Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0104

L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru, 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks

OJ L 40, 11.2.1989, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 017 P. 178 - 184
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 017 P. 178 - 184
Special edition in Czech: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Estonian: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Latvian: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Lithuanian: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Hungarian Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Maltese: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Polish: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Slovak: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Slovene: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Bulgarian: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98
Special edition in Romanian: Chapter 17 Volume 001 P. 92 - 98

No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2008; Imħassar b' 32008L0095

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/104/oj

31989L0104



Official Journal L 040 , 11/02/1989 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0178
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0178


L-ewwel Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru,

1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks

(89/104/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’ koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-liġijiet dwar it-trade marks applikabbli fil-preżent fl-Istati Membri fihom disparitajiet li jistgħu jfixklu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq komuni; billi huwa għalhekk neċessarju, minħabba l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri;

Billi huwa importanti li ma jkunux injorati s-soluzzjonijiet u l-vantaġġi li s-sistema tat-trade marks tal-Komunità tistà tippermetti lill-impriżi li jixtiequ jiksbu trade marks;

Billi ma jidhirx li hu neċessarju preżentement ssir approssimazzjoni kompleta tal-liġijiet tat-trade marks ta’ l-Istati Membri u jkun biżżejjed jekk l-approssimazzjoni hi limitata għal dawk id-disposizzjonijiet nazzjonali tal-liġi li l-aktar direttament jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern;

Billi d-Direttiva ma tneħħix mill-Istati Membri d-dritt li jkomplu jipproteġu t-trademarks miksuba permezz ta’ użu imma tikkunsidrahom biss fejn għandha x’taqsam ir-relazzjoni bejniethom u t-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni;

Billi l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi li jiffissaw id-disposizzjonijiet ta’ proċedura dwar ir-reġistrazzjoni, ir-revokazzjoni u l-invalidità tat-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni; billi jistgħu, per eżempju, jiddeterminaw il-forma tar reġistrazzjoni tat-trade marks u proċeduri ta’ invalidità, jiddeċiedu jekk drittijiet preċedenti għandhomx ikunu invokati jew għall-proċedura tar-reġistrazzjoni jew għall-proċedura ta’ invalidità jew għat-tnejn u, jekk jippermettu li drittijiet preċedenti jkunu invokati fil-proċedura tar-reġistrazzjoni, li jkollhom proċedura ta’ opposizzjoni jew eżami ex-uffiċio jew it-tnejn; billi l-Istati membri jibqgħu liberi li jiddeterminaw l-effetti tar-revokazzjoni jew invalidità tat-trade marks;

Billi din id-Direttiva ma teskludix l-applikazzjoni għal trade marks ta’ disposizzjonijiet tal-liġi ta’ l-Istati Membri barra mil-liġi tat-trade marks, bħad-disposizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni inġusta, ir-responsabbiltà ċivili u l-protezzjoni tal-konsumatur;

Billi l-ksib ta’ l-merkanzija li din l-approssimazzjoni tal-liġijiet qed taspira għalihom tirrikjedi li l-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark irreġistrata huma, ġeneralment identiċi fl-Istati Membri kollha; billi, għal dan l-iskop, huwa neċessarju li jkunu elenkati eżempji ta’ sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark, dejjem jekk tali sinjali huma kapaċi li jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra; billi r-raġunijiet għal rifjut jew invalidità li jikkonċernaw it-trade mark nnifisha, per eżempju, in-nuqqas ta’ kwalunkwe karattru distint, jew li jirrigwarda konflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet ta’ preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod komplet, anke jekk ftit minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati bħala għażla għall-Istati Membri li jkunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom; billi l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-leġislazzjoni tagħhom raġunijiet għal rifjut jew invalidità b’konnessjoni mal-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark li għalihom ma hemm l-ebda disposizzjoni ta’ approssimazzjoni, dwar, per eżempju, l-eliġibilità għall-għotja ta’ trade mark; it-tiġdid tat-trade mark jew ir-regoli dwar il-miżati, jew li għandhom x’jaqsmu man-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli ta’ proċedura;

Billi sabiex ikun imnaqqas t-total tan-numru tat-trade marks irreġistrati u protetti fil-Komunità u, konsegwentement, in-numru ta’ konflitti li jqumu bejniethom, huwa essenzjali li jiġi meħtieġ li trade marks għandhom ikunu fil-fatt użati, jew jekk mhux użati, ikunu suġġetti għal revokazzjoni, billi huwa neċessarju li jkun ipprovdut li trade mark ma tistax tkun invalidata abbażi ta’ l-eżistenza ta’ trade mark preċedenti mhux użata, filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu liberi li japplikaw l-istess prinċipju għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark jew li jipprovdu li trade mark ma’ tistax tkun invokata b’suċċess fi proċeduri ta’ ksur tar-regoli jekk ikun stabbilit bħala riżultat ta’ talba li t-trade mark tista’ tiġi revokata; billi f’dawn il-każijiet huwa f’idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu r-regoli tal-proċedura applikabbli;

Billi huwa fundamentali, sabiex tkun iffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija u servizzi, li jkun żgurat li minn issa ’l quddiem trade marks irreġistrati jgawdu l-istess protezzjoni taħt is-sistemi legali ta’ l-Istati Membri kollha; billi dan m’għandux għalfejn iżżomm l-Istati Membri milli jagħtu fuq għażla tagħhom protezzjoni estensiva lil dawk it-trade marks li għandhom reputazzjoni;

Billi l-protezzjoni mogħtija lit-trade marks registrati, li l-funzjoni tagħhom hi partikolarment li jiggarantixxu t-trade mark bhala indikazzjoni ta’ oriġini, hi assoluta fil-każ ta’ identità bejn il-marka u s-sinjal u l-merkanzija jew is-servizzi; billi l-protezzjoni tapplika wkoll f’każ ta’ xebħ bejn il-marka u l-merkanzija jew is-servizzi; billi hu indispensabbli li tingħata interpretazzjoni tal-kunċett ta’ xebħ fir-rigward tal-possibbiltà li jkun hemm konfużjoni; billi l-possibbiltà li jkun hemm konfużjoni, li l-apprezzament tagħha jiddependi fuq ħafna elementi u, partikolarment fuq ir-rikonoxximent tat-trade mark fis-suq, ta’ l-assoċjazzjoni li tista’ ssir bis-sinjal użat jew registrat, tal-grad ta’ xebħ bejn it-trade mark u s-sinjal u bejn il-merkanzija jew is-servizzi identifikati, tikkostitwixxi l-kondizzjoni specifika għal tali protezzjoni; billi l-metodi għall-istabbiliment tal-possibbiltà ta’ konfużjoni u partikolarment l-onus tal-prova, huma kwistjoni għar-regolamenti ta’ proċedura nazzjonali li ma humiex preġudikati bid-Direttiva.

Billi huwa importanti għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u mingħajr preġudizzju inekwitabbli ta’ l-interessi ta’ proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, li jkun stipulat li dan ta’ l-aħħar ma jistax jitlob aktar dikjarazzjoni ta’ invalidità u l-anqas ma jista’ jopponi l-użu ta’ trade mark li tiġi wara tiegħu u li hu koxjentement ittollera l-użu tagħha għal tul ta’ żmien sostanzjali, jekk l-applikazzjoni għat-trade mark sussegwenti ma tkunx saret in mala fede.

Billi l-Istati Membri kollha tal-Komunità huma marbuta mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-propjetà industrijali; billi huwa neċessarju li d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma għal kollox konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi; billi l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jirriżultaw minn din il-Konvenzjoni ma jintlaqtux minn din id-Direttiva; billi fejn xieraq, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 234 tat-Trattat huma applikabbli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe trade mark fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni jew ta’ l-applikazzjoni fi Stat Membru għar-reġistrazzjoni bħala trade mark individwali, marka kollettiva jew garanzija jew marka ta’ ċertifikazzjoni, jew li hi s-suġġett tar-reġistrazzjoni jew applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-Uffiċċju tat-Trade Marks ta’ Benelux jew tar-reġistrazzjoni internazzjonali li għandha effett fi Stat Membru.

Artikolu 2

Sinjali li trade mark jistgħu jikkonsistu minnhom

Trade mark tista’ tikkonsisti minn xi sinjal li jista’ jiġi magħmul grafikament, b’mod partikolari bi kliem li jinkludu ismijiet personali, disinn, ittri, numri, l-għamla tal-merkanzija jew l-imballaġġ tagħhom, basta li tali sinjali jistgħu jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra.

Artikolu 3

Raġunijiet għar-rifjut jew invalidità

1. Is-segwenti m’għandhomx jiġu reġistrati jew jekk reġistrati għandhom ikunu suġġetti li jiġu dikjarati invalidi:

(a) sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark;

(b) trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva;

(ċ) trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ biex jiddisinjaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta’ produzzjoni ta’ l-merkanzija jew li jagħtu s-servizz, jew karatteristiċi oħra ta’ l-merkanzija jew tas-servizz

(d) tat-trade marks li jikkonsistu esklussivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fil-lingwa korrenti jew fil-bona fide prattiċi stabbiliti tal-kummerċ;

(e) sinjali li jikkonsistu esklussivament minn:

- l-għamla li tirriżulta min-natura tal-merkanzija nnifishom, jew

- l-għamla ta’ l-merkanzija li hi neċessarja biex jiġi ottenut riżultat tekniku, jew

- l-għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija;

(f) trade marks li huma kuntrarji għall-politika pubblika jew prinċipji aċċettati ta’ moralità;

(g) trade marks li huma ta’ tali natura li jqarrqu l-pubbliku, per eżempju dwar in-natura, kwalità jew oriġini ġeografika ta’ l-merkanzija jew servizz;

(h) trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu rifjutati jew invalidati skond l-Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni ta’ Propjetà Industrijali, minn issa ’l quddiem magħrufa bħala "Konvenzjoni ta’ Pariġi".

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li trade mark ma’ tiġix irreġistrata jew, jekk irreġistrata, għandha tkun suġġetta li tiġi ddikjarata invalida u sakemm:

(a) l-użu tat-trade mark jista’ jkun ipprojbit skond id-disposizzjonijiet tal-liġi barra l-liġi tat-trade marks ta’ l-Istat Membru konċernat jew tal-Komunità;

(b) t-trade mark tkopri sinjal ta’ valur simboliku kbir, b’mod partikolari simbolu reliġjuż;

(ċ) t-trade mark tinkludi għeliem, emblemi u tarki bl-arma tar-razza barra minn dawk koperti minn l-Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi li huma ta’ interess pubbliku, sakemm jigi mogħti l-kunsens ta’ l-awtoritajiet approprijati għar-reġistrazzjoni tagħha in konformità mal-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri;

(d) l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ġiet magħmula in mala fede mill-applikant.

3. Trade mark ma għandhiex tkun rifjutata reġistrazzjoni jew tkun dikjarata invalida skond l-paragrafu 1 (b) (ċ) jew (d) jekk, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għar- reġistrazzjoni u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat ħadet karattru distintiv. Kwalunkwe Stat Membru jista’ barra minn dan jistabbilixxi li din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll fejn il-karatteristika distintiva kienet akkwistata wara d-data ta’ l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni jew wara d-data tar-reġistrazzjoni.

4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li, permezz ta’ derogazzjoni mill-paragrafi preċedenti, ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni jew invalidità fis-seħħ f’dak l-Istat qabel id-data li fiha d-disposizzjonijiet neċessarji biex wieħed jaqbel ma’ din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret l-applikazzjoni qabel dik id-data.

Artikolu 4

Raġunijiet aktar għar-rifjut jew invalidità li tikkonċerna l-konflitti mad-drittijiet preċedenti

1. Trade mark ma tiġix reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suġġetta li tiġi dikjarata invalida:

(a) jekk hija identika għat-trade mark preċedenti, u l-merkanzija jew is-servizzi li għalihom t-trade mark hi applikata jew reġistrata huma identiċi għall-merkanzija jew is-servizzi li għalihom t-trade mark preċedenti hi protetta;

(b) jekk minħabba l-identità tagħha ma’, jew xebħ mat-trade mark preċedenti u l-identità jew ix-xebħ tal-merkanzija jew is-servizzi koperti mit-trade marks, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku, li tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni mat-trade mark ta’ qabel.

2. "Trade marks preċedenti" fis-sens tal-paragrafu 1 ifissru:

(a) trade marks tas-segwenti tipi b’data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li hija preċedenti mid-data ta’ l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, tenut kont, fejn xieraq, tal-prijoritajiet pretiżi fuq dawk it-trade marks; (i) trade marks tal-Komunità;

(ii) trade marks reġistrati fl-Istati Membri jew, fil-każ tal-Belġju, Lussemburgu jew l-Olanda, fl-Uffiċċju tat-Trade Marks tal-Benelux;

(iii) trade marks reġistrati taħt arranġamenti nternazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru;

(b) Trade marks tal-Komunità li validament għandhom pretenzjoni sinjorità, skond ir-Regolament fuq it-trade mark tal-Komunità, minn trade mark li hemm riferenza għaliha f’ (a) (ii) u (iii), anke jekk din it-trade mark ta’ l-aħħar ġiet ċeduta jew permessa li tiskadi;

(ċ) applikazzjoniet għat-trade marks li hemm riferenza għalihom f’ (a) u (b), suġġetti għar- reġistrazzjoni;

(d) trade marks li, fid-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, fejn xieraq, tal-prijorità pretiża dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, huma magħrufa sew fi Stat Membru, fis-sens li fih il-kliem "magħrufa sew" huma użati fl-Artikolu 6 biss tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

3. Minbarra dan, trade mark m’għandhiex tkun reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suġġetta li tkun iddikjarata invalida jekk hija identika ma’, jew simili għal, trade mark tal-Komunità preċedenti fis-sens tat-tifsira tal-paragrafu 2 u għandha tkun, jew kienet, reġistrata għall-merkanzija jew s-servizzi li mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark tal-Komunità preċedenti hi reġistrata, fejn t-trade mark preċedenti tal-Komunità għandha reputazzjoni fil-Komunità u fejn l-użu tat-trade mark ta’ l-aħħar mingħajr raġuni valida tieħu vantaġġ mhux onest minnha, jew tkun ta’ detriment għall-kwalitajiet li jiddifferenzjaw jew ir-reputazzjoni tat-trade mark tal-Komunità preċedenti.

4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ wkoll jistabbilixxi li trade mark mhux għandha tiġi reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suġġetta li tkun dikjarata invalida fejn, u sakemm li:

(a) t-trade mark hija identika ma’, jew simili għal trade mark preċedenti nazzjonali fis-sens tat-tifsira tal-paragrafu 2 u għandha tkun, jew kienet, irreġistrata għall-merkanzija jew is-servizzi li mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark preċedenti hi reġistrata, fejn it-trade mark preċedenti għandha reputazzjoni fl-Istat Membru konċernat u fejn l-użu tat-trade mark ta’ l-aħħar mingħajr raġuni valida tieħu vantaġġ inġust mill-, jew tkun ta’ detriment għall-, kwalitajiet distintivi jew ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti.

(b) xi drittijiet għat-trade mark mhux reġistrata jew għal simbolu ieħor użat matul il-kummerċ kienu miksuba qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti u li trade mark mhux reġistrata jew simbolu ieħor jagħtu lil proprjetarju tagħha d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti;

(ċ) l-użu tat-trade mark jista’ jkun ipprojbit minħabba dritt preċedenti barra d-drittijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 2 u 4(b) u b’mod partikolari:

(i) xi dritt għal isem;

(ii) xi dritt għal deskrizzjoni grafika turija personali:

(iii) xi dritt ta’ l-awtur;

(iv) xi dritt għall-propjetà industrijali;

(d) t-trade mark hi identika ma’, jew simili għal, trade mark preċedenti kollettiva li tagħti dritt li skada f’perjodu massimu ta’ tliet snin qabel l-applikazzjoni;

(e) t-trade mark hi identika ma’, jew simili għall-marka ta’ garanzija preċedenti jew marka ta’ ċertifikazzjoni li jagħtu d-dritt li skada f’perjodu qabel l-applikazzjoni li t-tul taż-żmien tiegħu hu ffissat mill-Istat Membru;

(f) t-trade mark hi identika ma’, jew simili għat-trade mark preċedenti li kienet irreġistrata għal merkanzija jew servizzi simili jew identiċi u tathom dritt li skada għal nuqqas li jġeddu f’perjodu massimu ta’ sentejn wara l-applikazzjoni, sakemm il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni tal-marka ta’ l-aħħar jew ma użax it-trade mark tiegħu;

(g) t-trade mark tista’ tkun konfuża ma’ marka li kienet użata barra l-pajjiż fil-ġurnata meta saret l-applikazzjoni u li għadha użata hemm, basta li fid-data ta’ l-applikazzjoni l-applikant kien qed jaġixxi in mala fede.

5. L-Istat Membri jistgħu jippermettu li f’ċirkostanzi xierqa r-reġistrazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun rifjutata jew it-trade mark ma għandhiex tiġi dikjarata invalida fejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jew dritt ieħor preċedenti jagħti l-kunsens għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ l-aħħar.

6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li, permezz ta’ derogazzjoni mill-paragrafi 1 sa 5, ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni jew invalidità fis-seħħ f’dak l-Istat qabel id-data li fiha d-disposizzjonijiet neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret applikazzjoni qabel dik id-data.

Artikolu 5

Drittijiet mogħtija minn trade mark

1. It-trade mark reġistrata għandha tagħti l-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Il-proprjetarju għandu jkun intitolat li jimpedixxi terzi persuni kollha li ma għandhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw matul il-kummerċ:

(a) kwalunkwe sinjal li hu identiku mat-trade mark fejn għandhom x’jaqsmu merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade mark hi reġistrata;

(b) kwalunkwe sinjal li, minħabba l-identità ma’, jew li jixbaħ it-trade mark u l-identità jew xebħ ta’ l-merkanzija jew is-servizzi koperti mit-trade mark u s-sinjal, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni da parti tal-pubbliku, li tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ wkoll jistabbilixxi li l-proprjetarju għandu jkun intitolat li jimpedixxi lil terzi persuni kollha li ma għandhomx il-kunsens tiegħu li jużaw matul il-kummerċ kwalunkwe sinjal li hu identiku ma’, jew simili għat-trade mark fejn għandhom x’jaqsmu merkanzija jew servizzi li mhux simili għal dawk li għalihom it-trade mark hi reġistrata, fejn ta’ l-aħħar għandha reputazzjoni fl-Istat Membru u fejn l-użu ta’ dak is-simbolu mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ mhux onest jew li hu ta’ detriment għall-karattru li jiddifferenza wieħed għall-ieħor jew reputazzjoni tat-trade mark.

3. Is-segwenti, inter alia, jistgħu jkunu projbiti taħt paragrafi 1 u 2:

(a) li jitwaħħal is-simbolu ma’ l-merkanzija jew ma’ l-imballaġġ ta’ dan;

(b) li joffru l-merkanzija, jew li jqiegħduhom fuq is-suq jew li jaħżnuhom għal dawn l-iskopijiet taħt dak is-sinjal, jew li joffru u jfornu servizzi kif jidhru hawn taħt;

(ċ) jimpurtaw jew jesportaw il-merkanzija taħt is-simbolu;

(d) juzaw is-sinjal fuq karti tal-kummerċ u fir-reklamar.

4. Fejn, taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru, l-użu ta’ sinjal skond il-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom f’1 (b) jew 2 ma jistgħux ikunu projbiti qabel id-data li fiha d-disposizzjonijiet neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva daħlu fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat, id-drittijiet mogħtija mit-trade mark ma jistgħux jiddependu fuqhom biex iwaqqfu l-użu kontinwu tas-sinjal.

5. Il-paragrafi 1 sa’ 4 m’għandhomx jaffettwaw id-disposizzjonijiet fi kwalunkwe Stat Membru dwar protezzjoni kontra l-użu tas-sinjal barra dak għall-iskopijiet li jiddistingwu bejn merkanzija jew servizzi, fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ minn, jew hu ta’ detriment għall-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark.

Artikolu 6

Limitazzjoni ta’ l-effetti ta’ trade mark

1. It-trade mark m’għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi terza persuna milli tuża matul il-kummerċ,

(a) l-isem jew l-indirizz tiegħu;

(b) indikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni ta’ l-merkanzija jew l-għoti tas-servizz, jew karatteristika oħra ta’ merkanzija jew servizzi;

(ċ) t-trade mark fejn hi neċessarja biex tindika l-iskop intiż ta’ prodott jew servizz, b’mod partikolari bħala aċċessorji jew spare parts;

sakemm jużahom skond prattiċi onesti f’materji industrijali jew kummerċjali

2. It-trade mark ma tagħtix lill-proprjetarju d-dritt li jipprojbixxi terza persuna milli tuża matul il-kummerċ, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt hu rikonoxxut mil-liġijiet ta’ l-Istat Membru in kwistjoni u fil-limiti tat-territorju fejn hu rikonoxxut.

Artikolu 7

Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark

1. It-trade mark ma tagħtix lill-proprjetarju d-dritt li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta’ merkanzija li tqiegħdet fuq is-suq taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn jeżistu raġunijiet leġittimi għall-proprjetarju biex jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni ta’ l-merkanzija, speċjalment fejn il-kundizzjoni ta’ l-merkanzija hi mibdula jew danneġġjata wara li tqiegħdet fuq is-suq.

Artikolu 8

Liċenzjar

1. Trade mark tista’ tkun liċenzjata għal ftit jew għall-merkanzija jew is-servizzi kollha li għalihom hi reġistrata u għal kollu jew parti mill-Istat Membru konċernat. Liċenzja tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva.

2. Il-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija minn dik it-trade mark kontra liċenzjat li jikser kwalunkwe disposizzjoni fil-kuntratt tal-liċenzja tiegħu dwar it-tul tagħha, il-formola koperta mir-reġistrazzjoni li fuqha tista’ tintuża t-trade mark, l-iskop ta’ l-merkanzija jew servizzi li għalihom il-liċenzja hi maħruġa, it-territorju fejn it-trade mark tista’ titwaħħal, jew il-kwalità tal-merkanzija manifatturati jew tas-servizzi provduti minn min ingħata l-liċenzja.

Artikolu 9

Limitazzjoni b’konsegwenza taż-żamma tas-skiet

1. Fejn fi Stat Membru l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti kif hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 4(2) qabel għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, fl-użu ta’ trade mark reġistrata wara f’dak l-Istat Membru filwaqt li jkun konxju ta’ tali użu, hu mhux għandu jkollu l-jedd aktar abbażi tat-trade mark preċedenti jew li japplika għal dikjarazzjoni li t-trade mark ta’ wara hi invalida jew li jopponi l-użu tat-trade mark dwar merkanzija jew servizzi li għalihom t-trade mark ta’ wara ġiet użata, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ wara ma saritx in mala fede.

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li l-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 4(4)(a) jew dritt ieħor preċedenti li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 4(4)(b) jew (ċ).

3. Fil-każijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata wara mhux għandu jkollu l-jedd li jopponi għall-użu tad-dritt preċedenti, anke jekk dak id-dritt ma jistax ikun aktar invokat kontra t-trade mark sssegwenti.

Artikolu 10

Użu ta’ trade marks

1. Jekk, f’perijodu ta’ ħames snin wara d-data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma użax it-trade mark ġenwinament fl-Istat Membru in konnessjoni mal-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hi reġistrata, jew jekk tali użu ġie sospiż matul perjodu mhux interrott ta’ ħames snin, it-trade mark għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, sakemm hemm raġunijiet tajba għan-nuqqas ta’ użu.

2. Is-segwenti għandu ukoll jikkostitwixxi l-użu fis-sens tal-paragrafu 1:

(a) L-użu tat-trade mark f’forma li hija differenti fl-elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma li fiha kienet reġistrata;

(b) it-twaħħil tat-trade mark fuq merkanzija jew ma’ l-imballaġġ tagħha fl-Istat Membru konċernat unikament għal skopijiet ta’ esportazzjoni.

3. Użu tat-trade mark bil-kunsens tal-proprjetarju jew ta’ kwalunkwe persuna li għandha l-awtorità li tuża marka kollettiva jew marka ta’ garanzija jew ċertifikazzjoni għandha tkun meqjusa li tikkostitwixxi użu mill-proprjetarju.

4. Fejn għandhom x’ jaqsmu trade marks reġistrati qabel id-data li fiha d-disposizzjonijiet neċessarji għal ħarsien ta’ din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat:

(a) Fejn disposizzjoni fis-seħħ qabel dik id-data tagħmel sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ użu ta’ trade mark matul perjodu mhux interrott, il-perjodu rilevanti ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun meqjus li jkun beda japplika fl-istess żmien bħal kwalunkwe perjodu ta’ nuqqas ta’ użu li diġà jkun qiegħed japplika f’dik id-data;

(b) Fejn m’hemm l-ebda disposizzjoni fis-seħħ qabel dik id-data, il-perijodi ta’ ħames snin imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu meqjusa li bdew jgħoddu minn dik id-data l-preċedenti.

Artikolu 11

Sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ użu ta’ trade mark fi proċeduri legali jew amministrattivi

1. Trade mark ma tistax tkun dikjarata mhux valida għar-raġuni li hemm trade mark preċedenti konflinġenti jekk ta’ l-aħħar ma tissodisfax il-ħtiġiet ta’ użu stabbiliti fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 10(4), skond ma jkun il-każ.

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li reġistrazzjoni għal trade mark ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li hemm trade mark preċedenti konflinġenti jekk ta’ l-aħħar ma tissodisfax il-ħtiġiet ta’ l-użu stabbiliti fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 10(4), skond ma jkun il-każ.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12, fejn kontro-talba għar-revokazzjoni hi magħmula, kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li trade mark ma tistax tkun invokata b’suċċess fi proċeduri dwar ksur tar-regoli jekk ikun stabbilit bħala riżultat tat-talba li t-trade mark tista’ tkun revokata skond l-Artikolu 12(1).

4. Jekk it-trade mark preċedenti ġiet użata biss għal parti mill-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hi reġistrata, għandha, sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1,2 u 3 tkun meqjusa li tkun reġistrata biss għal dik il-parti tal-merkanzija jew is-servizzi.

Artikolu 12

Raġunijiet għar-revokazzjoni

1. Trade mark għandha tkun suġġetta għar-revokazzjoni jekk, f’perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma tkunx ġiet użata ġenwinament fl-Istat Membru in konnessjoni mal-merkanzija jew servizzi li għalihom hi reġistrata, u ma hemmx raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu; imma, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju f’trade mark jistgħu jkunu revokati fejn, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar revokazzjoni, l-użu ġenwin tat-trade mark jibda jew jitkompla; il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ l-użu f’perjodu ta’ tliet xhur qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-revokazzjoni li beda l-aktar kmieni ma’ l-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu, iżda, għandu jiġi injorat fejn preparazzjonijiet għall-bidu jew kontinwazzjoni jseħħu biss wara li l-proprjetarju jkun konxju li l-applikazzjoni għar-revokazzjoni tista’ tiġi preżentata.

2. Trade mark tista’ ukoll tkun suġġetta għar-revokazzjoni jekk, wara d-data li fiha ġiet reġistrata,

(a) b’konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, saret l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz li għalihom hi reġistrata;

(b) b’konsegwenza ta’ l-użu li jagħmel minnha l-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu għall-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hi reġistrata, tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fejn għandha x’taqsam man-natura, kwalità oriġini jew ġeografika ta’ dawk l-merkanzija jew servizzi.

Artikolu 13

Raġunijiet għaċ-ċaħda jew revokazzjoni jew invalidità fir-rigward ta’ xi ftit biss mill-merkanzija jew is-servizzi

Fejn xi raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ reġistrazzjoni għal revokazzjoni jew invalidità ta’ trade mark jeżistu fir-rigward biss ta’ ftit mill-merkanzija jew is-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għat-trade mark jew din ġiet reġistrata, ċaħda tar-reġistrazzjoni jew revokazzjoni jew invalidità għandha tkopri dik l-merkanzija jew dawn is-servizzi biss.

Artikolu 14

Stabbilment a posteriori ta’ invalidità jew revokazzjoni ta’ trade mark

Fejn l-anzjanità ta’ trade mark preċedenti li ġiet ċeduta jew li tħalliet tiskadi, hi pretiża għat-trade mark tal-Komunità, l-invalidità jew revokazzjoni tat-trade mark preċedenti tista’ tkun stabbilita a posteriori.

Artikolu 15

Disposizzjonijiet speċjali dwar marki kollettivi, marki ta’ garanzija u marki ta’ ċertifikazzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom jawtorizzaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi, jew ta’ marki ta’ garanzija jew ċertifikazzjoni jistgħu jipprovdu li tali marki għandhom ikunu reġistrati, jew għandhom ikunu revokati jew iddikjarati invalidi, għal raġunijiet addizzjonali għal dawk speċifikati fl-Artikoli 3 u 12 fejn il-funzjoni ta’ dawk il-marki hekk titlob.

2. B’derogazzjoni mill-Artikolu 3(1)(ċ), L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ biex jinnominaw l-oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi, ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni. Tali marka ma tagħtix il-jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi terza persuna milli tuża matul il-kummerċ tali sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm tużahom skond prattiċi onesti f’materji industrijali jew kummerċjali; b’mod partikolari, tali marka ma’ tistax tiġi invokata kontra terza persuna li hi intitolata li tuża isem ġeografiku.

Artikolu 16

Disposizzjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu adottati skond din id-Direttiva

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 1991. Huma għandhom immedjatament jinfurmaw il-Kummissjoni b’dan.

2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jbiddel d-data li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-21 ta’ Diċembru, 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU C 351, tal-31.12.1980, pġ. 1 u ĠU C 351, tal-31.12.1985, pġ.4.

[2] ĠU C 307, ta’ l-14.11.1983, pġ. 66 u ĠU C 309, tal-5.12.1988.

[3] ĠU C 310, 30. ll. 1981, pġ. 22.

--------------------------------------------------

Top