Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0041

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/41/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tħassar id-Direttiva 87/22/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali ta' teknoloġija għolja, b'mod partikolari dawk miksuba mill-bioteknoloġija

ĠU L 214, 24.8.1993, p. 40–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/41/oj

31993L0041



Official Journal L 214 , 24/08/1993 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0195


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/41/KEE

ta' l-14 ta' Ġunju 1993

li tħassar id-Direttiva 87/22/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali ta' teknoloġija għolja, b'mod partikolari dawk miksuba mill-bioteknoloġija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-dispożizzjopnijiet tad-Direttiva 87/22/KEE [4] issa ġew issorpassati bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Ġunju 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali [5] u bid-Direttiva tal-Kunsill 88/182/KEE tat-22 ta' Marzu 1988 li temenda d-Direttiva 83/189/KEE li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-kamp ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi [6];

Billi saret dispożizzjoni fid-Direttiva 93/39/KEE [7] għall-maniġġjar issoktat ta' l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ġew mogħtija mill-Istati Membri wara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Speċjalizzati mogħtija skond id-Direttiva 87/22/KEE;

Billi, barra minn dan, saret dispożizzjoni fid-Direttiva 93/40/KEE [8] għall-maniġġjar issoktat ta' l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ġew mogħtija mill-Istati Membri wara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Veterinarji mediċinali mogħtija skond id-Direttiva 87/22/KEE;

Billi d-Direttiva 87/22/KEE għandha għaldaqstant tiġi mħassra;

Billi fl-interess taċ-ċertezza legali, għandha ssir dispożizzjoni għall-eżami ssoktat ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ġew riferiti lill-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Speċjalizzati jew lill-Kumitat tal-Prodotti Veterinarji Mediċinali skond id-Direttiva 87/22/KEE qabel l-1 ta' Jannar 1995,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 1995, id-Direttiva 87/22/KEE hija hawnhekk imħassra.

L-Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ġew riferiti lill-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Speċjalizzati jew lill-Kumitat tal-Prodotti Veterinarji Mediċinali qabel l-1 ta' Jannar 1995 skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 87/22/KEE u li rigward tagħhom il-Kumitat interessat ma tax opinjoni sa l-1 ta' Jannar 1995 għandhom jittieħdu li huma skond ir-Regolament (KEE) Nru 2309/93.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha approprjati sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 1995. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Troejborg

[1] ĠU C 58, tat-8.3.1990, p. 1.

[2] ĠU C 183, tal-15.7.1991, p. 145 uĠU C 150, tal-31.5.1993.

[3] ĠU C 269, ta' l-14.10.1991, p. 84.

[4] ĠU L 15, tas-17.1.1987, p. 38.

[5] ĠU L 214, ta' l-14.6.1993, p. 1.

[6] ĠU L 81, tas-26.3.1988, p. 75.

[7] ĠU L 214, ta' l-14.6.1993, p. 22.

[8] ĠU L 214, ta' l-14.6.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

Top