Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0297

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ April 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-gwardji tal-ġenb ta’ ċerti vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

OJ L 124, 5.5.1989, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 018 P. 234 - 240
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 018 P. 234 - 240
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 009 P. 474 - 480
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 009 P. 156 - 162
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 009 P. 156 - 162
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 026 P. 98 - 104

No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/297/oj

31989L0297



Official Journal L 124 , 05/05/1989 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0234


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-13 ta’ April 1989

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-gwardji tal-ġenb ta’ ċerti vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(89/297/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern matul perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jikkomprendi żona mingħajr fruntieri nterni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital jiġi assigurat;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia mal-gwardji tal-ġenb ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda ma’, jew minflok, ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal- KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [5],tiġi ntrodotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, biex tiżdied is-sigurtà fit-triq, huwa meħtieġ li tiġi mwaħħla gwardji tal-ġenb fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji ta’ piżijiet ogħla biex jiġi offrut lil dawk li jużaw it-triq li m’humiex protetti (passiġġieri, ċiklisti u motoċiklisti) protezzjoni effiċjenti kontra r-riskju li jaqgħu taħt il-ġnub ta’ dawn il-vetturi;

Billi, għal raġunijiet prattiċi, inħasset il-ħtieġa li jiġu provduti perjodi differenti għal applikazzjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda għall-vetturi ġodda kollha;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw mal-vetturi bil-mutur tinkludi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi ta’ ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u karru fil-kategoriji 03 u 04, kif definit fl-Anness li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE, iddisinjati għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, u b’veloċità massima disinjata li teċċedi l-25 km fis-siegħa.

Artikolu 2

1. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal- protezzjoni laterali, jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar xi vettura jekk dik il-vettura tkun tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness.

2. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal- protezzjoni laterali, jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura jekk dik il-vettura tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jkun infurmat b’kull modifika għal xi parti jew karatteristika msemmija fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx jitwettqu testijiet ġodda fuq it-tip modifikat u jitħejja rapport ġdid. Meta dawk it-testijiet jiżvelaw li ma jkun hemm konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifika m’għandhiex tiġi awtorizzata.

Artikolu 4

1 B’effett mill-1 ta’ Ġunju 1990, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument previst f’Artikolu 10(1), it-tielet inċiż tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-mezzi ta’ protezzjoni laterali tagħha ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-mezzi ta’ protezzjoni laterali tagħha ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Mejju 1991 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-seħħ ta’ vetturi li l-mezzi ta’ protezzjoni laterali tagħhom ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-ħtiġiet ta’ l-Anness biex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ottubru 1989. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ April 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU C 265, tal-5.10.1987, p. 21.

[2] ĠU C 94, tal-11.4.1988, p. 23.

[3] ĠU C 80, tat-28.3.1988, p. 17.

[4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[5] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

--------------------------------------------------

ANNESS

ĦTIĠIET TEKNICI GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI

1. Stipulazzjonijiet ġenerali u definizzjonijiet

1.1. Kull vettura tal-kategoriji N2, N3, O3 u O4 għandha tkun hekk mibnija u/jew hekk mgħammra li toffri, meta entità kompleta, protezzjoni effettiva lil dawk li jużaw it-triq li m‘humiex protetti (passiġġieri, ċiklisti, motoċiklisti) kontra r-riskju li jaqgħu taħt il-ġnub tal-vetturi u jinqabdu taħt ir-roti [1].

Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

- tratturi għal semi-karrijiet,

- karrijiet speċjalment disinjati u mibnija għall-ġarr ta’ tagħbijiet twal ħafna li ma jistgħux jinqasmu, bħal injam, vireg tal-ħadid eċċ.,

- vetturi disinjati u mibnija għall-għanijiet speċjali fejn ma jkunx possibbi, għal raġunijiet prattiċi, li tiġi mwaħħla dik il-protezzjoni laterali.

1.2. Vettura għandha titqies li tissodisfa l-ħtiġiet stipulati fil-punt 1.1 jekk il-partijiet tal-ġenb jipprovdu protezzjoni li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta’ hawn taħt.

1.3. Definizzjonijiet

1.3.1. Tip ta’ vettura għall-iskopijiet ta’ protezzjoni laterali

Il-frasi "tip ta’ vettura għall-iskopijiet ta’ protezzjoni laterali" tfisser vetturi li m’humiex differenti fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali li ġejjin:

wisa’ tal-fus ta’ wara, struttura, dimensjonijiet, forma u materjali tal-karozzerija u chassis, karetteristiċi tas-sospensjoni tal-vettura sa fejn dawn ikollhom rabta mall-ħtiġiet tal-punt 2.

1.3.2. Piż mhux mgħobbi’ ifisser il-piż tal-vettura f’kondizzjoni ta’ sewqan, m‘hix okkupata u m‘hix mgħobbija iżda kompleta bil-karburant, likwidu tat-trkessiħ, lubrikant, għodda u rota spare, jekk provduta mill-manifattur tal-vettura bħala tagħmir standard.

1.4. Pożizzjonar tal-vettura

Meta testjata għall-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fil-punt 2, il-pożizzjoni tal-vettura għandha tkun kif ġej:

- fuq wiċċ orrizontali u ċatt,

- ir-roti steered għandhom ikunu fil-pożizzjoni dritt ’il quddiem,

- il-vettura m’għandhix tkun mgħobbija,

- is-semi-karrijiet għandhom ikunu mqiegħda fuq l-irfid tagħhom bil-wiċċ għat-tagħbija orrizontali.

2. Protezzjoni laterali provvduta b’mezz speċifiku (gwardji tal-ġenb)

2.1. Il-mezz m’għandux iżid il-wisa’ globali tal-vettura u l-parti prinċipali tal-wiċċ ta’ barra tiegħu m’għandux ikun aktar minn 120 mm ’il ġewwa mill-pjan l-aktar ’il barra (wisa’ massima) tal-vettura. Il-parti ta’ quddiem tiegħu tista’ tkun imdawra ’l ġewwa fuq xi vetturi skond il-punti 2.4.2 u 2.4.3. It-tarf ta’ wara tiegħu m’għandux ikun aktar minn 30 mm ’l ġewwa mill-aktar tarf il-barra tat-tyres ta’ wara (ħlief għal xi nefħa rregolari ‘l barra tat-tyres viċin l-art) matul ta’ l-anqas l-aktar 250 mm lura.

2.2. Il-wiċċ ta’ barra tal-mezz għandu jkun lixx, sostanzjalment ċatt jew korrugat orizzontalment u safejn possibbli kontinwu minn quddiem sa wara; parijiet fejn xulxin jistgħu iżda jirbku, sakemm it-tarf li jikeb ikun iħares lejn wara jew l-isfel, jew xaqq ta’ mhux aktar minn 25 mm imkejjel orizzontalment jista’ jitħalla, b’dan illi l-parti ta’ wara ma tkunx taqbeż ’il barra mill-parti ta’ quddiem; irjus ittundjati ta’ boldijiet jew rivits jistgħu jaqbżu l-barra mill-wiċċ sa distanza ta’ 10 mm u l-partijiet l-oħra jistgħu jaqbżu ’l barra sa dak il-limitu sakemm dawn ikunu ċatti u similarment ittndjati; it-truf u l-kantunieri ta’ barra kollha għandhom ikunu ttundjati b’radius ta’ mhux anqas minn 2.5 mm (ittestjat kif preskritt fid-Direttiva 74/483/KEE [2]).

2.3. Il-mezz jista’ jikkonsisti f’wiċċ ċatt kontinwu, jew virga waħda orizzontali jew iżjed, jew kombinazzjoni ta’ wiċċ u vireg; meta jintużaw il-vireg m’għandhomx ikunu aktar minn 300 mm il-bogħod minn xulxin u mhux anqas minn:

- 50 mm għolja fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N2 u O3,

- 100 mm għolja u essenzjalment ċatti fil-każ ta’ vetturi N3 u O4.

Kombinazzjonijiet ta’ wċuħ u vireg għandhom jiffurmaw gwardja tal-ġenb kontinwa, bla ħsara, iżda, għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.

2.4. Il-parti ta’ quddiem tal-gwardja tal-ġenb għandha tkun tkun mibnija kif ġej:

2.4.1. Il-pożizzjoni tagħha għandha tkun:

2.4.1.1. fuq il-vettura bil-mutur: mhux aktar minn 300mm lura mill-pjan vertikali transversali tanġentali ma’ l-aktar parti lura tat-tyre fuq ir-rota minnufih ’il quddiem mill-gwardja;

2.4.1.2. fuq karru drawbar: mhux aktar minn 500 mm lura mill-pjan definit mill-punt 2.4.1.1;

2.4.1.3. fuq is-semi-karru: mhux aktar minn 250 mm lura mill-pjan medjan trasversali tas-saqj li jirfdu, jekk saqajn li jirfdu jkunu mwaħħlin, iżda f’kull każ id-distanza bejn ix-xifer ta’ quddiem u l-pjan transversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-kingpin fl-aktar pożizzjoni lura m’għandux jeċċedi 2,7 m.

2.4.2. Meta x-xifer ta’ quddiem ikun jinsab fi spazju xort’oħra miftuh, ix-xifer għandu jkun jikkonsisti f’membru vertikali kontinwu li jestendi matul l-għoli kollu tal-gwardja; l-uċuh ta’ barra u ta’ quddiem ta’ dan il-membru għandhu jkum ta’ l-anqas 50 mm lura u jkun imdawwar 100 mm ’il ġewwa fil-każ ta’ N2 u O3 u ta’ l-anqas 100 mm lura u jkun imdawwar 100 mm ’il ġewwa fil-każ ta’ N3 u O4.

2.4.3. Fuq vettura bil-mutur fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm imsemmija fil-punt 2.4.1.1 jaqa’ ġewwa l-kabina, il-gwardja għandha tkun hekk mibnija li tilħaq il-panewwijiet tal-kabina u jekk meħtieġ tiddawwar f’angolu li ma jeċċedix il-45°. Xaqq fit-tul ta’ 100 mm huwa permess bejn ix-xifer ta’ quddiem u l-panewwijiet tal-kabina fil-każ ta’ kabini sospiżi jew imxengla. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.4.2. ma japplikawx.

2.4.4. Fuq vettura bil-mutur fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm immsemmija fil-punt 2.4.1.1. jaqa’ wara l-kabina u l-gwadja tal-ġenb hija estiża ‘l quddiem kif indikat fil-punt 2.4.3. bħala għażla lill-manifattur, id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.4.3 għandhom jitħarsu.

2.5. Ix-xifer ta’ wara tal-gwardja tal-ġenb m’għandhix tkun aktar minn 300 mm ’il quddiem mill-pjan vertikali transversali tanġentali ma’ l-aktar parti ‘l quddiem tat-tyre fuq ir-rota minnufih lejn wara; membru kontinwu vertikali mhux meħtieġ fuq ix-xifer ta’ wara.

2.6. Ix-xifer t’isfel tal-gwida tal-ġenb m’għandha fl-ebda punt tkun aktar minn 550 mm għolja mill-art.

2.7. Ix-xifer ta’ fuq tal-gwardja għandu jkun mhux aktar minn 350 mm taħt il-parti ta’ l-istruttura tal-vettura, maqtugħ jew imiss ma’ pjan vertikali tanġentali mal-wiċċ ta’ barra tat-tyres, eskluża kull nefħa viċin l-art, ħlief fil-każi li ġejjin:

2.7.1. fejn il-pjan fil-punt 2.7 ma jaqtax l-istruttura tal-vettura, ix-xifer ta’ fuq għandu jkun livell max-xifer tal-pjattaforma li ġġorr it-tagħbija, ta’ 950 mm mill-art, skond liema jkun l-anqas;

2.7.2. fejn il-pjan fil-punt 2.7 jaqta’ l-istruttura tal-vettura f’livell ta’ aktar minn 1.3 m il-fuq mill-art’ allura x-xifer ta’ fuq tal-gwardja tal-ġenb għandha tkun mhux anqas minn 950 ’il fuq mill-art;

2.7.3. fuq vettura speċjalment disinjata u mibnija, u mhux sempliċiment adattata, għall-ġarr ta’ kontejner jew demountable body, ix-xifer ta’ fuq tal-gwardja għandu jiġi stabbilit skond il-punti 2.7.1 u 2.7.2, bil-kontejner jew korp jiġi meqjus bħala parti mill-vettura.

2.8. Il-gwardi tal-ġenb għandhom ikunu essenzjalment riġidi, imwaħħla sew (m’għandhomx ikunu suġġetti li jinħallu minħabba l-vibrazzjoni fl-użu normali tal-vettura) u, ħlief fir-rigward tal-partijiet elenkati fil-punt 2.9, magħmula metall jew minn xi materjal adattat ieħor.

Il-gwardja tal-ġenb għandha tkun meqjusa adattata jekk tkun kapaċi li żżomm saħħa orizzontali statika ta’ 1kN applikata perpendikolarment għal xi parti tal-wiċċ estern tagħha miċ-ċentru ta’ ponta li l-wiċċ tagħha jkun tond u ċatt, b’dijametru ta’ 220 mm ± 10 mm, u jekk id-diflessjoni tal-gwardja taħt piż tkun anqas minn:

- 30 mm fuq l-aktar parti lura ta’ 250 mm tal-gwardja, u

- 150 mm fuq il-bqija tal-gwardja.

2.8.1. Il-ħtieġa ta’ hawn fuq tista’ tiġi verifikata permezz ta’ kalkoli.

2.9. Komponenti permanentement inwaħħla mal-vettura, eż. kaxxa tal-batterija, tankijiet ta’ l-arja, tankijiet tal-karburanti, lampi, rifletturi, roti spare u kaxxi ta’ l-għodda, jistgħu jiġi inkorporati fil-gwardja tal-ġenb, sakemm ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet dimensjonali tad-Direttiva. Fir-rigward ta’ xquq, il-ħtiġiet imniżżla fil-punt 2.2 għandhom japplikaw.

2.10. Il-gwardja tal-ġenb m’għandhiex tintuża biex jitwaħħlu magħha pajpijiet tal-brejk, arja jew idrawliku.

3. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, vetturi tat-tipi li ġejjin huma meħtieġa li jikkonformaw biss kif indikat f’kull każ:

3.1. Karru li jestendi għandu jikkonforma mal-ħtiġiet kollha tal-punt 2, meta jkun magħluq għat-tul minimu tiegħu; meta l-karru jkun miftuħ il-gwardji tal-ġend għandhom jikkonformaw mal-punti 2.6, 2.7 u 2.8, u jew ma’2.4 jew 2.5 iżda mhux neċessarjament mat-tnejn; l-estensjoni tal-karru m’għandhiex tipproduċi xquq fit-tul tal-gwardji tal-ġenb;

3.2. vettura tank li hija vettura unikament disinjata għall-ġarr ta’ sustanza likwida f’tank magħluq permanentement imwaħħal mal-vettura u provdut b’konnessjonijiet ta’ manki jew pajpijiet għat-tagħbija jew ħatt, għandha tkun iffittjata bi gwardji tal-ġenb li jikkonformaw sa fejn hu prattiku mal-ħtiġiet tal-punt 2; konformità stretta tista titneħħa biss fejn il-ħtiġiet ta’ operazzjoni jagħġmlu dan meħtieġ;

3.3. Fuq vettura fittjata b’saqajn li joħorġu biex jipprovdu stabbilità matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom il-vettura hija disinjata, il-gwardji tal-ġenb għandhom ikunu ranġati bi xquq addizzjonali fejn dawn huma meħtieġa biex jippermettu li joħorġu s-saqajn.

3.4. Fuq vettura magħmmra b’punti ta’ ankoraġġ għat-trasport ro-ro, xquq għandhom ikunu permessi fil-gwardja tal-ġenb biex ikunu jistgħu jgħaddu u jiġu sikkati l-irbit.

4. Jekk il-ġnub tal-vettura jkunu hekk disinjati u/jew mgħammra illi bil-forma u karatteristiċi tagħhom il-partijiet komponenti flimkien jilħqu l-ħtiġiet tal-punt 2, jistgħu jitqiesu li jkun qegħdin jibdlu l-gwardji tal-ġenb.

5. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

5.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ protezzjoni laterali għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

5.2. Għandha tkunu akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u mit-tagħrif li ġej:

5.2.1. Deskrizzjoni tal-vettura mill-punt f’dak li jirrigwarda l-kriterji riferiti fil-punt 1.4.1, flimkien ma’ disinji dimenzjonali, u jew ritratti jew veduti miftuħa tal-ġnub tal-vettura. In-numri u/jew simboli li jidentifikaw it-tip tal-vettura għandhom jiġu kwotati;

5.2.2. Deskrizzjoni teknika tal-partijiet li jipprovdu protezzjoni laterali flimkien ma’ tagħrif suffiċjentement dettaljat.

5.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

6. Approvazzjoni tat-tip tal-KEE

6.1. Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE tat-tip ta’ vettura għandu jkun akkumpanjat bl-Anness imħejji b’konformità mal-mudell muri fl-Appendiċi.

[1] Din id-Direttiva m’għandhiex iżżomm lil xi pajjiż milli jkollu ħtiġiet addizzjonali għall-partijiet tal-vettura ‘l quddiem mir-roti ta’ quddiem u lura mir-roti ta’ wara.

[2] ĠU L 266, tat-2.10.1974, p. 4.

--------------------------------------------------

Appendiċi

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Eżempju

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top