EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0051

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjaniti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqalqu fi ħdan dik iż-żona protetta

OJ L 205, 17.8.1993, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 051 P. 186 - 187
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 051 P. 186 - 187
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 014 P. 400 - 401
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 013 P. 132 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 013 P. 132 - 133
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 002 P. 10 - 11

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/51/oj

31993L0051



Official Journal L 205 , 17/08/1993 P. 0024 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0186
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0186


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE

tal-24 ta’ Ġunju 1993

li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjaniti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqalqu fi ħdan dik iż-żona protetta

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/19/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) l-ewwel u t-tieni inċiż,

Billi l-applikazzjoni tar-reġim tal-Komunità dwar is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità bħala żona mingħajr fruntieri nterni, tinkludi l-għarfien ta’ "zoni protetti" stabbiliti għal ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn rigward l-organiżmi wieħed jew aktar li huma ta’ ħsara;

Billi, permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/EEC, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 1993, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness V, il-parti A, sezzjoni II, ma jistgħux jiddaħħlu f’żona protetta speċifikata jew jiġu mċaqalqa fiha, sakemm passaport tal-pjanti validu għal dik iż-żona u maħruġ uffiċjalment skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(1) ta’ l-imsemmija Direttiva jkun mehmuż magħhom, mal-ippakkjar tagħhom jew mal-vetturi li jittrasportawhom; billi dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw jekk ċerti garanziji dwar iċ-ċaqliq tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti jew ta’ l-oġġetti l-oħrajn minn żona protetta stabbilita għall-imsemmija pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn dwar xi organiżmu wieħed jew aktar li jagħmlu l-ħsara, jiġu mħarsa; u billi dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu mħarsa b’kondizzjonijiet anqas iebsin minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 6(4) ta’ l-imsemmija Direttiva dwar dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u l-oġġetti li joriġinaw fi u li jiġu mċaqalqa f’dik iż-żona protetta;

Billi, fin-nuqqas ta’ garanziji ġeneralment aċċettabbli, dawn għandhom għandhom ikunu stabiliti, waqt li jingħata akkont tal-kondizzjonijiet tipiċi li permezz tagħhom l-imsemmi ċaqliq jista’ jitwettaq sabiex sigurta adekwata tas-saħħa tal-pjanti tkun assigurata;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mħarsa meta l-pjanti, l-prodotti tal-pjanti u l-prodotti l-oħrajn elenkati fl-Anness V, il-parti A, is-sezzjoni II tad-Directive 77/93/KEE, li joriġinaw barra min żona protetta stabbilita għall-imsemmija pjanti, prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħrajn fir-rigward ta’ organiżmu wieħed jew aktar li jgħamlu l-ħsara skond l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 77/93/KEE, jiġu mċaqalqa ġo dik iż-żona għal destinazzjoni finali barra minn dik iż-żona, u mingħajr passaport tal-pjanti validu għal dik iż-żona.

2. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mħarsa:

(a) l-ippakkjar użat jew, meta applikabbli, il-vetturi li jittrasportaw il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn referuti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu nodfa u ħielsa mill-organiżmi relevanti referuti fil-paragrafu 1, u ta’ dik ix-xorta hekk li jassiguraw li ma jkun hemm ebda riskju li jixxerdu organiżmi ta’ ħsara;

(b) minnufih wara l-ippakkjar, l-ippakkjar jew, meta applikabbli, l-vetturi li jġorru l-imsemmija pjanti, prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn għandhom ikunu asigurati skond l-istandards strinġenti tas-saħħa tal-pjanti biex ikun assigurat li ma jkun hemm ebda riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara fiż-żona protetta relevanti u li l-identità għandha tibqa mhux mibdula u għas-sodisfazzjoni tal-korpi uffiċjali referuti fid-Direttiva 77/93/KEE, u jibqgħu hekk siguri fiż-żona protetta relevanti;

(ċ) il-pjanti, l-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn referuti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li normalment jintuża għall-għanijiet ta’ kummerċ, li jkun jindika li l-imsemmija prodotti joriġinaw barra miż-żona protetta relevanti u li jkollhom destinazzjoni barra ż-żona protetta relevanti.

3. Jekk matul verifika uffiċjali, organizzata skond l-Artikolu 11(7) tad-Direttiva 77/93/EEC, u mwettqa f’post fiż-żona relevanti, jinstab li l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ma jkunux imħarsa, il-miżuri uffiċjali li ġejjin għandhom jittieħdu minnufih, meta xieraq, u mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu jekk il-pjanti, l-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn ma jħarsux il-kondizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva 77/93/KEE:

- l-issiġillar tal-ippakkjar,

- it-trasportazzjoni, taħt il-kontroll uffiċjali, tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn għal destinazzjoni oħra barra ż-żona protetta relevanti.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li kondizzjonijiet anqas iebsin għandhom jgħoddu għal dawk il-pjanti, l-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħrajn elenkati fl-Anness V, il-parti A, is-sezzjoni II tad-Direttiva 77/93/EEC li joriġinaw fi u jiċċaqalqu ġewwa żona protetta stabbilita għall-imsemmija pjanti, prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn dwar organiżmu wieħed jew aktar li jgħamlu l-ħsara.

2. Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-kundizzjonijiet anqas iebsin li ġejjin jistgħu japplikaw:

l-eżamijiet uffiċjali referuti fl-Artikolu 6(4) ta’ l-imsemmija Direttiva jistgħu jiġu mħarsa bil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli dettaljati għal stħarriġ fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 għall-iskopijiet ta’ l-għarfien ta’ żoni protetti fil-Komunità [3].

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fid-data referuta fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/683/KEE [4]. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw mal-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża b’dan lill-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fl-24 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 96, tat-22.4.1993, p. 33.

[3] ĠU L 250, tat-18.8.1992, p. 29.

[4] ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 29.

--------------------------------------------------

Top