EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3921

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3291/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru

OJ L 373, 31.12.1991, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 004 P. 49 - 51
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 004 P. 49 - 51
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 345 - 347
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 002 P. 90 - 92
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 002 P. 90 - 92
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 003 P. 31 - 33

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3921/oj

31991R3921



Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0049


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3291/91

tas-16 ta' Diċembru 1991

li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, kif previst fl-Artikolu 75(1)(b) tat-Trattat, it-twaqqif ta' kull politika komuni dwar it-trasport tirrikjedi, fost l-oħrajn, li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' trasport ġewwa kull Stat Membru;

Billi din id-dispożizzjoni tirrikjedi t-tneħħija ta' kull restrizzjonijiet kontra l-persuna li tipprovdi s-servizzi in kwistjoni għar-raġunijiet tan-nazzjonalità tiegħu jew il-fatt li jkun stabbilit f'kull Stat Membru differenti minn dak li fih is-servizz ikun ser jiġi provdut;

Billi, b'mod konformi tal-prinċipji ġenerali tat-Trattat li jinkorpora ugwaljanza ta' trattament u ma' każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq din il-materja, dawk li jġorru li mhumiex residenti għandhom jitħallew li jagħmlu ħidmiet ta' trasport nazzjonali taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti mill-Istat Membru in kwistjoni fuq it-trasportaturi tiegħu;

Billi hu meħtieġ li tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u d-disturb ta' l-organizzazzjoni tas-swieq in kwistjoni;

Billi l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li fih ikunu provduti s-servizzi, safejn l-applikazzjoni tagħhom timplika restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi, għandhom ikunu ġustifikati permezz ta' l-interess ġenerali; billi dawk id-dispożizzjonijiet huma applikabbli biss safejn l-interess ġenerali mhux diġa salvagwardat permezz ta' dispożizzjonijiet li għalihom trasportaturi mhux residenti huma suġġetti fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti u safejn l-istess riżultat ma jkunx jista' jintlaħaq permezz ta' regoli li jorbtu anqas;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għal kull perjodu transitorju,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 1993, kull trasportatur ta' merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni għandu jitħalla jagħmel it-trasport nazzjonali ta' merkanzija jew persuni permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni b'kiri jew għotja f'kull Stat Membru li fih ma jkunx stabbilit, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ "kabotaġġ", kemm-il darba:

- ikun stabbilit f'kull Stat Membru b'mod konformi mal-leġislazzjoni tiegħu u, meta xieraq,

- dan ikun intitolat li jagħmel hemmhekk it-trasport internazzjonali ta' merkanzija jew persuni permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni.

Jekk dan jeżawrixxi dawn il-kondizzjonijiet, dan jista' temporanjament jagħmel kabotaġġ fl-Istat Membru in kwistjoni mingħajr il-ħtieġa li jkollu kull uffiċċju reġistrat jew stabbiliment ieħor hemmhekk.

L-Artikolu 2

1. Sabiex kull trasportatur jitħalla jagħmel kabotaġġ, dan jista' wkoll juża għal dan il-għan biss vetturi li l-proprjetarju jew proprjetarji huma:

(a) personi naturali domiċiljati f'kull Stat Membru u li jkunu ta' nazzjonalità ta' Stati Membri;

jew

(b) persuni legali:

(i) li jkollhom il-post reġistrat tal-kummerċ f'kull Stat Membru;

u

(ii) li jkollhom sehem maġġoritarju jew maġġoranza li jappartjenu lil dawk ta' nazzjonalita ta' Stat Membru.

2. Kull Stat Membru jista' b'eċċezzjoni jagħmel derogi mill-kondizzjonijiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(b)(ii). Dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni dwar il-kriterji determinanti li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

3. Kull ċertifikat maħruġ minn Stat Membru li fih il-vapur ikun reġistrat jew, jekk ma jkunx reġistratat, mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-proprjetarju, għandu jiġi prodott biex jipprova li t-trasportatur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord il-vapur.

Id-dokument li jattesta li kull vapur jappartjeni għal Rhine Navigation, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85 tas-17 ta' Ottubru 1985 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni tar-Rhine li tirreferi għal vapuri li jappartjenu lir-Rhine Navigation [4], għandu jissostitwixxi ċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel paragrafu.

L-Artikolu 3

1. L-implimentazzjoni ta' operat ta' kabotaġġ għandha tkun bla ħsara għal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonjiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita fl-oqsma li ġejjin, bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità:

(a) rati u kondizzjonijiet li jirregolaw kuntratti ta' trasport, u kiri u proċeduri dwar operat;

(b) speċifikazzjonijiet tekniċi għal vapuri.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vapuri użati għat-trasport ta' ħidmiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu dawk imposti fuq vapuri awtorizzati li jagħmlu ħidmiet ta' trasport internazzjonali;

(ċ) navigazzjoni u regolamenti tal-pulizija;

(d) ħin tan-navigazzjoni u perijodi ta' mistrieħ;

(e) VAT (valur tat-taxxa miżjud) fuq servizzi ta' trasport.

2. Id-dispożizzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati għal trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li l-Istat Membru jimponi fuq dawk li jkunu tan-nazzjonalita tiegħu, sabiex effettivament ma jitħalliex li ssir diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew post fejn wieħed jistabbilixxi ruħu.

3. Jekk ikun stabbilit li, meta wieħed jikkonsidra l-prassi, jkun meħtieġ li jiġu adottati l-listi ta' l-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Istat Membru li jospita kif saret referenza għaliħ fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jemenda dik il-lista billi jaġixxi permezz ta' kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 4

Sal-1 ta' Jannar 1995, minkejja l-Artikolu 1 u mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 5:

(a) ir-Repubblika Franċiża tista' tirrestrinġi kabotaġġ fit-territorju tagħha għal żewġ traġitti fuq il-vjaġġ ta' ritorn dirett wara li jkunu saru ħidmiet ta' trasport ta' merkanzija internazzjonali jew passiġġieri;

(b) ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista' tirrestrinġi kabotaġġ fit-territorju tagħha għal traġitt wieħed fuq il-vjaġġ ta' ritorn dirett wara li jkunu saru ħidmiet ta' trasport ta' merkanzija internazzjonali jew passiġġieri;

(ċ) ħidmiet ta' trasport bejn portijiet li jinsabu ġewwa l-Länder ta' Brandenburg, Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent, Sassonja, Sassonja-Anhalt u Thüringia, kif ukoll Berlin, għandhom ikunu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 5

Stati Membri m'għandhomx jintroduċu xi restrizzjoni ġdida applikabbli għal trasportaturi tal-Komunità dwar il-libertà li jiġu provduti servizzi li fil-fatt tkun intlaħqet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 6

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-jeddijiet eżistenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta għan-navigazzjoni tar-Rhine (Konvenzjoni ta' Mannheim).

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom meta jkun il-waqt jadottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex jimplimentaw dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Maij-Weggen

[1] ĠU C 331, ta' l-20.12.1985, p. 2.

[2] ĠU C 255, tat-13.10.1986, p. 229.

[3] ĠU C 328, tat-22.12.1986, p. 34.

[4] ĠU L 280, tat-22.10.1985, p. 4.

--------------------------------------------------

Top