EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0238

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’April 1991 li temenda d-Direttiva 89/396/KEE dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartieni oġġett ta’ l-ikel

OJ L 107, 27.4.1991, p. 50–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 020 P. 94 - 94
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 020 P. 94 - 94
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 010 P. 275 - 275
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 010 P. 91 - 91
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 010 P. 91 - 91

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/01/2012; Imħassar b' 32011L0091

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/238/oj

31991L0238



Official Journal L 107 , 27/04/1991 P. 0050 - 0050
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0094


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-22 ta’April 1991

li temenda d-Direttiva 89/396/KEE dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartieni oġġett ta’ l-ikel

(91/238/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa meħtieġ li jitqies il-fatt illi l-konsum immedjat max-xiri ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel bħall-ġelat f’porzjonijiet individwali jfisser illi l-indikazzjoni tal-lott direttament fuq l-imballaġġ individwali ma sservi l-ebda skop utili; billi d-Direttiva 89/396/KEE [4] għandha għalhekk tiġi emendata;

Billi, madankollu, għandu jkun obbligatorju fil-każ ta’dawn il-prodotti illi jiġi indikat il-lott ta’ oġġetti fuq l-imballaġġ ikkombinat,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Dan li ġej huwa hawnhekk miżjud ma’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/396/KEE:

"(d) għall-porzjonijiet individwali ta’ ġelat. L-indikazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-lott għandha tidher fuq l-imballaġġ ikkombinat."

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ April 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Steichen

[1] ĠU C 267, tat-23.10.1990, p. 15.

[2] ĠU C 324, ta’ l-24.12.1990, p. 246 uĠU C 72, tat-18.3.1991.

[3] ĠU C 60, tat-8.3.1991, p. 4.

[4] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21.

--------------------------------------------------

Top