l-ittikkettar tagħhom jirreferi għal metodi ta’ produzzjoni organiċi; billi din il-kwistjoni tiġi eżaminata fid-dettall meta dawn l-enżimi jiġu approvati għall-użu fi prodotti ta’ l-ikel skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti;

Billi l-imsemmi Anness VI għandu jiġi rivedut regolarment fid-dawl ta' esperjenza ggwadanjata u ta’ żviluppi fid-disponibbiltà fis-suq Komunitarju ta' ċerti ingredjenti ta' oriġini agrikola prodotti organikament;

Billi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-deroga skond l-Artikolu 5 (4) tar-Regolament huma neċessarji sabiex tkun assigurata implimentazzjoni koerenti ta' din id-deroga fl-Istati Membri, sakemm il-prodotti koperti b'din id-deroga ma jkunux ġew inklużi fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness VI ta’ dan ir- Regolament;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kontenut ta’ l-Anness VI tar- Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa definit fl-Anness ta’ dan ir- Regolament preżenti.

Artikolu 2

Ebda emendi għas-Sezzjonijiet A u B ta’ l-Anness VI m’għandhom jiġu adottati sakemm ma jkunux sodisfatti għall-inqas dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għal adittivi ta’ l-ikel koperti bis-Sezzjoni A, il-punt 1 ta’ l-Anness VI: mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni ta’ adittivi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE [3], jistgħu jiġu inklużi biss dawk is-sustanzi li fir-rigward tagħhom intwera li, mingħajr ma jkun hemm rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li wieħed jipproduċi jew jippreserva dawn il-prodotti ta l-ikel;

(b) għal għajnuniet ta' l-ipproċessar koperti mill-Parti B ta' l-Anness VI: jistgħu jiġu inklużi biss dawk is-sustanzi li huma aċċettati fl-ipproċessar ġenerali ta’ l-ikel u li għalihom intwera li, mingħajr rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li dawn l-affarijiet ta' l-ikel jiġu prodotti.

Artikolu 3

1. Sakemm ingredjent ta’ oriġini agrikola ma jkunx ġie inkluż fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness VI tar- Regolament, dak l-ingredjent jista' jintuża skond id-deroga prevista fl-Artikolu 5 (4) ta’ dak ir- Regolament taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) li l-operatur ikun innotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru bil-provi kollha meħtieġa li juru li l-ingredjent ikkonċernat jissodisfa l-Artikolu 5 (4); u

(b) li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru awtorizza l-użu għal perjodu massimu ta’ tliet xhur, li jista’ jitnaqqas jekk jidher li provvisti ta’ l-ingredjent ikkonċernat huma disponibbli fil-Komunità.

2. Meta tkun ingħatat awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-data ta’ l-awtorizzazzjoni;

(b) l-isem ta’ l-ingredjent ta’ oriġini agrikola kkonċernat;

(ċ) il-kwantitajiet li huma meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għal dawk il-kwantitajiet;

(d) ir-raġunijiet għal, u l-perjodu mistenni tan-nuqqas.

3. Jekk l-informazzjoni sottomessa minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni turi li waqt il-perjodu tan-nuqqas hemm provvisti disponibbli, l-Istat Membru għandu jikkunsidra li jirtira l-awtorizzazzjoni jew li jnaqqas il-perijodu tal-validità tagħha, u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li jkun ħa, fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ meta tasal l-informazzjoni.

4. Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizzjattiva tal-Kummissjoni, il-kwistjoni għandha tiġi sottomessa għal eżami mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar- Regolament. Jista’ jiġi deċiż, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14, li l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata jew li l-perijodu tal-validità tagħha għandu jiġi emendat, jew, fejn xieraq, li l-ingredjent ikkonċernat għandu jiġi inkluż fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness VI.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, id-29 ta’ Jannar 1993.

Għall- Kummissjoni

Ren Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15.

[3] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-Anness VI

INTRODUZZJONI

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. ingredjenti: sustanzi kif definiti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament taħt ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur finali [1].

2. ingredjenti ta’ oriġini agrikola:

(a) prodotti agrikoli singolari u prodotti derivati minnhom permezz ta’ ħasil, tindif, proċessi termiċi u/jew mekkaniċi u/jew proċessi fiżiċi approprjati li għandhom l-effett li jnaqqsu l-ammont ta’ kontenut ta' l-ilma tal-prodott;

(b) ukoll, prodotti derivati mill-prodotti msemmija taħt (a) bi proċessi oħrajn użati fl-ipproċessar ta’ l-ikel, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux ikkunsidrati bħala adittivi ta’ l-ikel jew sustanzi li jagħtu t-togħma kif definit taħt il-punti 5 jew 7 hawn taħt.

3. ingredjenti ta’ oriġini non-agrikola: ingredjenti ta' xort' oħra minn ingredjenti ta' oriġini agrikola u li jappartjenu għal mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

3.1. adittivi ta’ l-ikel, li jinkludu carriers għal adittivi ta’ l-ikel, kif definit taħt il-punti 5 u 6 hawn taħt;

3.2. sustanzi li jagħtu t-togħma, kif definit taħt il-punt 7 hawn taħt;

3.3. ilma u melħ;

3.4. preparati ta' mikro-organiżmi

3.5. minerali (inklużi traċċi ta' sustanzi) u vitamini.

4. għajnuniet għall-ipproċessar: sustanzi kif definit fl-Artikolu 1 (3) (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE [2] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw adittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fi prodotti intiżi għall-konsum uman;

5. adittivi ta’ l-ikel: sustanzi kif definiti fl-Artikolu 1 (1) u (2) tad-Direttiva 89/107/KEE u koperti minn dik id-Direttiva jew minn Direttiva komprensiva kif imsemmija fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 89/107/KEE;

6. carriers, inklużi solventi ta' carriers: adittivi ta’ l-ikel li jintużaw sabiex jinħall, jiġi dilwit, imxerred jew xort' oħra modifikat fiżikament adittiv ta' l-ikel mingħajr ma tiġi alterata l-funzjoni teknoloġika tiegħu sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;

7. sustanzi li jagħtu t-togħma: sustanzi u prodotti kif definiti fl-Artikolu 1 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw sustanzi li jagħtu t-togħma għall-użu f'affarijiet ta' l-ikel u għal materjali bażiċi għall-produzzjoni tagħhom [3], u koperti b' dik id-Direttiva.

PRINĊIPJI ĠENERALI

Is-Sezzjonijiet A, B u Ċ ikopru l-ingredjenti u l-għajnuniet għall-ipproċessar li jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ prodotti ta' l-ikel li jikkonsistu essenzjalment minn ingredjent wieħed jew iżjed ta' oriġini mill-pjanti, imsemmija fl-Artikolu 1 (1) (b) ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed.

Minkejja r-referenza għal xi ingredjent fis-Sezzjonijiet A u Ċ jew għal kull għajnuna għall-ipproċessar fis-Sezzjoni B, kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar għandu jintuża biss skond il-leġislazzjoni Komunitarja u/jew il-leġislazzjoni nazzjonali relevanti kompatibbli mat-Trattat u, fin-nuqqas tagħhom, skond il-prinċipji ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba għal prodotti ta’ l-ikel. B’mod partikolari, adittivi għandhom jintużaw skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/107/KEE u, meta relevanti, dawk ta’ kull Direttiva komprensiva kif imsemmi fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 89/107/KEE; sustanzi li jagħtu t-togħma għandhom jintużaw skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/388/KEE u solventi skond id- disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel u ingredjenti ta’ l-ikel [4].

SEZZJONI A – INGREDJENTI TA’ ORIĠINI NON-AGRIKOLA (MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (3) (B) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91):

A.1. Adittivi ta’ l-ikel, inklużi carriers

| Isem | Kondizzjonijiet speċifiċi |

E 170 | Calciumcarbonates | - |

E 270 | Għajnuna lattika | - |

E 290 | Carbondioxyde | - |

E 296 | Aċidu maliku | - |

E 300 | Aċidu asorbiku | - |

E 322 | Lecithins | - |

E 330 | Aċidu ċitriku | - |

E 334 | Aċidu tartariku (L(+) - ) | - |

E 335 | Tartru tas-sodju | - |

E 336 | Tartru tal-potassju | - |

E 400 | Aċidu Alġiniku | - |

E 401 | Alġinat tas-sodju | - |

E 402 | Alġinat tal-potassju | - |

E 406 | Agar | - |

E 410 | Gomma tal-ħarrub | - |

E 412 | Gomma tal-guar | - |

E 413 | Gomma tat-Tragacanth | - |

E 414 | Gomma Arabic | - |

E 415 | Gomma Xanthan | - |

E 416 | Gomma Karaga | - |

E 440 (i) | Pectin | - |

E 500 | Sodjukarbonati | - |

E 501 | Potassjukarbonati | - |

E 503 | Amonjukarbonati | - |

E 504 | Manjesjukarbonati | - |

E 516 | Sulfat tal-kalċju | CR |

E 398 | Aragon | - |

E 941 | Nitroġenu | - |

E 948 | Ossiġenu | - |

Isem | Kondizzjonijiet speċifiċi |

Ilma | |

Klorur tal-kalċju | Aġent ta' koagulazzjoni |

Karbonat tal-kalċju | |

Idrossidu tal-kalċju | |

Sulfat tal-kalċju | Aġent ta' koagulazzjoni |

Klorur tal-Manjesju (jew nigari) | Aġent ta' koagulazzjoni |

Karbonat tal-Potassju | Aġent ta' koagulazzjoni |

Diossidu tal-kubrit | |

Nitroġenu | |

Etanol | Solvent |

Aċidu Tanniku | Għajnuna ta' filtrazzjoni |

Albumina ta' l-abjad tal-bajd | |

Kaseina | |

Ġelatina | |

Isinglass | |

Żjut veġetali | Aġent ta' rilaxx jew xaħmi |

Ġel diossidu tas-silikon jew soluzzjoni kollojdali | |

Kubrit attivat | |

Talc | |

Bentonite | |

Kaolin | |

Diatomaceous earth | |

Perlite | |

Qxur tal-ġellewż | |

Xama' tan-naħal | Aġent ta' rilaxx |

Xama' tal-Karnuba | Aġent ta' rilaxx |

Preparati ta’ mikroorganiżmi u enżimi:

(i) Kull preparazzjoni ta’ mikroorganiżmi u enżimi normalment użati bħala għajnuniet ta' l-ipproċessar fl-ipproċessar ta’ l-ikel, bl-eċċezzjoni ta’ mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens ta’ l- Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE;

(ii) Mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE:

Jekk ġew inklużi hawn taħt skond il-proċedura ta’ deċiżjoni ta’ l-Artikolu 14.

SEZZJONI Ċ – INGREDJENTI TA’ ORIĠINI AGRIKOLA LI MA ĠEWX PRODOTTI ORGANIKAMENT, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (4) TAR- REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91

C.1. Prodotti veġetali mhux ipproċesati, kif ukoll prodotti derivati minnhom permezz ta' proċessi msemmija taħt id-definizzjoni 2 (a):

C.1.1. Frott, ġwież u żerriegħa li jittieklu

Ġewż ta’ l-Indi

Lewż tal-Brażil

Ġewż ta’ l-anakardju

Tamal

Ananas

Mangu

Papajja

Pruna salvaġġa

Kawkaw

Maracujas (Frott tal-fjura tal- passjoni)

Ġewż tal-kola

Karawett

Ballerini

Xewk taż-żafżaf qerqni

Tut blu

Xiropp taz-zokkor ta’ l-aġġru

Kwinowa

Denb it-taws

Żerriegħa ta’ l-għerq mustarda

Żerriegħa tal-qara’ ħamra

Il-qalba ta’ l-arżnu

Żerriegħa tar-ravanell

C.1.2. Ħwawar li jittieklu u ħaxix aromatiku

Il-prodotti kollha ħlief is-sagħtar

C.1.3. Ċereali

Millieġ

Ross salvaġġ (Zizania plauspra)

C.1.4. Żerriegħa taż-żejt u frott oleaġinuż

Żerriegħa tas-sesamu

C.1.5. Mixxellanji

Alka, inkluż alka tal-baħar

C.2. Prodotti veġetali, ipproċessati bi proċessi kif imsemmija taħt id-definizzjoni 2 (b):

C.2.1. Xaħmijiet u żjut, kemm jekk irfinati u kemm jekk le, iżda mhux kimikament modifikati, derivati minn pjanti barra minn:

żebbuġ

Ġirasol

C.2.2. Zokkor, lamtu; prodotti oħrajn minn ċereali u tuberi

Qasab tal-bambu’ u zokkor tal-pitravi

Lamtijiet magħmula minn ċereali u tuberi, mhux modifikati kimikament

Karta tar-ross

Glutina

C.2.3. Diversi

Meraq tal-lumi

Ħall minn xorb iffermentat ta' xort' oħra mill-inbid

C.3. Prodotti ta’ l-Annimali

Għasel

Ġelatina

Trab tal-ħalib u trab tal-ħalib xkumat

Organiżmi akwatiċi li jittieklu, li ma joriġinawx mill-akwakultura.

"

[1] ĠU Nru L 33, 8.2.1979, p. 1

[2] ĠU Nru L 40, 11.2.1989, p. 27

[3] ĠU Nru L 184, 15.7.1988, p. 61

[4] ĠU Nru L 157, 24.6.1988, p. 28

--------------------------------------------------

Top