EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0005

Council Directive 92/5/EEC of 10 February 1992 amending and updating Directive 77/99/EEC on health problems affecting intra-Community trade in meat products and amending Directive 64/433/EEC

OJ L 57, 2.3.1992, p. 1–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 041 P. 46 - 70
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 041 P. 46 - 70
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 012 P. 202 - 227

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32004L0041 . Latest consolidated version: 01/01/1995

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/5/oj

31992L0005



Official Journal L 057 , 02/03/1992 P. 0001 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0046


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/5/KEE

ta' l-10 ta' Frar 1992

li temenda u taġġorna d-Direttiva 77/99/KEE dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti tal-laħam u li temenda d-Direttiva 64/433/KEE

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ([1]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew([2]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3]),

Billi l-laħam tal-bhejjem tal-fart, tal-majjali, tan-nagħaġ u tal-mogħoż u tas-solipedi domestiċi, il-laħam tat-tjur, il-laħam mill-kaċċa u l-prodotti ttrattati miksuba minn laħam bħal dak huma inklużi fil-lista tal-prodotti fl-Anness II li jinsab mat-Trattat; billi l-produzzjoni ta' u l-kummerċ f'dawn il-prodotti jikkostitwixxu għajn importanti ta' dħul għal parti mill-popolazzjoni tar-raħħala;

Billi, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali f'dan is-settur u sabiex tiżdied il-produttività, ir-regoli tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju;

Billi l-Komunità għandha tadotta miżuri għall-istabbiliment pogressiv tas-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva 77/99/KEE ([4]) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa li għandhom jiġu mħarsa fil-kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam;

Billi d-Direttiva 89/662/KEE ([5]) tistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki li għandhom jiġu applikati bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikolari t-tneħħija tal-verifiki veterinarji fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri;

Billi sabiex tiġi meqjusa t-tneħħija ta' l-imsemmija verifiki u l-introduzzoni ta' garanziji aktar stretti fl-oriġini meta ma jkunx aktar possibbli li ssir distinzjoni bejn prodotti għas-suq domestiku u prodotti li għandhom jitqiegħdu fis-suq fi Stat membru ieħor, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 77/99/KEE għandhom jiġu addattati u estiżi għall-produzzjoni kollha;

Billi l-iskop ta' din l-addattazzjoni għandu jkun b'mod partikolari li jiġu standardizzati r-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni, il-ħażna u t-trasport ta' prodotti tal-laħam u prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum uman;

Billi għandha tiġi itrodotta sistema ta' approvazzjoni għall-istabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa stabbiliti minn din id-Direttiva, flimkien ma' proċedura ta' spezzjoni tal-Komunità biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet għal dik l-approvazzjoni jiġu mħarsa;

Billi stabbilimenti b'kapaċità żgħira għandhom jiġu approvati permezz ta' struttura ssimplifikata u kriterji ta' infrastruttura, waqt li jkunu jikkonformaw mar-regoli ta' l-iġene stabbiliti b'din id-Direttiva;

Billi l-immarkar tas-saħħa tal-prodotti tal-laħam huwa l-aħjar mod li bih tiġi sodisfatta l-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni li kunsinna tkun tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva; billi ċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinżamm għall-iskopijiet tal-verifika tad-destinazzjoni ta' ċerti prodotti;

Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri ta' salvagward stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ([6]) għandhom japplikaw hawnhekk;

Billi, fil-kuntest tal-kummerċ intra-Komunitarju, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE għandhom ukoll jiġu applikati;

Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bix-xogħol li tadotta ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; billi, għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Billi minħabba d-diffikultajiet partikolari tal-provvista dovuti għas-sitwazzjoni ġeografika tagħha għandhom jiġu permessi derogi speċjali għar-Repubblika Griega; billi għall-istess raġunijiet reġjuni remoti għandhom jingħataw aktar żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva;

Billi l-adozzjoni ta' regoli speċifiċi għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tar-regoli dwar l-iġene ta' l-ikel u s-sigurtà b'mod ġenerali, li dwarhom il-Kummissjoni bagħtet proposta għal Direttiva strutturali;

Billi fl-interessi taċ-ċarezza id-Direttiva 77/99/KEE għandha tiġi aġġornata u d-Direttiva 64/433/KEE ([7]) dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-laħam frisk għandha tiġi addattata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Sa mill-1 ta' Jannar 1993 it-titolu, l-Artikoli 1 sa 21 u l-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 77/99/KEE għandhom jiġu mibdula bit-test anness ma' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Id-Direttiva 91/497/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

1. Fit-titolu, il-kliem li jemendaw u jikkonsolidaw' għandhom jiġu mibdula b'jemendaw u jaġġornaw' u l-kliem u li temenda d-Direttiva 72/462/KEE' għandhom jiġu miżjuda.

2. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

L-Artikolu 1

Sa mill-1 ta' Jannar 1993 it-titolu u l-Artikoli tad-Direttiva 64/433/KEE għandhom jiġu mibdula skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.'

3. Fl-Anness, fit-titolu tad-Direttiva 64/433/KEE, ir-referenza għas-26 ta' Ġunju 1964' għandha titħassar.

4. Fil-Kapitolu XII ta' l-anness li jinsab mad-Direttiva 64/433/KEE, fit-tielet paragrafu tal-punt 60, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

Dan ir-rekwiżit jista' jiġi rrinunzjat għal-laħam tal-friża maħsub biex jintuża mingħajr aktar ipproċessar bħala materja prima għall-prodotti li għalihom issir referenza fid-Direttiva 77/99/KEE jew fid-Direttiva 88/657/KEE.'

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993, ħlief fil-każ ta':

- reġjuni remoti li għandhom l-għarfien skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 90/675/KEE, inkluż - fir-rigward tar-Renju ta' Spanja - il-Gżejjer Kanarji, u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/496/KEE,

u

- stabbilimenti li jinsabu fil-Laender il-ġdida tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja koperti bi pjanijiet ta' ristrutturazzjoni,

li fir-rigward tagħhom għandhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1995.

Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, fl-10 ta' Frar 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Arlindo MARQUES CUNHA

L-ANNESS

Direttiva tal-Kunsill dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttivi tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam u prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali maħsuba, wara li jiġu ttrattati, għall-konsum uman u għat-tħejjija ta' prodotti oħra ta' l-ikel.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għat-tħejjija u għall-ħażna, fi ħwienet li jbiegħu bl-imnut u f'postijiet biswit il-punti tal-bejgħ, ta' prodotti tal-laħam u prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum tal-bniedem, meta t-tħejjija u l-ħażna jitwettqu unikament bl-għan li jiġu pprovduti direttament lill-konsumatur.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) prodotti tal-laħam: prodotti preparati minn jew bil-laħam li jkunu għaddew minn proċess li l-wiċċ maqtugħ juri li l-prodott m'għadx għandu l-karatteristika ta' laħam frisk.

Madanakollu, dawn li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala prodotti tal-laħam:

(i) laħam li jkun għadda biss minn proċess tat-tkessieħ; laħam bħal dak għandu jibqa' suġġett għar-regoli tad-Direttivi li għalihom issir referenza fid-(d);

(ii) Prodotti suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 88/657/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'kapuljat tal-laħam, laħam fi bċejjeċ ta' anqas minn 100 gramma u preparazzjonijiet mill-laħam u li temenda d-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE u 72/462/KEE ([8]);

(b) prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali:

(i) estratti mill-laħam;

(ii) grass ta' l-annimali pproċessat: grass miksub mill-ipproċessar tal-laħam, inkluż l-għadam, u maħsuba għall-konsum tal-bniedem;

(iii) qrieqeċ: il-fdal mill-ipproċessar li jkun fih il-proteini, wara separazzjoni parzjali tal-grass u l-ilma;

(iv) ġelatina;

(v) trab tal-laħam, frak tal-qoxra, demm immellaħ jew imnixxef, plażma tad-demm immellħa jew imnixxfa;

(vi) stonku, bżieżaq u intestini, imnaddfa, immellħa jew imnixxfa, u/jew imsaħħna;

(ċ) ikliet imħejjija mill-laħam; prodotti mgeżwra tal-laħam li jikkorrispondu ma' preparazzjonijiet kulinarji, imsajra jew imsajra minn qabel u ppriżervati bil-kesħa;

(d) laħam: laħam kif definit fl-:

- l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 64/433/KEE,

- l-Artikolu 2 tad-Direttiva 71/118/KEE,

- l-Artikolu 2 tad-Direttiva 72/461/KEE,

- l-Artikolu 2 tad-Direttiva 72/462/KEE,

- l-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/657/KEE,

- l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 91/495/KEE;

(e) materja prima: kull prodott mill-annimali użat bħala ingredjent biex jinkisbu l-prodotti li għalihom issir referenza fl-(a) u l-(b) jew użati fit-tħejjija ta' ikliet mħejjija;

(f) trattament: proċess kimiku jew fiżiku bħat-tisħin, il-fumigazzjoni, it-tmelliħ, l-immarinar, l-ippriżervar jew it-tnixxif, maħsub biex itawwal il-preżervazzjoni tal-laħam jew tal-prodotti mill-annimali sew jekk assoċjat ma' prodotti oħra ta' l-ikel sew jekk le, jew taħlita ta' dawn id-diversi proċessi;

(g) tisħin: użu ta' sħana niexfa jew umda;

(h) tmelliħ: użu tal-melħ;

(i) preżervazzjoni, distribuzzjoni tal-melħ mal-prodott kollu;

(j) immaturar: trattament ta' laħam nej immellaħ, applikat taħt kondizzjonijiet klimatiċi li, matul it-tnaqqis bil-mod u gradwali ta' l-umdità, huma kapaċi li jiġġeneraw il-proċessi tal-fermentazzjoni naturali jew dawk enżimatiċi, li jinvolvu bidliet matul perjodu ta' żmien li jagħtu lill-prodott karatteristiċi tipiċi organolettiċi u li jiżguraw il-preżervazzjoni u t-tjubija tiegħu f'temperaturi ambjentali normali;

(k) tnixxif: tnaqqis artifiċjali jew naturali tal-kontenut ta' l-ilma;

(l) grupp: kwantità ta' prodott tal-laħam li jkun kopert bl-istess dokument kummerċjali li jakkumpanjah jew ċertifikat tas-saħħa;

(m) tgeżwir: il-protezzjoni tal-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1) bl-użu ta' tgeżwir inizjali jew kontenitur inizjali f'kuntatt dirett mal-prodott involut kif ukoll it-tgeżwir inizjali jew il-kontenitur innifsu;

(n) ippakkjar: it-tqegħid ta' prodott wieħed jew aktar imgeżwer jew mhux kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) f'kontenitur, kif ukoll il-kontenitur innifsu;

(o) kontenitur issiġillat ermetikament: kontenitur maħsub biex jipproteġi l-kontenut kontra d-dħul ta' mikro-organiżmi matul u wara t-trattament tas-sħana li fih ma tidħolx l-arja;

(p) stabbiliment: kull intrapriża li timmanifattura l-prodotti li għalihom issir referenza fl-(a), (b) u (ċ);

(q) ċentru tat-tgeżwir mill-ġdid: workshop jew depot fejn lottijiet maħsuba għat-tqegħid fis-suq jintramaw u/jew jigu mgeżwra mill-ġdid;

(r) tqegħid fis-suq: il-ħażna jew it-tqegħid għall-wiri bil-ħsieb tal-bejgħ, offerta għall-bejgħ, bejgħ, kunsinna jew kull mod ieħor ta' disponiment fil-Komunità, bl-eċċezzjoni ta' bejgħ bl-imnut;

(s) l-awtorità kompetenti: l-awtorità ċentrali ta' Stat membru kompetenti li twettaq verifiki veterinarji jew xi awtorità oħra li lilha tkun ġiet delegata dik il-kompetenza.

L-Artikolu 3

A. Kull Stat Membru għandu jiżgura - mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 - li l-prodotti tal-laħam imqiegħda fis-suq:

1. ikunu ġew ippreparati u maħżuna fi stabbiliment approvat u sorveljat:

- skond l-Artikolu 8, u li jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk ta' l-Anness A u l-Kapitoli I u II ta' l-Anness B,

jew

- skond l-Artikolu 9, fil-każ ta' stabbilimenti li ma jkollhomx struttura industrijali jew kapaċità ta' produzzjoni;

2. li jkunu ġew ippreparati minn laħam kif definit fl-Artikolu 2(d), bil-ftehim li:

(i) il-laħam importat minn pajjiż terz ikun ġie spezzjonat skond id-Direttiva 90/675/KEE;

(ii) il-laħam importat skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 71/118/KEE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/495/KEE m'għandux jintuża kemm-il darba:

- il-prodotti miksuba minn dan il-laħam ma jkunux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva,

- dawn il-prodotti ma jkunux iġibu l-marka tas-saħħa stabbilita fil-Kapitolu VI ta' l-Anness B,

- it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti ma jibqax suġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni.

Il-laħam iddikjarat mhux tajjeb għall-konsum b'konformità mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 64/433/KEE u l-oġġetti li ġejjin ma jistgħux jintużaw fit-tħejjija ta' prodotti tal-laħam:

(a) l-organi ġenitali ta' annimali nisa u rġiel ħlief għat-testikoli;

(b) l-organi ta' l-urina ħlief għall-kliewi u l-bżieżaq;

(ċ) il-qarquċa tal-laringi, it-trakea u l-bronki extralobulari;

(d) l-għajnejn u tebqet l-għajnejn;

(e) il-meatus estern awditorju;

(f) it-tessuti tal-kornea;

(g) fit-tjur, ir-ras, ħlief għall-għalla tas-serduq u l-widnejn, l-għalla u l-karunkula - l-esofagu, il-qurriegħa, l-intestini u l-organi ġenitali.

Jistgħu jiżdiedu jew jitneħħew oġġetti oħra minn din il-lista skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

3. li jkunu ġew ippreparati skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu III ta' l-Anness B u, fil-każ ta' prodotti pastorizzati jew sterilizzati f'kontenituri ssiġillati ermetikament jew ta' ikliet ippreparati, li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Anness B, Kapitolu VIII, jew il-Kapitolu IX rispettivament;

4. ikunu għaddew mill-verifiki proprji ta' l-istabbiliment li għalihom jipprovdi l-Artikolu 7 u li jkunu sorveljati mill-awtorità kompetenti skond il-Kapitolu IV ta' l-Anness B;

5. fejn meħtieġ, li jkunu wkoll jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2);

6. fejn iseħħ it-tgeżwir, l-ippakkjar jew it-tikkettjar, ippakkjati jew ittikkettjati skond il-Kapitolu V ta' l-Anness B fuq il-post jew f'ċentri tat-tgeżwir speċjalment approvati mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop.

Madanakollu, sakemm jiġu adottati r-regoli tal-Komunità, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta' prodotti tal-laħam m'għandhomx japplikaw għall-prodotti ta' oriġini nominata jew prodotti tipiċi;

7. mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' l-immarkar tad-Direttiva 80/215/KEE, ikunu ġew immarkati, fuq ir-responsabbiltà ta' l-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment, bi:

- marka nazzjonali dwar is-saħħa, fejn il-materja prima użata tkun imqiegħda fis-suq b'dik il-marka,

- marka li għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 meta l-laħam użat irid, skond il-liġi tal-Komunità, jitqiegħed fis-suq lokalment,

- fil-każijiet l-oħrajn, marka tas-saħħa skond il-Kapitolu VI ta' l-Anness B.

Il-marka għandha tiġi stampata fuq it-tikketta jew imwaħħla mal-prodott jew it-tgeżwir, bil-ftehim li l-istampar jew l-istampar mill-ġdid tat-tikketti jew marki għandu jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

8. ikunu ġew immaniġġjati, maħżuna u ttrasportati skond il-Kapitolu VII ta' l-Anness B u, jekk ikunu maħżuna f'impjant ta' ħażna mkessħa separat mill-istabbiliment, dan l-impjant għandu jkun ġie approvat u spezzjonat skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE;

9. ikunu akkumpanjati matul it-trasport:

(a) sat-30 ta' Ġunju 1993, għall-kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam ħlief għal dawk li għalihom issir referenza fit-tieni subparagrafu ta' (b) (ii), b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-awtorità kompetenti fiż-żmien tat-tagħbija, li għandu jikkorrispondi fil-forma u l-kontenut mal-mudell fl-Anness D. Għandu jkun imħejji f'ilsien jew l-ilsna uffiċjali ta' l-anqas tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Għandu jkun jikkonsisti f'folja waħda tal-karti;

(b) mill-1 ta' Lulju 1993:

(i) dokument kummerċjali mehmuż li għandu:

- flimkien mad-dettalji msemmija fl-Anness B, Kapitolu VI, il-punt 4, jinkludi numru ta' kodiċi li bih ikun jista' jiġi identifkat l-istabbiliment ta' oriġini mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza,

- jinżamm mill-kunsinnatarju ta' l-anqas għal sena sabiex ikun jista' jiġi ppreżentat fuq talba ta' l-awtorità kompetenti,

- sal-31 ta' Diċembru 1996, fil-każ tal-prodotti tal-laħam li għalihom issir referenza fit-tieni subparagrafu tat-(ii) hawn taħt maħsuba għar-Repubblika Griega wara li jgħaddu minn pajjiż terz, jiġu approvati mill-awtorità kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera li fih il-formalitajiet ta' tranżitu jitwettqu biex jiġi ċċertifikat li l-prodotti tal-laħam ikkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva;

(ii) ċertifikat tas-saħħa skond l-Anness D, fil-każ tal-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1 miksub minn laħam li jkun ġej minn biċċerija li tkun tinsab f'reġjun jew żona soġġetta għar-restrizzjoni fuq il-bażi tas-saħħa ta' l-annimali, jew minn laħam msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 64/433/KEE, jew minn prodotti li għandhom jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, wara li jgħaddu minn pajjiż terz f'mezzi ta' trasport issiġillati.

Dan l-obbligu m'għandux japplika għall-prodotti tal-laħam f'kontenituri ssiġillati ermetikament u li jkunu għaddew minn wieħed mill-proċessi li għalihom issir referenza fl-Anness B, Kapitolu VIII, punt B, l-ewwel inċiż, jekk il-marka tas-saħħa tkun immarkata b'mod li ma titħassarx fuq il-kontenitur skond dispożizzjonijiet li għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

Għandhom jigu adottati regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' (ii), u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-allokazzjoni tan-numri tal-kodici u l-kompilazzjoni ta' lista waħda jew aktar li tidentifika l-awtoritajiet kompetenti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

B. Sakemm ma jigux possibbilment stabbiliti regoli Komunitarji dwar l-ijonizzazzjoni, il-prodotti tal-laħam m'għandhomx ikunu suġġetti għal radjazzjoni li tijonizza.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali applikabbli għall-ijonizzazzjoni għal raġunijiet mediċi.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, flimkien mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3:

1. il-prodotti tal-laħam:

(a) li jkunu ġew ippreparati permezz tas-sħana, il-priżervazzjoni, l-immarinar jew it-tnixxif, liema proċessi jistgħu jiġu kkombinati mal-fumigazzjoni jew l-immaturar, possibbilment taħt kondizzjonijiet speċifiċi mikro-klimatiċi, u jkunu ġew assoċjati, b'mod partikolari, ma' ċerti aġenti ta' kura b'mod konformi ma' l-Artikolu 16(2). Il-prodotti tal-laħam jistgħu wkoll jiġu assoċjati ma' oġġetti oħra ta' l-ikel u kondimenti;

(b) ikunu, fejn approprjat, inkisbu minn prodott tal-laħam jew minn preparazzjoni tal-laħam;

2. sakemm jiskadu d-derogi stabbiliti fid-Direttiva 71/118/KEE u d-Direttiva 91/498/KEE, il-postijiet, l-għodda u t-tagħmir użati fit-tħejjija ta' prodotti tal-laħam minn jew bi prodotti tal-laħam li jġibu l-marka tas-saħħa KEE jistgħu wkoll jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti tal-laħam minn jew ma' laħam li ma jkunx iġib dik il-marka wara l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti u kemm-il darba jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità, biex tiġi evitata kull konfuzjoni bejn prodotti minn laħam bil-marka u dak mingħajra;

3. il-prodotti tal-laħam li għalihom issir referenza fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 3(7) ma jistgħux jintbagħtu lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor u t-tqegħid tagħhom fis-suq nazzjonali jew lokali huwa strettament sorveljat.

L-Artikolu 5

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jigi mħarsa dwar is-saħħa u l-iġene f'ikliet ippreparati, barra minn ikliet ippreparati mil-laħam, miksuba minn materja prima ta' oriġini mill-annimali mhux koperti b'din id-Direttiva. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Kunsill l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikunu mmanifatturati fi stabbiliment kif iddefinit fl-Artikolu 2(p), l-ikliet ippreparati in kwistjoni jkunu jikkonformaw mar-regoli ta' l-iġene mniżżla fl-Anness A, Kapitolu II, u li ikliet bħal dawk ikunu wkoll jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness B, Kapitolu IX, u li jkunu sorveljati skond l-Artikolu 7.

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali:

- ikunu nkisbu minn stabbilimenti li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7, ikunu ġew awtorizzati u rreġistrati skond l-Artikolu 11, ikunu jikkonformaw ma' l-istandards ta' l-Anness A u jkunu ġew spezzjonati skond l-Artikolu 8,

- huma mmanifatturati skond il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness Ċ,

- jiġu spezzjonati kif stabbilit fil-Kapitolu IV ta' l-Anness B,

- ikunu akkumpanjati, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(9)(b) (i), minn dokument kummerċjali li jispeċifika l-oriġini tal-prodotti.

2. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, kondizzjonijiet speċjali dwar is-saħħa għandhom jiġu adottati qabel il-31 ta' Diċembru 1992 għat-tħejjija ta' ġelatina maħsuba għall-konsum uman.

Skond l-istess proċedura, jistgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet addizzjonali għall-prodotti l-oħra ta' oriġini mill-annimali sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment jew iċ-ċentru tat-tgeżwir mill-ġdid jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li, fl-istadji kollha tal-produzzjoni jew tat-tgeżwir mill-ġdid, l-ispeċifikazzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu mħarsa.

Għal dak il-għan, l-imsemmija persuni għandhom il-ħin kollu jwettqu l-verifiki tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

- l-identifikazzjoni tal-punti kritiċi fl-istabbiliment tagħhom fuq il-bażi tal-proċessi użati,

- l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-metodi għas-sorveljanza u l-verifika ta' dawk il-punti kritiċi,

- jieħdu kampjuni għall-analiżi f'laboratorju approvat mill-awtorità kompetenti għall-iskopijiet tal-verifika tal-metodi tat-tindif u d-diżinfettar u għall-iskopijiet tal-verifika tal-konformita ma' l-istandards stabbiliti minn din id-Direttiva,

- iżommu rekord bil-miktub jew irreġistrat tat-tagħrif meħtieġ skond l-inċiżi preċedenti bil-ħsieb li jibagħtuh lill-awtorità kompetenti. Ir-riżultati tal-verifiki u t-testijiet differenti għandhom b'mod partikolari jinżammu għall-perjodu ta' l-anqas ta' sentejn, ħlief fil-każ tal-prodotti li għalihom issir referenza fil-paragrafu 2, li għalihom dan il-perjodu jista' jitnaqqas għal sitt xhur wara d-data minima tal-konservazzjoni tal-prodott,

- jiggarantixxi fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ta' l-immarkar dwar is-saħħa, b'mod partikolari t-tikketti li jġibu l-marka dwar is-saħħa,

- meta l-eżami tal-laboratorju jew xi tagħrif ieħor għad-dispożizzjoni tagħhom juri li jkun hemm riskju serju għas-saħħa, għandhom javżaw b'dan lill-awtorità kompetenti,

- fil-każ ta' riskju immedjat għas-saħħa tal-bniedem, għandhom jirtiraw mis-suq il-kwantità tal-prodotti miksuba f'kondizzjonijiet teknoloġiċi simili u li x'aktarx jippreżentaw l-istess riskju. Il-kwantità irtirata għandha tinżamm taħt is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-awtorità kompetenti sakemm tiġi meqruda, użata għal xi skopijiet barra minn dawk għall-konsum bniedem jew, wara l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, proċessata mill-ġdid b'mod kif imiss biex tiġi żgurata is-sigurtà tagħha,

- ir-rekwiżiti ta' l-ewwel u t-tieni inċiż għandhom jitħejjew flimkien ma' l-awtorità kompetenti, li għandha tissorvelja regolarment il-ħarsien tagħhom.

2. Għall-iskopijiet ta' spezzjoni, l-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment jew iċ-ċentru tat-tgeżwir mill-ġdid għandu jiżgura li l-ippakkjar tal-prodotti tal-laħam li ma jistgħux jinħażnu f'temperaturi ambjentali jġibu indikazzjoni ċara u li tinqara tat-temperatura li fiha l-prodotti għandhom jiġu ttrasportati u maħżuna, kif ukoll id-data minima sa meta jibqgħu tajbin jew, fil-każ ta' prodotti li jeħżienu b'mod mikrobijoloġiku, id-data sa meta għandhom jintużaw.

3. L-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment għandu jirranġa jew jistabbilixxi programm ta' taħriġ għall-personal li jippermetti li l-impjegati jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni iġenika addattata għall-istruttura ta' produzzjoni, sakemm l-impjegati ma jkollhomx diġà kwalifiki adegwati ċċertifikati minn diplomi. Dan il-programm ta' taħriġ jista' jkun ta' tip speċifiku għall-istabbilimenti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 9.

L-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment għandha tkun involuta fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programm.

L-Artikolu 8

1. Kull Stat Membru għandu jħejji lista ta' l-istabbilimenti approvati, barra minn dawk li għalihom issir referenza fl-Artikolu 11, u kull stabbiliment għandu jkollu numru ta' approvazzjoni. Din il-lista għandha tintbagħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Jista' jingħata numru wieħed ta' approvazzjoni lil:

(i) stabbiliment jew ċentru ta' tgeżwir mill-ġdid li jipproċessa jew igeżwer mill-ġdid prodotti miksuba minn jew ma' materja prima koperti bid-diversi Direttivi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d);

(ii) stabbiliment li jinsab fl-istess post bħal stabbiliment approvat skond xi waħda mid-Direttivi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d).

L-awtorità kompetenti m'għandhiex tapprova stabbiliment kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li jkun jikkonforma ma' din id-Direttiva fir-rigward tan-natura ta' l-attivitajiet tiegħu. Madanakollu, jekk stabbiliment li jkun ifittex l-approvazzjoni skond din id-Direttiva jkun jagħmel parti integrali minn stabbiliment approvat taħt id-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE, 91/493/KEE jew 91/495/KEE, il-post, l-apparat u l-installazzjonijiet għall-impjegati u l-postijiet kollha fejn ma jkun hemm ebda riskju ta' kontaminazzjoni tal-materja prima jew prodotti mhux imgeżwra jista' jkun komuni għaż-żewġ stabbiimenti.

Meta l-awtorità kompetenti tiskopri nuqqas ovvju ta' konformità mar-regoli ta' l-iġene stabbiliti minn din id-Direttiva jew ostakoli għall-ispezzjoni kif imiss tas-saħħa:

(i) għandu jkollha s-setgħa li taġixxi fir-rigward ta' l-użu ta' l-apparat jew post u li tieħu kull miżura meħtieġa li tista' tasal sal-limitu li titnaqqas ir-rata tal-produzzjoni jew temporanjament tissospendi l-proċess tal-produzzjoni;

(ii) meta dawn il-miżuri jew il-miżuri stabbiliti fl-inċiż ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 7(1) ma jkunux biżżejjed sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni, għandha temporanjament tissospendi l-approvazzjoni, fejn ikun xieraq, għat-tip ta' produzzjoni in kwestjoni.

Jekk l-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet innotati fil-perjodu stabbilit mill-awtorità kompetenti, din ta' l-aħħar għandha tirtira l-approvazzjoni.

L-awtorità kompetenti in kwistjoni għandha b'mod partikolari tkun obbligata li tikkonforma mal-konklużjonijiet ta' kull verifika mwettqa skond l-Artikolu 12.

L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom jigu avżati bis-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni.

2. L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta' l-istabbilimenti għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti.

L-istabbiliment għandu jibqa' taħt is-sorveljanza permanenti ta' l-awtorità kompetenti bil-ftehim li l-ħtieġa għall-preżenza permanenti jew perjodika ta' l-awtorità kompetenti f'xi stabbiliment partikolari għandha tiddependi fuq id-daqs ta' l-istabbiliment, it-tip ta' prodott immanifatturat, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-garanziji offruti skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1).

L-awtorità kompetenti għandha f'kull żmien ikollha aċċess ħieles għall-inħawi kollha ta' l-istabbilimenti sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi mħarsa u, fejn ikun hemm dubju dwar l-oriġini tal-laħam, għad-dokumenti tal-kontabilità li permezz taghhom jistgħu jinstabu l-biċċerija jew ir-razzett ta' oriġini tal-materja prima.

L-awtorità kompetenti għandha regolarment tanalizza r-riżultati tal-verifiki stabbiliti fl-Artikolu 7(1). Hija tista', fuq il-bażi ta' dawn l-analiżi, twettaq aktar eżamijiet fl-istadji kollha tal-produzzjoni jew fuq il-prodotti.

In-natura ta' dawn il-verifiki, il-frekwenza tagħhom u l-metodi tat-teħid tal-kampjuni u tat-twettieq ta' l-eżamijiet mikrobijoloġiċi għandhom jiġu stabbiliti taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

Ir-riżultati ta' dawn l-analiżi għandhom jinkitbu f'rapport, u l-konklużjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tiegħu għandhom jiġu nnotifikati lill-operatur jew lill-amministratur ta' l-istabbiliment, li għandu jirranġa n-nuqqasijiet misjuba bl-għan li tittejjeb l-iġene.

3. Fil-każ ta' nuqqasijiet irrepetuti, il-verifiki għandhom jiżdiedu u, fejn xieraq, għandhom jitneħħew it-tikketti jew is-siġilli li jġibu l-marka tas-saħħa.

4. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri jistgħu, għall-iskopijiet ta' l-approvazzjoni tagħhom, jagħtu lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti tal-laħam mingħajr struttura industrijali jew kapaċità ta' produzzjoni derogi mir-rekwiżiti tal-Kapitolu I ta' l-Anness B u minn dawk ta' l-Anness A, il-Kapitolu I, punt 2 (g) (fir-rigward tal-viti) u l-punt 11 (biex jiġu sostitwiti l-kaxxarizzi għall-kmamar tat-tibdil).

Barra minn hekk, tista' tingħata deroga mill-punt 3 ta' l-Anness A, il-Kapitolu I, fir-rigward ta' kmamar fejn jinħażnu l-materja prima u l-prodotti finali. Madanakollu, f'dan il-każ, l-istabbiliment għandu jkollu ta' mill-anqas:

(i) kamra jew post sigur, imkessħa fejn dan ikun approprjat fejn xieraq, għall-ħażna tal-materja prima, jekk din tiġi maħżuna;

(ii) kamra jew post sigur, imkessħa fejn dan ikun approprjat fejn xieraq, għall-ħażna tal-prodotti finali, jekk dawn jiġu maħżuna;

2. Meta l-istabbilimenti li għalihom issir referenza fl-:

- l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 64/433/KEE, meta r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) ta' dik id-Direttiva jiġu mħarsa,

- L-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 64/433/KEE,

jipproduċu prodotti tal-laħam, l-Istati Membri jistgħu jestendu lilhom id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu, bil-ftehim li t-trattament tal-prodotti f'dawk l-istabbilimenti jrid jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' din id-Direttiva.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B, Kapitolu VII m'għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet ta' ħażna fl-istabbilimenti li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, lanqas għat-trasportazzjoni ta' prodotti li m'humiex imsemmija fl-Artikolu 7(2).

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Ottubru 1992 il-kriterji li jkunu adottaw sabiex jevalwaw jekk stabbiliment jew kategorija ta' stabbilimenti jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Jekk wara li jiġu eżaminati dawn il-kriterji jew wara l-kontrolli mwettqa skond l-Artikolu 12, il-Kummissjoni jidhrilha li l-kriterji adottati jistgħu jipperikolaw l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, dawk il-kriterji jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati, għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 1993, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20. Il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw mill-ġdid dawk l-istabbilimenti għandhom ukoll jiġu stabbiliti bl-istess proċedura.

5. Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kriterji uniformi għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti qabel l-1 ta' Jannar 1993 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 10

L-istabbilimenti li fil-preżent jibbenefikaw minn approvazzjoni nazzjonali għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti qabel l-1 ta' Ottubru 1992 għall-klassifikazzjoni jew taħt l-Artikolu 8 jew taħt l-Artikolu 9.

Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1996, il-prodotti kollha li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma jkunx ġie kklassifikat għandhom xorta waħda jġibu l-marka nazzjonali tas-saħħa.

Għar-rigward ta' l-istabbilimenti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 8, fuq talba ta' Stat Membru msaħħa b'ġustifikazzjoni approprjata, jista' jingħata perjodu addizzjonali li jiskadi fl-1 ta' Jannar 1996 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' l-Anness B, Kapitolu I, 1 (a). Il-prodotti minn stabbiliment ta' din ix-xorta għandhom iġibu l-marka nazzjonali tas-saħħa.

L-Artikolu 11

1. B'deroga mill-Artikolu 8, u meta l-prodotti involuti ma jkunux ġew prodotti fi stabbiliment approvat skond l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw u jirreġistraw l-istabbilimenti kollha li jipproduċu prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali ddefiniti fl-Artikolu 2(b) u jagħtu lil kull wieħed minnhom numru uffiċjali speċifiku għall-iskopijiet ta' l-ispezzjoni u biex ikun jista' jiġi ntraċċat l-istabbiliment minn fejn joriġinaw il-prodotti involuti.

Madanakollu, meta l-produzzjoni sseħħ f'postijiet li jmissu ma' biċċerija approvata, din l-approvazzjoni għandha, kemm-il darba il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva jiġu mħarsa, tiġi estiża biex tkopri l-post in kwistjoni.

2. L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta' l-istabbilimenti għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti, li għandha f'kull żmien ikollha aċċess ħieles għall-partijiet kollha ta' l-istabbilimenti, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

3. Jekk dawn l-ispezzjonijiet jiżvelaw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma jkunux qegħdin jiġu mħarsa, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni approprjata, inklużi u fil-limiti tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 8(1), it-tielet u r-raba' subparagrafi.

4. L-analiżi u t-testijiet għandhom jitwettqu skond metodi ppruvati u rrikonoxxuti xjentifikament, b'mod partikolari dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-Komunità jew standards internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodi ta' referenza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 12

1. L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sal-limitu li huwa meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu kontrolli fuq il-post. Għal dawn il-finijiet, jistgħu jivverifikaw jekk l-awtoritajiet kompetenti humiex jikkontrollaw li l-istabbilimenti approvati qegħdin iħarsu din id-Direttiva, u dan billi jivverifikaw perċentwal rappreżentattiv ta' l-istabbilimenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati tal-verifiki mwettqa.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qiegħda ssir verifika għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

2. Qabel l-1 Jannar 1995 il-Kunsill għandu jirrevedi dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, li jista' jkun akkumpanjat bi proposti.

L-Artikolu 13

1. B'deroga mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3, jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, li xi dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għal prodotti tal-laħam li jkun fihom prodotti oħra ta' l-ikel u li jkun fihom biss perċentwal żgħir ta' laħam, prodotti tal-laħam jew preparazzjoni tal-laħam.

Dawn id-derogi għandhom ikunu rrelatati biss ma':

(a) il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti kif stabbiliti fl-Anness A, il-Kapitolu I u fl-Anness B, il-Kapitolu I;

(b) ir-rekwiżiti ta' l-ispezzjoni deskritti fl-Anness B, il-Kapitolu IV;

(ċ) ir-rekwiżiti ta' l-immarkar stabbiliti fl-Anness B, il-Kapitolu VI u, sa l-1 ta' Lulju 1993, iċ-ċertifikat dwar is-saħħa msemmi fl-Anness D.

Meta jkun qiegħed jitqies jekk għandhomx jingħataw derogi bħal dawk mogħtija taħt dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu kemm in-natura kif ukoll il-kompożizzjoni tal-prodott.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-laħam imqiegħda fuq is-suq ikunu prodotti tajbin ippreparati minn laħam frisk, prodotti tal-laħam jew prodotti li jaqgħu taħt id-Direttiva 88/657/KEE.

2. Sakemm tittieħed deċiżjoni skond il-paragrafu 1, id-Direttiva 82/201/KEE għandha tibqa' tapplika.

L-Artikolu 14

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE dwar il-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bl-għan li jinkiseb is-suq intern għandhom japplikaw, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni u l-azzjoni li għandha tittieħed għar-rigward tal-verifiki mwettqa mill-Istat Membru ta' destinazzjoni u l-miżuri ta' salvagward li għandhom jiġu applikati.

L-Artikolu 15

Wara li jinkisbu l-opinjonijiet ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju, il-Kummissjoni tista', jekk jidhrilha li dan huwa meħtieġ, tfassal rakkomandazzjonijiet li jkun fihom linji ta' gwida dwar prassi tajba għall-manifattura fid-diversi stadji tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 16

1. Sakemm jiġu adottati r-Regolamenti tal-Komunità dwar ir-regoli tas-saħħa applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' tjur selvaġġi, ir-regoli nazzjonali dwar l-użu ta' dak il-laħam fl-istabbilimenti li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva u għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom laħam bħal dak għandhom ikomplu japplikaw, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

2. Sakemm issir il-kompilazzjoni, fil-kuntest tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-adittivi, tal-lista tal-prodotti ta' l-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu l-adittivi awtorizzati għall-użu, u sakemm jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu miżjuda u jiġi stabbilit limitu fuq l-iskop teknoloġiku li għalih jintużaw, fejn dan ikun approprjat, ir-regoli nazzjonali u l-ftehim bilaterali li jkunu jeżistu fid-data meta d-Direttiva 88/658/KEE iddaħħlet fis-seħħ li jirrestrinġu l-użu ta' adittivi fil-prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandhom jibqgħu japplikaw, waqt li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kemm-il darba dawn japplikaw mingħajr distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-kummerċ.

Sakemm tiġi mfassla dik il-lista, ir-regoli nazzjonali u l-ftehim bilaterali li jirregolaw l-użu ta' adittivi fil-prodotti li għalihom tirreferi din id-Direttiva għandhom jibqgħu fis-seħħ, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u r-regoli tal-Komunità fis-seħħ fil-qasam ta' l-adittivi.

L-Artikolu 17

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, jista' jiġi stabbilit dan li ġej:

- kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti li jkunu jinsabu fi swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u taċ-ċentri tat-tgeżwir mill-ġdid,

- regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti minn ċentru tat-tgeżwir mill-ġdid u l-proċeduri ta' sorveljanza li jippermettu li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materja prima li għandha tiġi ntraċċata,

- fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva li japplikaw għal kull prodott li jkollu l-awtorizzazzjoni li jitqiegħed fis-suq f'xi Stat Membru iżda li l-kompożizzjoni jew il-preżentazzjoni tiegħu tista' tagħti lok għal interpretazzjoni differenti fi Stati Membri differenti,

- il-metodi biex jiġi vverifikat li l-kontenituri li għalihom issir referenza fil-Kapitolu VIII, punt 1 (f), ta' l-Anness B jkunu ssiġillati kif suppost,

- l-istandards mikrobijoloġiċi inkluż il-pjanijiet dwar it-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7(2).

L-Artikolu 18

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha, meta jiġiha suspett li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew imħarsa jew ikun hemm dubju dwar jekk l-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1 ikunux tajba għall-konsum, twettaq kull verifika li jidhrilha li hija approprjata.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa sabiex jippenalizzaw kull ksur ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari meta jinstab li ċ-ċertifikati jew id-dokumenti mħejjija ma jkunux jaqblu ma' l-istat attwali tal-prodotti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1, li l-marki fuq il-prodotti involuti ma jkunux jikkonformaw mar-regoli, li l-prodotti ma jkunux ġew ikkontrollati kif titlob din id-Direttiva jew li ma jkunux intużaw għall-iskop oriġinali maħsub.

L-Artikolu 19

L-Annessi ta' din id-Direttiva għandhom jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, b'mod partikolari sabiex jiġu addattati għall-avvanzi fit-teknoloġija.

L-Artikolu 20

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, kull kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kumitat Permanenti Veterinarju mill-president stess, jew fuq inizzjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawk il-miżuri f'terminu ta' żmien li l-President jista' jiffissa skond l-urġenza tal-każ. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' 54 vot, u l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu mwieżna skond kif huwa stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom minnufih meta dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. Meta ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta tkun intbagħtitlu l-proposta, il-Kunsill ikun għadu ma adotta ebda miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom minnufih, ħlief jekk il-Kunsill ikun ċaħad dawn il-miżuri b'maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 21

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni qabel l-1 ta' Jannar 1993 dwar l-inkorporazzjoni fi prodotti tal-laħam ta' lamtu jew proteini ta' oriġini mill-annimali jew mill-ħxejjex u l-perċentwali massimi permissibbli mill-perspettiva teknoloġika.

L-ANNESS A

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-KAPITOLU I

Kondizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti

L-istabbilimenti għandhom ta' l-anqas ikollhom il-faċilitajiet li ġejjin:

1. postijiet tax-xogħol ta' daqs biżżejjed biex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq taħt kondizzjonijiet adegwati ta' iġene. Id-disinn u t-tqassim tagħhom għandhom ikunu tali sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-materja prima u l-prodotti li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva;

2. f'żoni fejn il-materja prima tiġi ttrattata, ppreparata u pproċessata u l-prodotti li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva jiġu manifatturati għandu jkun hemm:

(a) art solida, li ma tixrobx l-ilma u li tkun tista' tiġi mnaddfa u diżinfettata faċilment u li tkun mqiegħda b'mod li tiffaċilita l-oskulazzjoni ta' l-ilma jew li tkun mgħammra b'tagħmir għat-tneħħija ta' l-ilma;

(b) ħitan li jkollhom uċuħ lixxi u li jistgħu jiġu mnaddfa faċilment, li jkunu durabbli u li minnhom ma jgħaddix l-ilma, miksija b'kisja ta' kulur ċar, li tista' tinħasel sa għoli ta' mill-anqas ta' żewġ metri, jew ta' l-anqas sa l-għoli tal-ħażna fil-kmamar tat-tkessieħ jew tal-ħażna;

(ċ) soqfa u kisi tas-soqfa li jkunu jistgħu jiġu mnaddfa faċilment;

(d) bibien ta' materjali li ma jiddeġenerawx u li jistgħu jiġu mnaddfa faċilment;

(e) ventilazzjoni adegwata, u fejn meħtieġ, faċilitajiet tajba għall-estrazzjoni tal-fwar u l-fwar ta' l-ilma;

(f) dawl adegwat naturali jew artifiċjali;

(g) numru adegwat ta' faċilitajiet bl-ilma ġieri sħun u kiesaħ, jew ilma mħallat minn qabel ta' temperatura addattata, għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn. Fil-kmamar tax-xogħol u fil-kmamar tal-banju, il-viti m'għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn. Dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu pprovduti bi prodotti tat-tindif u d-diżinfettar u mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta' l-idejn;

(h) faċilitajiet għat-tindif ta' l-għodda, tagħmir u strumenti;

3. fil-kmamar fejn jinħażnu l-materja prima u l-prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva, għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet bħal dawk fil-punt 2, ħlief:

- fil-kmamar tat-tkessieħ u tar-refriġerazzjoni, fejn huwa biżżejjed li l-art tkun faċli li tiġi mnaddfa u diżinfettata, u li tkun mqiegħda b'mod li jkun faċli li joskula l-ilma,

- fil-kmamar tal-friża u tal-friża qawwija, fejn huwa biżżejjed li l-art tkun tat-tip li ma tixrobx l-ilma u ma titmermirx u li tkun tista' tiġi mnaddfa faċilment,

f'dak il-każ, għandu jkun disponibbli impjant tar-refriġerazzjoni li jkun qawwi biżżejjed biex iżomm il-materja prima u l-prodotti fit-temperaturi stabbiliti f'din id-Direttiva.

L-użu ta' ħitan ta' l-injam fil-kmamar li għalihom issir referenza fit-tieni inċiż ma jikkostitwix raġunijiet għall-irtirar ta' l-approvazzjoni kemm-il darba jkunu nbnew qabel l-1 ta' Jannar 1983.

Il-kapaċità tal-kmamar tal-ħażna għandha tkun biżżejjed biex taħżen il-materja prima użata u l-prodotti li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva;

4. il-faċilitajiet għat-trattament iġeniku u l-protezzjoni tal-materja prima u prodotti finali mhux ippakkjati jew imgeżwra matul it-tagħbija u l-ħatt;

5. arranġamenti addattati għall-protezzjoni kontra annimali bħall-insetti, il-ġrieden, l-għasafar, eċċ..;

6. l-istrumenti u l-apparat tax-xogħol bħall-imwejjed tal-qtugħ, kontenituri, conveyor belts, srieraq u skieken, li jkunu maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett mal-materja prima u l-prodotti jkunu magħmula minn materjal li ma jiddeġenerax u li jkun jista' jiġi mnaddaf u diżinfettat faċilment;

7. kontenituri speċjali li fihom ma jidħolx l-ilma u li ma jiddeġenerawx, b'għotjien u qfil li jżommu lil persuni mhux awtorizzati milli jneħħu l-affarijiet minnhom, li fihom titqiegħed il-materja prima jew il-prodotti mhux maħsuba għall-konsum uman, jew kamra li tissakkar għal dawn l-iskopijiet jekk il-kwantitajiet ikunu kbar biżżejjed li jeħtieġu dan jew jekk ma jiġux imneħħija jew meqruda fit-tmiem ta' kull stadju tax-xogħol. Meta dawn il-materja prima jew prodotti jitneħħew permezz ta' kanali, dawn għandhom ikunu hekk mibnija u installati li jiġi evitat kull riskju ta' kontaminazzjoni tal-materja prima jew prodotti l-oħra;

8. faċilitajiet addattati għat-tindif u d-diżinfettazzjoni tat-tagħmir u strumenti;

9. sistema għar-rimi ta' l-ilma maħmuġ li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-iġene;

10. provvista ta' ilma tax-xorb biss, skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum uman ([9]). Madanakollu, l-użu ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb huwa awtorizzat f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir tal-produzzjoni tal-fwar, tat-tifi tan-nar u tat-tkessiħ, kemm-il darba l-pajpijiet installati għal dan l-iskop jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda riskju dirett jew indirett ta' kontaminazzjoni tal-prodott. Il-pajpijiet ta' l-ilma li ma jkunx tajjeb għax-xorb għandhom ikunu jintgħarfu b'mod ċar minn dawk użati għall-ilma tax-xorb;

11. numru addattat ta' kmamar tat-tibdil b'ħitan u art lixxi, li jinħaslu u li ma jixorbux l-ilma, friskaturi tal-ħasil ta' l-idejn u lokijiet bil-flaxing. Dawn ta' l-aħħar m'għandhomx ikunu jagħtu direttament għal fuq il-kmamar tax-xogħol. Il-friskaturi tal-ħasil ta' l-idejn għandhom ikunu mgħammra għall-ħasil ta' l-idejn u jkollhom mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta' l-idejn; il-viti tal-friskaturi tal-ħasil ta' l-idejn m'għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn;

12. jekk il-volum tal-prodotti ttrattati jeħtieġ preżenza regolari jew permanenti, kamra li tkun tissakkar u mgħammra kif imiss għall-użu esklussiv tas-servizz ta' spezzjoni;

13. kamra jew post fiż-żgur għall-ħażna tad-deterġenti, diżinfettanti u sustanzi simili;

14. kamra jew armarju għall-ħażna tal-materjal tat-tindif u dak ta' manutenzjoni;

15. faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-mezzi tat-trasport. Madanakollu, dawn il-faċilitajiet m'humiex obbligatorji jekk ikun hemm il-ħtieġa li l-mezzi tat-trasport jiġu mnaddfa u diżinfettati f'installazzjonijiet awtorizzati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti;

Il-KAPITOLU II

Kondizzjonijiet ġenerali ta' l-iġene

A. Kondizzjonijiet ġenerali ta' l-iġene applikabbli għall-post, it-tagħmir u l-għodda

1. It-tagħmir u l-istrumenti użati għax-xogħol fuq il-materja prima u l-prodotti, l-art, il-ħitan u l-ħitan diviżorji, is-soqfa u l-kisi tas-soqfa, għandhom jinżammu fi stat sodisfaċjenti ta' ndafa u manutenzjoni, sabiex ma joħolqux sors ta' kontaminazzjoni għal-materja prima u għall-prodotti. L-ilma għat-tindif ta' l-għodda għandu jkun f'temperatura ta' mhux anqas minn + 82 °C.

2. Ebda annimali ma jistgħu jidħlu fl-istabbilimenti. Ġrieden, insetti u kull pesta oħra għandhom jiġu sterminati sistematikament fuq il-post jew fuq l-apparat; velenu tal-ġrieden, insettiċidi, diżinfettanti u kull sustanza oħra potenzjalment tossika għandhom jinżammu f'post jew f'armarji li jistgħu jissakkru; l-użu tagħhom m'għandux joħloq xi riskju ta' kontaminazzjoni tal-prodotti.

3. Iż-żoni tax-xogħol, l-istrumenti u t-tagħmir tax-xogħol għandhom jintużaw biss għax-xogħol fuq prodotti li għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni. Madanakollu, wara l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, jistgħu jintużaw fl-istess ħin jew ħinijiet għal xogħol fuq prodotti oħra ta' l-ikel li jkunu tajbin għall-konsum uman. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax għal tagħmir tat-trasport użat fil-post meta ma jsir ebda xogħol fuq il-materja prima jew prodotti koperti b'din id-Direttiva.

4. L-ilma tax-xorb, skond it-tifsira tad-Direttiva 80/778/KEE, għandu jintuża għall-iskopijiet kollha. Madanakollu, bħala eċċezzjoni, l-ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuża għall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar u għat-tkessiħ tat-tagħmir, kemm-il darba l-pajpijiet installati għal dan il-għan ikunu jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal iskopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda riskju ta' kontaminazzjoni tal-materja prima jew tal-prodott.

5. Id-deterġenti, id-diżinfettanti u sustanzi simili għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti u jintużaw b'tali mod li ma jkollhomx effetti negattivi fuq il-makkinarju, l-apparat, il-materja prima u l-prodotti.

L-użu tagħhom għandu jkun segwit bi tlaħlieħ kif imiss b'ilma tax-xorb ta' dawk l-istrumenti u t-tagħmir tax-xogħol. Il-prodotti għall-manutenzjoni u t-tindif għandhom jinżammu fil-kamra msemmija fil-Kapitolu I (14).

6. It-tixrid tas-serratura ta' l-injam jew ta' xi sustanza oħra simili fuq l-art tal-kmamar tax-xogħol u l-kmamar fejn jinħażnu l-materja prima u l-prodotti li għalihom tirreferi din id-Direttiva huwa pprojbit.

B. Il-kondizzjonijiet ġenerali ta' l-iġene applikabbli għall-impjegati

1. L-impjegati huma meħtieġa jżommu ndafa assoluta. B'mod speċifiku:

(a) l-impjegati għandhom jilbsu ħwejjeġ tax-xogħol indaf u xedd ir-ras li jkun jgħatti ix-xagħar għal kollox. Dan japplika b'mod partikolari għall-persuni li jittrattaw il-materja prima u l-prodotti esposti u mhux ippakkjati;

(b) l-impjegati assenjati biex jittrattaw il-materja prima u l-prodotti għandhom ikunu meħtieġa li jaħslu jdejhom ta' l-anqas kull darba li jerġa' jinbeda x-xogħol u/jew fejn tkun seħħet il-kontaminazzjoni; kull ferita fl-idejn għandha titgħatta b'kisja li minnha ma jgħaddix l-ilma;

(ċ) it-tipjip, it-tbeżżlieq, l-ikel u x-xorb fil-kmamar fejn ikunu jinħadmu jew jinħażnu l-materja prima u l-prodotti huma pprojbiti.

2. Is-sid għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwaqqaf lil persuni li x'aktarx jistgħu jikkontaminaw il-materja prima u l-prodotti milli jmissuhom, kemm-il darba ma jkunx hemm provi li dawn il-persuni jistgħu jagħmlu dan mingħajr ebda riskju.

Meta tiġi rreklutata, kull persuna li taħdem jew titratta l-materja prima jew prodotti hija meħtieġa ġġib prova, permezz ta' ċertifikat mediku, li ma hemm ebda impediment għal dan l-impieg. Is-sorveljanza medika ta' dawn il-persuna għandha tkun irregolata mil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru involut jew fil-każ ta' pajjiżi terzi permezz ta' garanziji speċifiċi li għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-ANNESS B

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-PRODOTTI TAL-LAĦAM

Il-KAPITOLU I

Kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti li jippreparaw prodotti tal-laħam

1. Barra mir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness A, il-Kapitolu I, l-istabbilimenti li jimmanifatturaw, jittrattaw u jgeżwru prodotti tal-laħam għandu jkollhom ta' mill-inqas:

(a) kmamar addattati li huma kbar biżżejjed għall-ħażna separata:

(i) ta' materja prima, taħt refriġerazzjoni; u

(ii) ta' prodotti tal-laħam f'temperatura ambjentali jew, fejn xieraq, skond in-natura tal-prodotti, taħt refriġerazzjoni;

bil-ftehim li l-materja prima, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali li ma jkunux ippakkjati għandhom jinħażnu separatament mill-materja prima u l-prodotti ippakkjati;

(b) kamra waħda jew aktar addattati għall-manifattura u t-tgeżwir ta' prodotti tal-laħam. Kemm-il darba dawn l-operazzjonijiet jikkostitwixxu ċiklu wieħed ta' produzzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li jiggarantixxi s-sigurtà tal-materja prima u l-prodotti finali, u kemm-il darba d-disinn u d-daqs tal-kamra ta' manifattura jkun jippermetti, jistgħu jitwettqu fl-istess kamra;

(ċ) kamra jew post fiż-żgur għall-ħażna ta' ċerti ingredjenti bħala adittivi ta' l-ikel;

(d) kamra għall-ippakkjar, sakemm ma jiġux imħarsa l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-ippakkjar fil-Kapitolu V, punt 3, u għall-ispedizzjoni;

(e) kamra għall-ħażna tal-materjal tat-tgeżwir u ta' l-ippakkjar;

(f) kamra għat-tindif ta' l-apparat u l-istrumenti, bħal ganċijiet u kontenituri.

2. Skond it-tip tal-prodott involut, l-istabbiliment għandu jkollu:

(a) kamra jew - jekk ma jkun hemm ebda perikolu ta' kontaminazzjoni - żona fejn jitneħħa l-ippakkjar;

(b) kamra jew - jekk ma jkun hemm ebda perikolu ta' kontaminazzjoni - żona fejn jinħall is-silġ mill-materja prima;

(ċ) kamra tal-qtugħ;

(d) kamra jew apparat għat-tnixxif jew il-maturazzjoni;

(d) kamra jew apparat għall-fumigazzjoni;

(f) kamra għat-tneħħija tal-melħ, għat-tgħaddis u għal kull trattament ieħor, b'mod partikolari ta' l-imsaren naturali, meta din il-materja prima ma tkunx għaddiet minn dawn il-proċessi fl-istabbiliment oriġinali;

(g) kamra għat-tindif minn qabel tal-materja prima meħtieġa għat-tħejjija tal-prodotti tal-laħam;

(h) kamra għat-tmellieħ, fejn meħtieġ bil-faċilitajiet ta' l-arja kkondizzjonata biex tinżamm it-temperatura stabbilita fil-Kapitolu II (4);

(i) kamra għat-tindif minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ, ta' prodotti tal-laħam li jridu jiġu mqatta' jew maqtugħa u mgeżwra;

(j) kamra, jekk ikun meħtieġ b'faċilitajiet ta' l-arja kkondizzjonata għat-tqattiegħ jew qtugħ ta' prodotti tal-laħam maħsuba għall-bejgħ f'forma ippakkjata minn qabel;

(k) il-kmamar speċifiċi msemmija fl-Anness Ċ, meta l-prodotti msemmija fih ikunu mmanifatturati fl-istabbilimenti li għalihom issir referenza f'dan il-Kapitolu;

(l) meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-1 (b) jiġu sodisfatti, jista' jiġi deċiż wara ftehim ma' l-awtorità kompetenti, li xi wħud minn dawn l-operazzjonijiet jistgħu jsiru fl-istess kamra.

Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f'1 (b) ma jkunux imħarsa, l-operazzjonijiet li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa fil-każ ta' ċerti prodotti mmanifatturati simultanjament u operazzjonijiet assoċjati ma' produzzjoni eċċessiva ta' sħana għandhom isiru f'kamra separata.

Il-KAPITOLU II

Kondizzjonijiet speċjali għall-iġene ta' stabbilimenti li jippreparaw prodotti tal-laħam

1. Il-kmamar użati għall-ħażna jew għax-xogħol fuq prodotti ta' l-ikel li ma jkunux laħam jew prodotti tal-laħam, li jistgħu jagħmlu parti minn kompożizzjoni ta' prodotti tal-laħam, għandom ikunu suġġetti għar-regoli ġenerali dwar l-iġene stabbiliti f'din id-Direttiva.

2. Il-materja prima u l-ingredjenti li jagħmlu parti mill-kompożizzjoni ta' prodotti tal-laħam kif ukoll il-prodotti nfushom u prodotti ta' oriġini mill-annimali u l-kontenituri tagħhom m'għandhomx jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art u għandhom jiġu trattati taħt kondizzjonijiet li jipprekludu kull riskju ta' kontaminazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda kuntatt bejn il-materja prima u l-prodotti finali.

3. L-użu ta' l-injam huwa permess fil-kmamar li fihom il-prodotti tal-laħam jiġu ffumigati, ippreżervati, immaturati, immarinati, maħżuna jew mibgħuta, fejn meħtieġ minħabba raġunijiet teknoloġiċi, kemm-il darba ma jkun hemm ebda riskju li l-prodotti jiġu kkontaminati. Il-pjattaformi ta' l-injam jistgħu jiddaħħlu fl-imsemmija kmamar biss għat-trasportazzjoni ta' laħam jew prodotti tal-laħam ippakkjati u għall-ebda skop ieħor. Barra minn hekk, l-użu ta' metalli ggalvanizzati jista' jiġi awtorizzat għat-tnixxif ta' perżut u zalzett, kemm-il darba ma jkunux imsadda u ma jiġux f'kuntatt mal-prodotti tal-laħam.

4. It-temperatura fil-kmamar jew f'partijiet mill-kmamar fejn isir xogħol fuq laħam, kapuljat tal-laħam użat bħala materja prima, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam għandha tiżgura produzzjoni iġenika; fejn meħtieġ, dawk il-kmamar jew partijiet mill-kmamar għandhom ikunu mgħammra b'faċilitajiet ta' l-arja kkondizzjonata.

Matul l-operazzjonijiet tal-qtugħ, tat-tqattiegħ u tat-trattament il-kmamar tal-qtugħ u tat-trattament għandhom jinżammu f'temperatura li ma taqbiżx it-12o C, ħlief fil-każ ta' l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 9.

Madanakollu, fil-każ ta' stabbilimenti oħra l-awtorità kompetenti tista' tidderoga minn dan ir-rekwiżit meta jidhrilha li deroga bħal din hija ġġustifikata fid-dawl tat-teknoloġija użata fit-tħejjija tal-prodott tal-laħam.

Il-KAPITOLU III

Rekwiżiti għall-materja prima li għandha tintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-laħam

1. Il-laħam li għandu jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-laħam għandu:

- jkun ġej minn stabbiliment approvat skond id-Direttivi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d) u għandu jkun ġie ttrasportat taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene skond l-imsemmija Direttivi,

- miż-żmien tal-wasla tiegħu fl-istabbiliment ta' l-ipproċessar saż-żmien ta' l-użu tiegħu, jinżamm skond ir-rekwiżiti tad-Direttivi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d).

Madanakollu, sal-31 ta' Diċembru 1995, il-laħam miksub mill-istabbilimenti li jkunu ngħataw derogi taħt id-Direttiva 91/498/KEE jista' jinżamm fi stabbilimenti approvati. Sa dik id-data, il-laħam li ma jikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d) jista' jinżamm biss fi stabbilimenti approvati jekk jinħażen f'postijiet separati; m'għandux jintuża fl-istess post jew fl-istess żmien bħal-laħam li jkun jikkonforma ma' dawn il-kondizzjonijiet. Il-prodotti tal-laħam miksuba minn laħam bħal dak għandhom iġibu l-marka nazzjonali.

2. Il-kapuljat tal-laħam u l-preparazzjonijiet tal-laħam, sakemm ma jkunux prodotti fil-kamra tal-manifattura msemmija fil-Kapitolu I (1) (b), għandu:

- jkun ġej minn stabbiliment approvat skond id-Direttivi 88/657/KEE u jkunu nġarru taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' saħħa skond dik id-Direttiva,

- mill-ħin tal-wasla tagħhom fl-istabbiliment ta' l-ipproċessar sal-ħin ta' l-użu tagħhom, għandhom jinżammu skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 88/657/KEE.

3. L-inklużjoni ta' prodotti tas-sajd fit-tħejjija ta' prodotti tal-laħam huwa permess meta dawk il-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.

Il-KAPITOLU IV

Sorveljanza tal-produzzjoni

1. L-istabbilimenti għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti, li għandha tiżgura li jitħarsu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u għandha b'mod partikolari:

(a) tivverifika:

(i) l-indafa tal-post u l-apparat u l-iġene ta' l-impjegati;

(ii) l-effikaċja tal-verifiki mwettqa mill-istabbiliment, skond l-Artikolu 7, b'mod partikolari billi teżamina r-riżultati u tieħu l-kampjuni;

(iii) il-kondizzjoni mikrobijoloġika u iġenika tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali;

(iv) l-effikaċja tat-trattament tal-prodotti tal-laħam;

(v) il-kontenituri ssiġillati ermetikament permezz ta' teħid ta' kampjuni b'mod saltatorju;

(vi) l-immarkar approprjat ta' l-istat ta' saħħa tal-prodotti tal-laħam u l-identifikazzjoni ta' prodotti li m'humiex tajba għall-konsum tal-bniedem u xi jsir b'dawn ta' l-aħħar;

(vii) il-ħażna u l-kondizzjonijiet tat-trasport;

(b) tieħu kull kampjun meħtieġ għat-testijiet tal-laboratorju;

(ċ) tagħmel kull verifika oħra li tqis meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;

(d) tistabbilixxi jekk il-prodott tal-laħam ikunx sar minn laħam li fih ikunu ġew inkorporati prodotti oħra ta' l-ikel, adittivi jew kondimenti, billi jibagħtuh għall-ispezzjoni kif imiss u tistabbilixxi jekk ikunx jikkonforma mal-kriterji ta' produzzjoni stabbiliti mill-produttur u speċjalment jekk il-kompożizzjoni tal-prodott tkunx fir-realtà tikkonforma mat-tagħrif fuq it-tikketta, b'mod partikolari meta tintuża d-deskrizzjoni tal-bejgħ li għaliha ssir referenza fil-Kapitolu V (4).

2. L-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess ħieles f'kull ħin għall-imħażen tat-tkessieħ u l-postijiet kollha tax-xogħol biex tivverifika jekk dawn id-dispożizzjonijiet ikunux qegħdin jiġu mħarsa b'mod strett.

Il-KAPITOLU V

Tgeżwir, ippakkjar u ttikkettjar

1. It-tgeżwir, l-ippakkjar u t-tikkettjar għandhom iseħħu taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene fil-kmamar ipprovduti għal dan l-iskop.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' materjali u oġġetti maħsuba li jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel ([10]), it-tgeżwir u l-ippakkjar għandu jkun jikkonforma mar-regoli kollha ta' l-iġene, u jkun b'saħħtu biżżejjed sabiex jipproteġi b'mod effettiv il-prodotti tal-laħam.

2. It-tgeżwir u l-ippakkjar m'għandhomx jerġgħu jintużaw għall-prodotti tal-laħam, bl-eċċezzjoni ta' ċerti tipi ta' kontenituri bħal kontenituri taċ-ċaqquf, ħġieġ jew plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw wara li jitnaddfu u jiġu diżinfettati kif imiss.

3. Il-manifattura tal-prodotti tal-laħam u l-operazzjonijiet ta' l-ippakkjar jistgħu jsiru fl-istess kamra jekk l-ippakkjar ikun kif deskritt fit-2 jew suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed u hekk mgħammra li l-iġene ta' l-operazzjonijiet tiġi żgurata;

(b) l-ippakkjar u t-tgeżwir għandu jiġi magħluq f'kopertura protettiva ssiġillata minnufih wara l-manifattura; din il-kopertura għandha tkun protetta kontra kull ħsara matul it-trasport u maħżuna taħt kondizzjonijiet ta' iġene f'kamra maħsuba għal dak l-iskop;

(ċ) il-kmamar fejn jinħażen il-materjal ta' l-ippakkjar għandhom ikunu ħielsa mit-trab u l-pesti u ma jkollhom ebda konnessjoni atmosferika mal-kmamar li jkun fihom sustanzi li jistgħu jikkontaminaw il-laħam, il-laħam ta' l-ikkapuljat, it-tħejjijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam. L-ippakkjar m'għandux jitqiegħed direttament ma' l-art;

(d) l-ippakkjar għandu jintrama taħt kondizzjonijiet iġeniċi qabel ma jiddaħħal fil-kamra. Tista' tingħata deroga minn dan ir-rekwiżit fil-każ ta' l-armar awtomatiku ta' l-ippakkjar, kemm-il darba ma jkun hemm ebda riskju ta' kontaminazzjoni tal-prodotti tal-laħam;

(e) l-ippakkjar għandu jiddaħħal fil-kamra taħt kondizzjonijiet iġeniċi u użat mingħajr dewmien. M'għandux jiġi ttrattat minn impjegati li jittrattaw laħam, kappuljat tal-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam jew prodotti tal-laħam mhux imgeżwra;

(f) minnufih wara l-ippakkjar, il-prodotti tal-laħam għandhom jitqiegħdu fil-kmamar tal-ħażna pprovduti għal dan l-iskop.

4. Minbarra r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur finali ([11]), it-tagħrif li ġej ([12]) għandu jkun jidher u espost b'mod li jinqara fuq it-tgeżwir jew it-tikketta ta' prodotti tal-laħam:

- meta ma jkunx ċar mid-deskrizzjoni tal-bejgħ ta' prodott jew mill-lista ta' l-ingredjenti skond id-Direttiva 79/112/KEE, l-ispeċi li minnha jkun inkiseb il-laħam,

- referenza li tippermetti l-identifikazzjoni ta' kwantità ta' prodotti miksuba f'kondizzjonijiet teknoloġiċi simili u li x'aktarx jippreżentaw l-istess riskju,

- għall-ippakkjar mhux maħsub għall-konsumatur finali, id-data tat-tħejjija,

- id-deskrizzjoni tal-bejgħ segwita b'referenza għall-istandard nazzjonali jew leġislazzjoni ([13]

[14]

[15]

[16]) li tawtorizzaha,

- meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tawtorizza l-użu ta' proteini jew lamtu, referenza għal dak l-użu b'konnesjoni mad-deskrizzjoni tal-bejgħ barra minn dik li hija awtorizzata skond l-Artikolu 21.

Il-KAPITOLU VI

Marka tas-saħħa

1. Il-prodotti tal-laħam għandhom iġibu marka tas-saħħa. L-immarkar għandu jseħħ matul jew minnufih wara l-manifattura fl-istabbiliment jew fiċ-ċentru fejn isir it-tgeżwir, f'post li jkun jidher faċilment. Il-marka għandha tkun tinqara, ma titħassarx u l-karattri tagħha għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu faċilment. Il-marka tas-saħħa tista' tiġi applikata fuq il-prodott jew fuq it-tgeżwir tiegħu, jekk il-prodott ikun imgeżwer individwalment, jew fuq tikketta mwaħħla mat-tgeżwir, skond il-punt 4 (b). Madanakollu, meta prodott tal-laħam ikun imgeżwer jew ippakkjat individwalment, ikun biżżejjed jekk il-marka tas-saħħa titqiegħed fuq l-ippakkjar.

2. Meta l-prodotti tal-laħam immarkati skond il-punt 1 jiġu sussegwentement imqiegħda fl-ippakkjar, il-marka tas-saħħa għandha titpoġġa wkoll fuq l-ippakkjar.

3. B'deroga mill-punti 1 u 2, l-immarkar tas-saħħa ta' prodotti tal-laħam ta' kunsinni fuq pjattaformi maħsuba għal proċessar jew tgeżwir ulterjuri fi stabbiliment approvat m'huwiex meħtieġ kemm-il darba:

- l-imsemmija kunsinni li jkun fihom prodotti tal-laħam ikunu jġibu l-marka tas-saħħa skond il-punt 4 (a) fuq il-wiċċ ta' barra,

- l-istabbiliment li jirċevihom iżomm rekord separat tal-kwantitajiet, tat-tip u ta' l-oriġini tal-prodotti tal-laħam li jirċievi skond dan il-punt,

- id-destinazzjoni u l-użu maħsub tal-prodotti tal-laħam ikunu indikati b'mod ċar fuq il-wiċċ ta' barra ta' l-ippakkjar ta' barra ħlief meta dan ikun trasparenti.

Madanakollu, meta kunsinna ta' prodotti mgeżwra tkun tinsab f'ippakkjar trasparenti, ma jkunx meħtieġ li ssir il-marka tas-saħħa fuq l-ippakkjar kemm-il darba l-marka tas-saħħa fuq il-prodotti mgeżwra tkun tidher ċara mill-ippakkjar.

4. (a) Il-marka tas-saħħa għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin ġewwa dintorn ovali:

(i) jew,

- fuq: l-ittra jew ittri inizjali tal-pajjiż kunsinnatarju f'ittri kbar, jiġifieri:

B - DK - D - EL - E - F - IRL - I - L - NL - AT - P - UK, segwiti bin-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment jew, skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati taħt it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 17, taċ-ċentru li jgeżwirhom, fejn meħtieġ akkumpanjati b'numru ta' kodiċi li juri t-tip tal-prodott li għalih ikun approvat l-istabbiliment,

- taħt: wieħed mis-settijiet ta' inizzjali li ġejjin: CEE - EF - EWG - EOK - KEE - EEG;

(ii) jew:

- fuq, l-isem tal-pajjiż kunsinnatarju b'ittri kbar,

- fin-nofs, in-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment jew skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati taħt it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 17, taċ-ċentru tat-tgeżwir mill-ġdid, fejn meħtieġ akkumpanjat b'numru ta' kodiċi li juri t-tip ta' prodott li għalih ikun approvat l-istabbiliment:

- taħt, wieħed mis-settijiet ta' inizzjali li ġejjin: CEE - EF - EWG - EOK - KEE - EEG;

(b) il-marka tas-saħħa tista' tiġi applikata fuq il-prodott, it-tgeżwir jew l-ippakkjar b'timbru ta' l-inka jew bis-sħana, jew tista' tiġi stampata fuq jew applikata fuq tikketta. Meta tiġi mwaħħla ma' l-ippakkjar, il-marka għandha tinqered meta jinfetaħ il-pakkett. Jekk il-marka ma tinqeridx dan jista' jiġi ttolerat biss meta l-ippakkjar jiġi meqrud permezz tal-ftuħ. Fil-każ ta' prodotti f'kontenituri ssiġillati ermetikament, il-marka għandha tiġi applikata b'mod li ma jitħassarx jew fuq l-għatu jew fuq il-bott;

(ċ) il-marka tas-saħħa tista' wkoll tkun tikkonsisti fi pjanċa li ma tistax titneħħa ta' materjal reżistenti, li tikkonforma mar-rekwiżiti kolla ta' l-iġene u li jkun fiha t-tagħrif kollu elenkat fil-punt (a).

Il-KAPITOLU VII

Ħażna u trasport

1. Il-prodotti tal-laħam għandhom jiġu maħżuna fil-kmamar msemmija fl-Anness B, Kapitolu I, punt 1(a).

Madanakollu, il-prodotti tal-laħam li jistgħu jinżammu f'temperaturi ambjentali jistgħu jinżammu f'imħażen ta' kostruzzjoni solida, li jkun faċili li jitnaddfu u jiġu diżinfettati, u approvati mill-awtorità kompetenti.

2. Il-prodotti tal-laħam li għalihom huma indikati ċerti temperaturi ta' ħażna skond l-Artikolu 7(2) għandhom jinżammu f'dawk it-temperaturi.

3. Il-prodotti tal-laħam għandhom jintbagħtu b'tali mod li jkunu protetti matul it-trasportazzjoni tagħhom minn kull ħaġa li tista' tikkontaminahom jew tolqothom ħażin. Għal dan l-iskop għandu jitqies it-tul tal-vjaġġ, il-mezzi tat-trasport użati u l-kondizzjonijiet tat-temp.

4. Il-prodotti tal-laħam għandhom, jekk il-prodott hekk jitlob, jiġu ttrasportati f'vetturi mgħammra biex jiġi żgurat li jistgħu jiġu ttrasportati fit-temperaturi meħtieġa u b'mod partikolari li t-temperaturi indikati skond l-Artikolu 7(2) ma jinqabżux.

Il-KAPITOLU VIII

Kondizzjonijiet speċjali għal prodotti pastorizzati u sterilizzati f'kontenituri ssiġillati ermetikament

A. Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A, l-istabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti pastorizzati jew sterilizzati f'kontenituri ermetikament issiġillati

1. għandu jkollhom:

(a) mekkaniżmu biex iwassal b'mod iġjeniku l-bottijiet il-vojta fil-kamra tax-xogħol;

(b) tagħmir li jippermetti li l-bottijiet jitnaddfu sew qabel ma jimtlew;

(ċ) tagħmir għall-ħasil ta' kontenituri f'ilma tax-xorb sħun biżżejjed li jneħħi l-grass wara li jkunu ġew ermetikament issiġillati u qabel ma jiġu stortati;

(d) kamra, żona jew installazzjoni addattati għat-tberrid u t-tnixxif tal-kontenituri wara t-trattament tas-sħana;

(e) faċilitajiet għall-inkubazzjoni ta' kampjuni meħuda minn prodotti tal-laħam ippakkjati f'kontenituri ermetikament issiġillati;

(f) faċilitajiet adegwati għall-verifikazzjoni dwar jekk il-kontenituri jkunux ermetikament issiġillati u mingħajr ħsara;

2. għandu jiġi żgurat li:

(a) il-kontenituri ermetikament issiġillati jitneħħew mit-tagħmir tas-sħana f'temperaturi għoljin biżżejjed sabiex tiġi żgurata evaporazzjoni rapida ta' l-umdità u li ma jitmissux bl-idejn qabel ma jinxfu għal kollox;

(b) li l-kontenituri li jkun jidher li fihom il-gass isirilhom eżami ieħor;

(ċ) it-termometri ta' l-apparat tas-sħana jiġu vverifikati b'termometri kkalibrati;

(d) il-kontenituri għandhom:

- jitwarrbu jekk ikollhom il-ħsara jew ikunu magħmula ħażin,

- jitwarrbu jew jiġu mnaddfa jekk ikunu maħmuġin u, fil-każ ta' bottijiet, imnaddfa minnufih qabel ma jimtlew, permezz ta' l-apparat tat-tindif imsemmi fil-1 (b); l-użu ta' ilma qiegħed m'huwiex awtorizzat,

- jekk ikun meħtieġ, imsaffija għal perjodu twil biżżejjed wara t-tindif u qabel il-mili,

- jekk ikun meħtieġ, maħsulin f'ilma tax-xorb, li jkun jaħraq biżżejjed biex jitneħħa l-grass jekk dan ikun approprjat, wara li jkunu ġew ermetikament issiġillati u qabel ma' jiġu stortati, permezz ta' l-apparat msemmi fil-1 (ċ),

- imberrda, wara s-sħana, f'ilma li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ħames inċiż ta' B,

- jiġu trattati, qabel u wara t-trattament tas-sħana, b'tali mod li tiġi evitata kull ħsara jew kontaminazzjoni.

B. L-operatur jew il-maniġer ta' stabbiliment li jimmanifattura prodotti tal-laħam f'kontenituri ermetikament issiġillati għandu jivverifika permezz ta' teħid ta' kampjuni li:

- jiġi applikat proċess għall-prodotti tal-laħam maħsuba għall-ħażna f'temperaturi ambjentali li jirriżulta f'valur Fc ugwali għal jew aktar minn 3,00, sakemm l-istess stabbiltà tal-prodott ma tkunx inkisbet permezz ta' trattament, jew li proċedura ta' trattament tas-sħana tiġi applikata li ta' l-anqas tkun ekwivalenti għall-pastorizzazzjoni, bil-parametri jiġu approvati mill-awtorità kompetenti,

- il-kontenituri vojta jkunu jikkonformaw ma' l-istandards ta' produzzjoni,

- il-kontrolli tal-produzzjoni ta' kuljum jitwettqu f'intervalli stabbiliti bil-quddiem, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' l-issiġillar. Għal dan l-għan, apparat addattat għandu jkun disponibbli sabiex jiġu eżaminati s-sezzjonijiet perpendikolari tal-ġonot tal-kontenituri ssiġillati;

- jsiru l-verifiki meħtieġa, b'mod partikolari bl-użu ta' markaturi ta' kontroll biex jiġi żgurat li l-kontenituri jkunu għaddew minn trattament adegwat tas-sħana,

- jsiru l-verifiki meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ilma tat-tkessieħ ikun fih livell ta' residwu ta' klorur wara l-użu. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jagħtu deroga minn din il-ħtieġa jekk l-ilma ikun jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 80/778/KEE.

- testijiet ta' inkubazzjoni ta' sebat ijiem f'37 °C jew testijiet ta' inkubazzjoni ta' għaxart ijiem f'35 °C jitwettqu fuq prodotti tal-laħam ippriżervati f'kontenituri ermetikament issiġillati li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana,

- prodotti pastorizzati f'kontenutri ermetikament issiġillati jissodisfaw il-kriterji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Ċ. L-awtorità kompetenti tista' tawtorizza ż-żieda ta' ċerti sustanzi ma' l-ilma użat fl-istorti biex jiġi evitat li l-bottijiet isaddu u biex jitrattab u jiġi diżinfettat l-ilma. Għandha titħejja lista ta' dawn is-sustanzi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-awtorità lokali kompetenti tista' tippermetti l-użu ta' ilma ċċirkolat mill-ġdid għat-tkessieħ tal-kontenituri pproċessati bis-sħana. Ilma bħal dak għandu jkun ippurifikat u jew ikun ġie ttrattat bil-klorur jew għadda minn xi forma oħra ta' trattament approvat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20. L-għan ta' trattament bħal dak huwa li l-ilma ċċirkulat jkun konformi ma' l-istandards stabbiliti fl-Anness I (E) li jinsab mad-Direttiva 80/778/KEE sabiex ma jkunx jista' jikkontamina l-prodotti u ma joħloqx perikolu għas-saħħa tal-bniedem.

L-ilma ċċirkolat għandu jiċċirkola f'ċirkwit magħluq biex ma jkunx jista' jintuża għal skopijiet oħra.

Meta ma jkun hemm ebda riskju ta' kontaminazzjoni, l-ilma użat għat-tkessieħ tal-kontenituri u l-ilma mill-istorti jista' jintuża fit-tmiem tal-perjodu tax-xogħol għat-tindif ta' l-art.

Il-KAPITOLU IX

Kondizzjonijiet speċjali għal ikliet ippreparati b'bażi ta' laħam

Minnbarra l-kondizzjonijiet ġenerali fl-Anness A u fil-Kapitoli I, II u III ta' dan l-Anness:

1. l-istabbilimenti li jimmanifatturaw ikliet ippreparati għandu jkollhom kamra separata għat-tħejjija u t-tgeżwir ta' l-ikliet ippreparati; m'hijiex meħtieġa kamra separata meta l-prodotti tal-laħam u l-laħam jiġu trattati f'ħinijiet differenti, kemm-il darba l-kmamar użati għal dawn l-operazzjonijiet jitnaddfu u jiġu diżinfettati bejn l-użu għal kull tip ta' prodott;

2. (a) Il-prodott tal-laħam li jkun fih ikel ippreparat għandu, minnufih wara li jkun ġie msajjar:

(i) jew jitħallat ma' l-ingredjenti l-oħra kemm jista' jkun malajr; f'dak il-każ il-ħin li matulu it-temperatura tal-prodotti tal-laħam tkun bejn 10 °C u 60 °C għandu jkun l-iqsar possibbli;

(ii) jew jiġi refriġerat għal 10 °C jew anqas qabel ma jitħallat ma' l-ingredjenti l-oħra.

(b) il-prodott tal-laħam u l-ikel ippreparat għandhom jiġu rrefriġerati għall-temperatura interna ta' + 10 °C jew anqas f'perjodu ta' mhux aktar minn sagħtejn wara li jintemm it-tisjir u għat-temperatura tal-ħażna kemm jista' jkun malajr. Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-istabbiliment li jidderoga mill-perjodu ta' sagħtejn fejn ikun iġġustifikat perjodu itwal minħabba raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġija tal-produzzjoni użata, kemm-il darba tiġi ggarantita s-sigurtà tal-prodott finali;

(ċ) l-ikla ppreparata għandha, fejn ikun approprjat, tiġi ffriżata jew iffriżata malajr minnufih wara t-tkessieħ;

3. it-tikkettjar ta' l-ikliet ippreparati għandu jkun konformi mad-Direttiva 79/112/KEE. Il-lista ta' ingredjenti għandha, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, tinkludi indikazzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali.

L-ikliet ippreparati għandhom juru d-data tal-manifattura b'mod l-aktar ċar fuq xi wieħed mill-uċuh esterni tat-tgeżwir flimkien ma' l-informazzjoni diġà speċifikata;

4. ir-riżultati tad-diversi verifiki li jsiru mill-operatur jew mill-amministratur għandhom jinżammu, sabiex ikunu jistgħu jintwerew malli ssir xi talba mill-awtorità kompetenti, għal perjodu minimu li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti skond id-durabbiltà tal-prodott involut.

L-ANNESS Ċ

STANDARDS SPEĊIFIĊI TA' IĠENE GĦALL-MANIFATTURA TA' PRODOTTI OĦRA TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI

Il-KAPITOLU I

Kondizzjonijiet ġenerali

Il-post jista' jintuża għall-produzzjoni ta' prodotti mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem biss taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-materja prima li m'hijiex tajba għall-konsum tal-bniedem għandha tinħażen f'kamra kompletament separata jew f'żona separata ta' riċeviment;

(b) għandha tiġi pproċessata fi kmamar separati bl-użu ta' installazzjonijiet u tagħmir separati, ħlief meta l-ipproċessar iseħħ f'installazzjoni kompletament magħluqa jew l-apparat jintuża esklussivament għal dan l-iskop;

(ċ) il-prodotti finali minn din il-materja prima għandhom jinħażnu f'kamra differenti jew f'tankijiet separati u ttikkettjati b'mod approprjat u m'għandhomx imorru għall-konsum tal-bniedem.

Il-KAPITOLU II

Kondizzjonijiet għall-grass ipproċessat ta' l-annimali, qrieqeċ u prodotti sekondarji

Minbarra l-kondizzjonijiet fl-Anness A, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

A. Standards applikabbli għall-istabbilimenti li jiġbru jew jipproċessaw il-materja prima

1. Iċ-ċentri għall-ġbir ta' materja prima u trasport ulterjuri lejn l-istabbilimenti ta' l-ipproċessar għandhom ikunu mgħammra b'kamra tat-tkessieħ biex taħżen il-materja prima f'temperatura ta' 7 °C jew anqas, kemm-il darba l-materja prima tinġabar fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-B (3) (b) u (ċ).

2. L-istabbiliment ta' l-ipproċessar għandu ta' l-anqas ikollu:

(a) maħżen tat-tkessieħ, sakemm il-materja prima ma tiġix miġbura u pproċessata fil-limiti ta' żmien imniżżla fil-B (3) (b);

(b) kamra jew post biex jirċievi l-materja prima;

(ċ) installazzjoni biex tiffaċilita l-ispezzjoni viżwali tal-materja prima;

(d) jekk tkun approprjata, installazzjoni li tfarrak il-materja prima;

(e) tagħmir għall-ipproċessar ta' materja prima permezz tas-sħana jew pressa jew xi metodu ieħor addattat;

(f) kontenituri jew tankijiet li fihom il-grass jista' jinżamm fi stat likwidu;

(g) apparat għall-plastifikazzjoni jew kristallizzazzjoni tal-grass biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija għas-suq u l-ippakkjar, kemm-il darba l-istabbiliment jibgħat biss xaħam ipproċessatlikwidu ta' l-annimali;

(h) kamra ta' l-ispedizzjoni, kemm-il darba l-istabbiliment jibgħat biss xaħam imdewweb ta' l-annimali permezz ta' tankers;

(i) kontenituri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għar-rimi ta' materja prima li m'hijiex tajba għall-konsum tal-bniedem;

(j) jekk ikun approprjat, tagħmir adattat għat-tħejjija ta' prodotti li jikkonsistu f'xaħam ipproċessat ta' l-annimali mħallat ma' oġġetti oħra ta' l-ikel u/jew ħwawar;

(k) jekk il-qrieqeċ ikunu maħsuba għall-konsum uman, faċilitajiet addattati li jiżguraw il-ġbir, it-tgeżwir u l-ippakkjar iġeniku taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-B (9).

B. Rekwiżiti addizzjonali ta' iġene li jirrelataw mat-tħejjija ma' xaħam ipproċessat ta' l-annimali, qrieqeċ u prodotti sekondarji.

1. Il-materja prima għandha toriġina minn annimali li, wara spezzjoni ante u post-mortem, jkunu nstabu li huma tajbin għall-konsum tal-bniedem.

2. Il-materja prima għandha tikkonsisti f'tessuti adipose jew għadam misjuba tajba għall-konsum uman u li jkunu raġonevolment ħielsa minn dmija u impuritajiet. M'għandhomx juru sinjali ta' deterjorazzjoni u għandhom jinkisbu taħt kondizzjonijiet iġeniċi.

3. (a) Għat-tħejjija ta' xaħam ipproċessat ta' l-annimali, għandhom jintużaw biss ċelluli adipose jew għadam, miġbura minn biċċeriji, impjanti tal-qtugħ u stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-laħam. Il-materja prima għandha tiġi ttrasportata u maħżuna sa ma jsir l-ipproċessar f'kondizzjonijiet iġeniċi u f'temperatura interna ta' 7 °C jew anqas;

(b) B'deroga mill-(a), il-materja prima tista' tiġi maħżuna u ttrasportata mhux refriġerata kemm-il darba tiġi pproċessata fi żmien 12-il siegħa wara l-jum li fih tkun inkisbet;

(ċ) B'deroga mill-(a), il-materja prima miġbura minn ħwienet li jbiegħu bl-imnut jew f'postijiet li jmissu mal-positjiet tal-bejgħ, fejn isir il-qtugħ u l-ħażna tal-laħam u l-laħam tat-tjur bl-uniku skop li jiġi pprovdut direttament lill-konsumatur, tista' tintuża għat-tħejjija ta' xaħam ipproċessat ta' l-annimali, kemm-il darba tkun f'kondizzjoni iġenika sodisfaċjenti u ppakkjata kif suppost. Meta l-materja prima tinġabar kull jum ir-rekwiżiti tat-temperatura stabbiliti fl-(a) u (b) għandhom jiġu mħarsa. Jekk il-materja prima ma tinġabarx kull jum, għandha tiġi rrefriġerata minnufih wara li tkun inkisbet.

4. Il-vetturi u l-kontenituri għall-ġbir u t-trasport tal-materja prima għandu jkollhom uċuh interni lixxi, faċli biex jinħaslu, jitnaddfu u jiġu diżinfettati u l-vetturi għandhom ikunu mgħottija kif imiss. Il-vetturi għat-trasport refriġerat għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li t-temperatura meħtieġa tista' tinżamm matul il-perjodu kollu tat-trasport.

5. Qabel l-ipproċessar, il-materja prima għandha tiġi spezzjonata għall-preżenza ta' materja prima li ma tkunx tajba għall-konsum tal-bniedem, jew materjal estraneju. Jekk dawn ikunu preżenti għandhom jitneħħew.

6. Il-materja prima għandha tiġi pproċessata bis-sħana, bil-pressa jew b'xi metodu ieħor addattat, segwit bis-separazzjoni tax-xaħam permezz ta' tiswib, ċentrifugazzjoni, filtrazzjoni jew xi metodu ieħor addattat. L-użu ta' dissolventi huwa pprojbit.

7. Xaħam ipproċessat ta' l-annimali li huwa ppreparat skond il-punti 1, 2, 3, 5 u 6 jista' għall-produzzjoni ta' materja prima jiġi raffinat fl-istess stabbiliment jew fi stabbiliment ieħor biex tittejjeb il-kwalità fiżjo-kimika tiegħu fejn ix-xaħam għar-raffinar jissodisfa l-istandards imniżżla fil-punt 8.

8. Ix-xaħam ipproċessat ta' l-annimali, skond it-tip, għandu jikkonforma ma' l-istandards li ġejjin:

Frat Majjali Xaħam ieħor ta' l-annimali

Xaħam tad-dam li jittiekel Xaħam tad-dam għar-raffinar Xaħam li jittiekel (2) Xaħam għar-raffinar Li jittiekel Għar-raffinar

Premier jus (1) Oħrajn

FFA (m/m % aċidu oleic) massimu Massimu perossidizzat 0,75 4 meq/kg 1,25 4 meq/kg 3,0 6 meq/kg 0,75 4 meq/kg 2,0 6 meq/kg 1,25 4 meq/kg 3,00 10 meq/kg

Umdità u impuritajiet massimu 0,5 %

Riħa, togħma, kulur normali

(1) Xaħam ipproċessat ta' l-annimali miksub bi proċessar f'temperatura baxxa ta' xaħam frisk mill-qalb, borqom, kliewi, u mindil ta' annimali tal-fart u grass mill-kmamar fejn isir it-tqattigħ. (2) Xaħam frisk miksub mill-ipproċessar tat-tessuti xaħmin tal-majjal.'

9. Il-qrieqeċ maħsuba għall-konsum tal-bniedem għandhom jinħażnu:

(i) meta pproċessat f'temperatura ta' 70 °C jew anqas: f'temperatura ta' anqas minn 7 °C għall-perjodu li ma jaqbiżx l-24 siegħa jew fi 18 °C jew anqas;

(ii) meta jiġu pproċessati f'temperatura ta' aktar minn 70 °C u li f'umdità ta' 10 % (m/m) jew aktar:

- f'temperatura ta' anqas minn 7 °C għal perjodu li ma jaqbiżx it-48 siegħa jew fi proporzjon ta' ħin/temperatura li joffri garanzija ekwivalenti,

- fi 18 °C jew anqas;

(iii) meta pproċessati f'temperatura ta' aktar minn 70 °C u b'kontenut ta' umdità ta' anqas minn 10 % (m/m): ebda rekwiżit speċifiku.

Il-KAPITOLU III

Kondizzjonijiet speċjali għall-istonku, il-bżieżaq u l-intestini

Minnbarra l-kondizzjonijiet fl-Anness A, u l-Kapitoli I, II u III ta' l-Anness B, l-istabbilimenti li jittrattaw l-istonku, il-bżieżaq u l-intestini għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. il-post, l-istrumenti u l-għodda għandhom jintużaw biss għal xogħol fuq il-prodotti kkonċernati; għandu jkun hemm diviżjoni ċara bejn sezzjonijiet nodfa u dawk li m'humiex;

2. l-użu ta' njam huwa pprojbit; madanakollu l-użu ta' pjattaformi ta' l-injam huwa awtorizzat għat-trasport tal-kontenituri tal-prodotti kkonċernati;

3. għandu jiġi pprovdut post għall-ħażna tat-tgeżwir u ta' materjali ta' l-ippakkjar;

4. it-tgeżwir u l-ippakkjar għandu jseħħ taħt kondizzjonijiet iġeniċi f'kamra jew post maħsub għal dak il-għan;

5. il-prodotti li ma jistgħux jinżammu f'temperatura ambjentali għandhom jinħażnu sakemm jintbagħtu f'postijiet maħsuba għal dak il-għan.

B'mod partikolari, prodotti li ma jkunux immelħa jew imnixxfa għandhom jinżammu f'temperatura li ma teċċedix it-3 °C;

6. Il-materja prima għandha tiġi ttrasportata mill-biċċerija ta' oriġini sa l-istabbiliment taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene u, fejn jixraq fid-dawl tal-perjodu bejn il-qatla u l-ġbir tal-materja prima, irrefriġerata. Il-vetturi u l-kontenitur għat-trasport ta' materjali bħal dawk għandu jkollhom uċuh interni lixxi li jkunu faċli li jinħaslu, jitnaddfu u jiġu diżinfettati. Il-vetturi għat-trasport rrefriġerat għandhom ikunu ddisinjati b'dak il-mod li t-temperatura meħtieġa tista' tinżamm matul il-perjodu kollu tat-trasport.

L-ANNESS D

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦALL-PRODOTTI TAL-LAĦAM ([17])

Nru ([18])..............................................

Pajjiż esportatur:.......................................................................................................................................

Ministeru:.................................................................................................................................................

Dipartiment involut:................................................................................................................................

Referenza (²):...........................................................................................................................................

I. Identifikazzjoni ta' prodotti tal-laħam

Prodotti mmanifatturati b'laħam minn:.....................................................................................................

(Speċi ta' l-annimali)

Natura tal-prodotti ([19]):............................................................................................................................

Natura ta' l-ippakkjar:............................................................................................................................

Numru ta' oġġetti individwali jew ta' pakketti:......................................................................................

Temperatura tal-ħażna u tat-trasport (³):...............................................................................................

Ħajja tal-ħażna ([20]):..............................................................................................................................

Piż nett:.................................................................................................................................................

II. Oriġini tal-prodotti tal-laħam

Indirizz/i u numru/i ta' approvazzjoni ta' stabbiliment/i approvat/i ta' l-ipproċessar.........................

.............................................................................................................................................................

.............................................................................................................................................................

Fejn meħtieġ:

Indirizz/i u numru/i ta' approvazzjoni ta' maħżen/imħażen approvat/i ta' tkessieħ.................................

...................................................................................................................................................................

...................................................................................................................................................................

..................................................................................................................................................................

III. Destinazzjoni tal-prodotti tal-laħam

Il-prodotti tal-laħam għandhom jintbagħtu

minn:.........................................................................................................................................................

(Post ta' l-ispedizzjoni)

lil:...............................................................................................................................................................

(Pajjiż ta' destinazzjoni)

bil-mezzi tat-trasport li ġejjin ([21]):...........................................................................................................

Isem u indirizz tal-kunsinnatarju:..............................................................................................................

..................................................................................................................................................................

Isem u indirizz tal-kunsinnatur:.................................................................................................................

..................................................................................................................................................................

IV. Attestazzjoni tas-saħħa

Jiena, hawn taħt iffermat, niċċertifika li l-prodotti tal-laħam deskritti hawn fuq:

(a) kienu mmanifatturati minn laħam frisk jew prodotti tal-laħam taħt il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva 77/99/KEE ([22]);

(b) kienu ppreparati minn laħam minn speċi ta' annimali barra minn dawk li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 77/99/KEE ();

(ċ) huma maħsuba għar-Repubblika Griega ().

V. Fejn meħtieġ:

Fil-każ ta' ħatt u tgħabija mill-ġdid fi stabbiliment approvat jew maħżen tat-tkessieħ approvat, indika:

(a) il-post tal-ħatt u tat-tgħabija mill-ġdid (indirizz u n-numru ta' approvazzjoni):

..................................................................................................................................................................

..................................................................................................................................................................

..................................................................................................................................................................

(b) il-mezzi tat-trasport ([23]):

.................................................................................................................................................................

.................................................................................................................................................................

Magħmula fi.................... fi....................

(post) (data)

[pic]

....................................................

(Firma ta' l-awtorità kompetenti)

(Isem f'ittri kbar)

Revised by Alex Spiteri Gingell

[1] ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 89, ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 25, ĠU C 262, ta' l-14.10.1981, p. 3, ĠU C 267, tal-11.10.1982, p. 59, ĠU C 296, tal-5.11.1991, p. 8.

[2] ĠU C 240, tas-16.9.1991, p. 6, ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 205.

[3] ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 94, ĠU C 62, tat-2.3.1990, p. 25, ĠU C 168, ta' l-10.7.1990, p. 8, ĠU C 124, tal-21.5.1990, p. 15.

[4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/328/KEE (ĠU L 168, tat-28.6.1985, p. 28).

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 90/675/KEE (ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1).

[6] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[7] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 69).

[8] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 3.

[9] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

[10] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 38.

[11] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/395/KEE (ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 17).

[12] Dan it-tagħrif għandu jakkumpanja l-prodotti tal-laħam sa l-istadju tal-konsumatur finali fil-każ imsemmi fit-tielet inċiż.

[13] Il-kliem "standard jew leġislazzjoni nazzjonali " ikopru:

[14] (a) il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew preparazzjoni awtorizzati taħt il-liġi nazzjonali;

[15] (b) ir-regoli partikolari tal-liġi nazzjonali li jimponu limiti fuq il-kondizzjonijiet tal- produzzjoni jew preparazzjoni għal ċerti prodotti;

[16] (ċ) id-deskrizzjonijiet kollha tal-bejgħ li, fin-nuqqas ta' standards nazzjonali li jillimitawhom, huma permessi bil-liġi ta' Stat Membru jew fi Stat Membru fejn dik id-deskrizzjoni tkun ġiet ikkonfermata bl-użu.

[17] Skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/99/KEE.

[18] Mhux obbligatorja.

[19] Semmi kull radjazzjoni li tijonizza għal raġunijiet mediċi.

[20] Għandha timtela fejn tingħata indikazzjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 77/99/KEE.

[21] Indika n-numru jew in-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (bastiment).

[22] Ħassar kif meħtieġ.

[23] Indika in-numru jew in-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (bastiment).

Top