EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1534

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/91 tal-31 ta' Mejju 1991 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur ta' l-assigurazzjoni

OJ L 143, 7.6.1991, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 08 Volume 002 P. 3 - 5
Special edition in Swedish: Chapter 08 Volume 002 P. 3 - 5
Special edition in Czech: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Estonian: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Latvian: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Lithuanian: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Hungarian Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Maltese: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Polish: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Slovak: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Slovene: Chapter 08 Volume 001 P. 68 - 70
Special edition in Bulgarian: Chapter 08 Volume 001 P. 19 - 21
Special edition in Romanian: Chapter 08 Volume 001 P. 19 - 21
Special edition in Croatian: Chapter 08 Volume 003 P. 8 - 10

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1534/oj

31991R1534



Official Journal L 143 , 07/06/1991 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/91

tal-31 ta' Mejju 1991

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur ta' l-assigurazzjoni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi l-Artikolu 85(1) tat-Trattat jista', skond l-Artikolu 85(3), ikun iddikjarat illi ma jgħoddx għal kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 85(3);

Billi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat iridu jiġu adottati permezz ta' Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 87 tat-Trattat;

Billi l-koperazzjoni bejn l-impriżi fis-settur ta' l-assigurazzjoni hija, sa ċertu punt, mixtieqa sabiex jiġi żgurat li dan is-settur jiffunzjona tajjeb u jista' fl-istess ħin jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi;

Billi l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [4] jgħin lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja mill-qrib fuq problemi li jġibu magħhom il-konċentrazzjonijiet fis-setturi kollha, inkluż il-qasam ta' l-assigurazzjoni;

Billi l-eżenzjonjiet mogħtija fl-Artikolu 85(3) tat-Trattat ma jistgħux fihom infushom jaffettwaw il-Komunità u d-disposizzjonijiet nazzjonali li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi f'dan is-settur;

Billi l-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jilħqu dawk l-għanjiet jistgħu, sakemm jaqgħu fi ħdan il-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat, ikunu eżenti minnha taħt ċerti kondizzjonijiet; billi dan igħodd b'mod partikolari għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma marbuta mat-twaqqif ta' ħlas ta' tariffi komuni għar-riskju bbażati fuq statistika garantita b'mod kollettiv jew in-numru ta' talbiet, it-twaqqif ta' kondizzjonijiet ta' politika standard, li jkunu koperti b'mod komuni ċerti tipi ta' riskji, il-ħlas ta' ċerti talbiet, l-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta' mekkaniżmi tas-sigurtà, u reġistri ta', u informazzjoni fuq, riskji aggravati;

Billi minħabba n-numru kbir ta' notifiki mitfugħa skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas-6 ta' Frar 1962: L-ewwel Regolament li jħaddem l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat [5], kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, jixraq li sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-Kummissjoni, trid tkun megħjuna sabiex tiddikjara, permezz ta' Regolament, li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma jkunux jgħoddu għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma;

Billi jrid jiġi stabbilit taħt liema kondizzjonijiet il-Kummissjoni, b'tisħib mill-qrib u kontinwu ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, tista' teżerċita dawk il-poteri;

Billi, meta tkun qed teżerċita dawk il-poteri, il-Kummissjoni trid tqis mhux biss ir-riskju li titneħħa l-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tas-suq relevanti u ta' xi benefiċċju li jista' jgħaddi għal fuq min għandu l-polza minħabba l-ftehim, iżda anki r-riskju li r-riproduzzjoni ta' klawsoli li jirristrinġu u l-operat ta' kumpaniji ta' l-akkomodazzjoni jinvolvu għal min għandu l-polza;

Billi ż-żamma ta' reġistri u l-mod kif tkun ittrattata l-informazzjoni fuq riskji aggravati trid issir skond it-tħaris xieraq tal-kunfidenzjalità;

Billi, skond l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni tista' tagħti lok biex deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat tibda tgħodd b'effett retroattiv; billi l-Kummissjoni trid ukoll tkun kapaċi tadotta disposizzjonijet għal dak il-għan f'Regolament;

Billi, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 17, il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jistgħu, permezz ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni, ikunu eżentati minn din il-projbizzjoni, speċjalment jekk huma modifikati b'tali mod li jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni tkun tista' tagħti permezz ta' Regolament bħal eżenzjoni minn dak il-ftehim, deċiżjonijiet, u prattiċi miftehma jekk huma modifikati b'tali mod li jaqgħu fi ħdan kategorija mfissra f'Regolament li jeżenta;

Billi ma jistax jiġi eskluż illi, f'każijiet speċifiċi, il-kondizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 85(3) tat-Trattat jistgħu ma jintlaħqux; billi l-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tirregola dawk il-każijiet skond ir-Regolament Nru 17 permezz ta' Deċiżjoni li jkollha effett għall-ġejjieni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni tista', permezz ta' Regolament u skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat, tiddikjara li l-Artikolu 85(1) m'għandux jgħodd għall-kategoriji ta' ftehim bejn l-impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma fil-qasam ta' l-assigurazzjoni li għandhom bħala l-għan tagħhom il-koperazzjoni f'każ ta':

(a) twaqqif ta' tariffi ta' ħlas ta' riskju komuni bbażati fuq statistiċi garantiti b'mod kollettiv jew fuq in-numru ta' talbiet;

(b) twaqqif ta' kondizzjonijiet ta' politika bażiċi komuni;

(ċ) li jkunu koperti ċerti tipi ta' riskji;

(d) li jkunu mħallsa t-talbiet;

(e) li jkun ttestjat u aċċettat t-tagħmir tas-sigurtà;

(f) registri ta', u informazzjoni fuq, riskji aggravati, dejjem jekk iż-żamma ta' dawn ir-reġistri u l-użu ta' din l-informazzjoni jsir skond il-protezzjoni xierqa tal-kunfidenzalità.

2. Ir-Regolament tal-Kummissjoni msemmi fil-Paragrafu 1, jispjega l-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jgħodd għalihom u jrid jispeċifika b'mod partikolari:

(a) ir-restrizzjonijiet jew klawsoli li jistgħu, jew ma jistgħux, jidhru fi ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma;

(b) il-klawsoli li jrid ikun hemm fil-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jew il-kondizzjonijiet l-oħra li jridu jintlaħqu.

Artikolu 2

Kwalunkwe Regolament adottat skond l-Artikolu 1 għandu tul ta' żmien limitat.

Dan jista' jiġi imħassar jew emendat meta ċ-ċirkustanzi jkunu nbidlu skond xi fatti essenzjali sabiex jiġi adottat; f'dak il-każ, irid jiġi stabbilit perjodu għall-modifiki tal-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li għalihom kien jgħodd ir-Regolament ta' qabel.

Artikolu 3

Regolament adottat skond l-Artikolu 1 jista' jagħti lok li jgħodd retroattivament għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament imsemmi, tkun ġiet applikata deċiżjoni b'effett retroattiv skond l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17.

Artikolu 4

1. Regolament adottat skond l-Artikolu 1 jista' jagħti lok li l-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma tgħoddx, għal dak il-perjodu kif ikun stabbilit f'dak ir-Regolament, għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fit-13 ta' Marzu 1962 li ma jilħqux il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3) fejn:

- fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament imsemmi, huma jiġu modifikati b'tali mod li jilħqu l-kondizzjonijiet imsemmija skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti msemmi u

- il-modifiki jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien stipulat mir-Regolament imsemmi.

Id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel sottoparagrafu jgħoddu bl-istess mod għal dak il-ftehim, deċiżjonijiet u disposizzjonijiet li jkun hemm fid-data ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda li għalihom jgħodd l-Artikolu 85(1) tat-Trattat permezz tad-dħul u li ma jilħqux il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3).

2. Il-Paragrafu 1 jgħodd għall-ftehim, deċiżjonijiet u disposizzjonijiet li kellhom jiġu notifikati qabel l-1 ta' Frar 1963, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 17, biss fejn ġew hekk notifikati qabel dik id-data.

Il-Paragrafu 1 ma jgħoddx għall-ftehim, deċiżjonijiet u disposizzjonijiet li hemm fid-data ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda li għalihom jgħodd l-Artikolu 85(1) tat-Trattat permezz ta' l-adeżjoni u li kellu jkun notifikat fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adeżjoni skond l-Artikoli 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, sakemm ma kinux hekk notifikati fil-perjodu msemmi.

3. Il-vantaġġ mid-disposizzjonijiet adottati skond il-paragrafu 1 m'għandux jiġi inkluż f'azzjonijiet pendenti fid-data ta' l-adeżjoni fis-seħħ ta' Regolament adottat skond l-Artikolu 1; lanqas m'għandu għalfejn jiġi inkluż bħala mezz għal talbiet għal ħsara kontra partijiet oħra.

Artikolu 5

Fejn il-Kummissjoni tipproponi li tadotta Regolament, din trid tippubblika d-draft tiegħu sabiex il-persuni kollha u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jgħaddulha l-kummenti tagħhom f'dak iż-żmien stipulat, li ma jkunx inqas minn xahar, kif din tistabbilixxi.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni trid tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar Ħidmiet Ristrettivi u Monopolji:

(a) qabel ma tippubblika l-Abbozz tar-Regolament;

(b) qabel ma tadotta Regolament.

2. Għandu jgħodd l-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament Nru 17, marbut mal-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv. Iżda, laqgħat konġunti mal-Kummissjoni jridu jsiru mhux aktar kmieni minn xahar wara li jintbagħat l-avviż dwarhom.

Artikolu 7

Fejn il-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess inkella fuq talba ta' xi Stat Membru jew ta' xi persuni naturali jew ġuridiċi li qed jitolbu interess leġittimu, issib li, fi kwalunkwe każ partikolari, ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma, li għalihom Regolament adottat skond l-Artikolu 1 jgħodd, għandhom xorta waħda ċerti effetti li huma inkompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 85(3) tat-Trattat, hi tista' tirtira l-vantaġġ għall-applikazzjoni tar-regolament imsemmi u tieħu deċiżjoni b'mod konformi ma' l-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament Nru 17, mingħajr l-ebda notifika skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 17, mingħajr l-ebda notifika skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 17.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni provdut fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni trid tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-mod kif jaħdem dan ir-Regolament, flimkien ma' dawk il-proposti għal emendi għal dan ir-Regolament kif ikun meħtieġ minħabba l-esperjenza.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Bodry

[1] ĠU C 16, tat-23.1.1990, pġ. 13.

[2] ĠU C 260, tal-15.10.1990, pġ. 57.

[3] ĠU C 182, tat-23.7.1990, pġ. 27.

[4] ĠU L 395, tat-30.12.1989, pġ. 1.

[5] ĠU C 13, tal-21.2.1962, pġ. 204/62.

--------------------------------------------------

Top