Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0428

Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha

OJ L 224, 18.8.1990, p. 60–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 033 P. 178 - 179
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 033 P. 178 - 179
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 010 P. 170 - 171
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 008 P. 85 - 86
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 008 P. 85 - 86
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 013 P. 84 - 85

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/428/oj

31990L0428



Official Journal L 224 , 18/08/1990 P. 0060 - 0061
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0178
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0178


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 1990

dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha

(90/428/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-equidae, ġaladarba animali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti fl-Anness II tat-Trattat;

Billi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni ta’ l-equidae, b’hekk tiżdied il-prodottività fis-settur, ir-regoli li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjoni jridu jkunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

Billi t-tnissil u t-trobbija ta’ l-equidae u b’mod partikolari taż-żwiemel huma ġeneralment inklużi fis-settur tal-biedja, billi dan jikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni tal-bdiewa;

Billi jeżistu disparitajiet fil-Komunità rigward ir-regoli ta’ l-aċċess għall-kompetizzjonijiet; billi dawn id-disparitajiet jikkostitwixxu ostakolu għall-kummerċ intra-Kommuntarju;

Billi l-kummerċ f’equidae maħsuba għall-kompetizzjoni u l-parteċipazzjoni f’dawn il-kompetizzjonijiet jistgħu jiġu pperikolati bid-disparitajiet li jeżistu fir-regoli li jirrigwardaw l-allokazzjoni tal-perċentwali tal-premju fi flus jew il-profitt għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib fit-tnissil fl-Istati Membri; billi id-dħul ta’ l-aċċess ħieles għall-kompetizzjonijiet jippresupponi l-armonizazzjoni ta’ dawn ir-regoli;

Billi, sakemm issir din l-armonizazzjoni, sabiex, b’mod partikolari, tinżamm jew tiżdied il-produttività f’dan is-settur, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jirriservaw perċentwali mill-premju fi flus jew mill-profitti għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib ta’ l-attivitajiet tat-tnissil tagħhom; billi, madankollu, għandu jiġi ffissat il-limitu l-għoli għal dan il-perċentwali;

Billi huwa tal-parir li jiġu addottati miżuri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti aspetti tekniċi; billi, għall-għanijiet tal-miżuri ppjanati, għandha ssir dispożizzjoni għall-kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni fihom.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’equidae [4].

Barra minn hekk, "kompetizzjoni" tfisser kull kompetizzjoni ekwestri, inklużi t-tellieq taż-żwiemel, il-qbiż għall-kompetizzjoni, id-dressage, l-avvenimentii riservati għall-vetturi misjuqa miż-żwiemel u l-klassijiet tal-wiri.

L-Artikolu 3

1. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet ma jistgħux jiddiskriminaw bejn l-equidae li jkunu rreġistrati fl-Istati Membri fejn issir il-kompetizzjoni u l-equidae rreġistrati fi Stat Membru ieħor.

2. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet ma jridux jiddiskriminaw bejn l-equidae li joriġinaw fl-Istat Membru fejn issir il-kompetizzjoni u l-equidae li joriġinaw fi Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 4

1. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom japplikaw b’mod partikolari għal:

(a) il-ħtiġiet tad-dħul fil-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-ħtiġiet minimi jew massimi;

(b) l-aġġudikazjoni tal-kompetizzjoni;

(ċ) il-premju fi flus jew il-profitti li jakkumulaw mill-kompetizzjoni.

2. Madankollu,

- l-obbligi riferiti fl-Artikolu 3 m’għandhomx jaffetwaw l-organizazzjoni ta’:

(a) il-kompetizzjonijiet riżervati għall-equidae rreġistrati f’reġistru tat-tagħmir speċifiku għall-iskop għalbiex jippermetti it-titjib tat-tnissil;

(b) il-kompetizzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li jintagħżlu l-equidae;

(ċ) l-avvenimenti storiċi jew tradizzjonali.

L-Istati Membri li jkun bi ħsiebhom japprofittaw minn dawn il-possibilitajiet għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan minn qabel f’termini ġenerali.

- għal kull kompetizzjoni jew tip ta’ kompetizzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jirriservaw, permezz ta’ l-entitjaiet uffiċjali approvati jew irrikonoxxuti għal dan l-iskop, ċertu perċentwali tal-premju fi flus jew il-profitti riferiti fil-paragrafu 1(ċ) għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib tat-tnissil.

Il-perċentwali ma jistax jaqbeż it-30 % fl-1991, il-25 % fl-1992 u l-20 % mill-1993.

Il-kriterji għat-tqassim ta’ dawn il-fondi fl-Istat Membru interessat għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 1992 il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina l-kondizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jqis il-progress magħmul fl-armonizazzjoni rigward il-problemi kollha maħluqa minħabba l-kondizzjonijiet tat-tnissil taż-żwiemel għall-kompetizzjoni, flimkien ma’ proposti xierqa li dwarhom il-Kunsill jista’ jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

3. Ir-regoli ġenerali sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 6.

L-Artikolu 5

1. Sakemm jiġu addottati d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/427/KEE, ir-raġunijiet li għalihom annimal irreġistrat fi Stat Membru jiġi rrifjutat id-dħul f’kompetizzjoni jridu jiġu kkomunikati bil-miktub lis-sid jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2. Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 1, is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma intitolati li jiksbu opinjoni esperta skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/662/KEE [5], li għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6, taddotta r-regoli sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu.

L-Artikolu 6

Fejn trid tiġi użata l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika, stabbilit bid-Deċiżjoni 77/505/KEE [6], għandu jaġixxi skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE [7].

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

M. O'Kennedy

[1] ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 61.

[2] ĠU C 149, tat-18.6.1990.

[3] ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 46.

[4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[6] ĠU L 206, tat-12.8.1988, p. 11.

[7] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------

Top