Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986R4058

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani

OJ L 378, 31.12.1986, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 003 P. 148 - 150
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 003 P. 148 - 150
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 258 - 260
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 002 P. 20 - 22
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 002 P. 20 - 22
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 022 P. 8 - 10

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1986/4058/oj

31986R4058



Official Journal L 378 , 31/12/1986 P. 0021 - 0023
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0148


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86

tat-22 ta' Diċembru 1986

dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2),

Wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament sottomess mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi numru dejjem akbar ta' pajjiżi qegħdin jirrikorru ghall-protezzjoni tal-flotot merkantili tagħhom jew unilateralment, permezz ta' leġislazzjoni jew miżuri amministrattivi, jew permezz ta' ftehim bilaterali ma' pajjiżi oħrajn;

Billi ċerti pajjizi, minħabba miżuri li huma adottaw jew drawwiet li huma imponew, fixklu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u libera fil-kummerċ marittimu ma' Stat Membru tal-Komunità wieħed jew iżjed;

Billi fir-rigward tal-kummerċ tal-linja l-Konvenjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għal Konferenzi ta' Bastimenti tal-Linja, li daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru 1983, tagħti ċerti drittijiet lill-kumpaniji marittimi li huma membri ta' konferenza li topera pool;

Billi, iktar ma jmur, pajjiżi terzi li huma partijiet kontraenti jew firmatarji ta' dik il-Konvenzjoni qegħdin jinterpretaw id-dispożizzjonijiet tagħha b'mod li effettivament jespandi d-drittijiet mogħtija taħt il-Konvenzjoni lill-kumpaniji tagħhom kemm fil-kummerċ tal-linja kif ukoll tat-tramp, bi żvantaġġ għall-kumpaniji tal-Komunità jew kumpaniji ta' pajjiżi oħra ta' l-OECD, kemm jekk ikunu membri tal-konferenza kif ukoll jekk le;

Billi fir-rigward ta' kummerċ bil-grossa hemm tendenza li qiegħda dejjem tiżdied minn naħa ta' pajjiżi terzi li jirrestrinġu aċċess għal tagħbijiet ta' merkanzija bil-grossa, li toħloq theddida serja lill-ambjent ta' kompetizzjoni libera li jeżisti fil-kummerċ bil-grossa; billi l-Istati membri jaffermaw l-impenn tagħhom lejn ambjent ta' kompetizzjoni libera bħala karatteristika essenzjali tal-kummerċ niexef u likwidu bil-grossa u huma konvinti li l-introduzzjoni ta' qsim ta' tagħbijiet ta' merkanzija f'dan il-kummerċ jista' jkollu effett serju fuq l-interessi kummerċjali tal-pajjiżi kollha bill jżid sostanzjalment l-ispejjeż ta' trasportazzjoni;

Billi r-restrizzjoni ta' aċċess għal tagħbijiet ta' merkanzija bil-grossa tista' taffetwa negattivament il-flotot merkantili ta' l-Istati Membri, kif ukoll tista' żżid sostanzjalment l-ispejjeż ta' trasportazzjoni ta' dawn it-tagħbijiet ta' merkanzija, u tista' għalhekk ikollha effett serju fuq l-interessi kummerċjali tal-Komunità;

Billi l-Komunità għandha tingħata s-setgħa li tipprovdi għal azzjoni koordinata minn Stati Membri jekk il-pożizzjoni kompetittiva tal-flotot merkantili ta' l-Istati Membri jew l-interessi kummerċjali ta' l-Istati Membri jiġu affetwati negattivament minn riserva ta' tagħbija ta' merkanzija għal kumpaniji marittimi ta' pajjiżi terzi jew jekk dan ikun meħtieġ minn ftehim internazzjonali;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/587/KEE [3] tipprovdi, inter alia, għal konsultazzjoni dwar id-diversi aspetti ta' żviluppi li jkunu seħħu fir-relazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi fi kwistjonijiet marittimi;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/573/KEE [4] tipprovdi, inter alia, għall-orkestrazzjoni mill-Istati Membri ta' kull kontramiżuri li huma jistgħu jieħdu fir-rigward ta' pajjiżi terzi, u għall-possibiltà ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni konġunta minn Stati Membri ta' kontramiżuri xierqa li jifformaw parti mill-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom;

Billi huwa neċessarju li wieħed jelabora u jirfina l-makkinarju maħluq minn dawn id-deċiżjonijiet bil-għan li jkun hemm azzjoni koordinata mill-Istati Membri f'ċerti ċirkostanzi fuq talba ta' Stat Membru jew Stati Membri jew fuq il-bażi ta' ftehim internazzjonali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-proċedura li tinsab f'dan ir-Regolament għandha tkun applikabbli meta azzjoni minn pajjiż terz jew mill-aġenti tiegħu tirrestrinġi jew thedded li tirrestrinġi l-aċċess liberu mill-kumpaniji marittimi ta' Stati Membri jew minn bastimenti reġistrati fi Stat Membru skond il-leġislazzjoni tiegħu għat-trasport ta':

- tagħbijiet ta' merkanzija tal-linja f'kummerċ tal-Kodiċi, ħlief fejn din l-azzjoni tittieħed skond il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għal Konferenzi ta' Bastimenti tal-Linja;

- tagħbijiet ta' merkanzija tal-linja f'kummerċ mhux tal-Kodiċi;

- tagħbijiet ta' merkanzija bil-grossa u kull kargo ieħor fuq servizzi ta' tramp;

- passiġġiera;

- persuni jew merkanzija lejn jew bejn installazzjonijiet offshore.

Din il-proċedura għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Komunità u l-Istati membri tagħha taħt id-dritt internazzjonali.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

- "home-trader" tfisser kumpanija marittima ta' pajjiż terz li topera servizz bejn il-pajjiż tagħha stess u Stat Membru wieħed jew iżjed;

- "cross-trader" tfisser kumpanija marittima ta' pajjiż terz li topera servizz bejn pajjiż terz ieħor u Stat Membru wieħed jew iżjed.

L-Artikolu 3

Tista' tintalab azzjoni koordinata minn Stat Membru.

Din it-talba għandha ssir lill-Kummissjoni; din ta' l-aħħar għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet jew proposti xierqa lill-Kunsill fi żmien erba' ġimgħat.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni li tinsab fl-Artikolu 84(2) tat-Trattat, jista' jiddeċiedi dwar l-azzjoni koordinata msemmija fl-Artikolu 4.

Waqt li jiddeċiedi dwar azzjoni koordinata, il-Kunsill jista' wkoll jikkunsidra l-politika ta' kummerċ estern kif ukoll l-interessi ta' portijiet u l-konsiderazzjonijiet tal-politika marittima ta' l-Istati Membri konċernati.

L-Artikolu 4

1. L-azzjoni koordinata tista' tikkonsisti f'dan li ġej:

(a) rappreżentanza diplomatika għall-pajjiżi terzi konċernati, b'mod partikolari fejn l-azzjonijiet tagħhom jheddu li jirrestrinġu l-aċċess għall-kummerċ;

(b) kontro-miżuri immirati lejn il-kumpanija jew kumpaniji marittimi tal-pajjiżi terzi konċernati jew lejn il-kumpanija jew kumpaniji marittimi ta' pajjiżi oħra li jibbenefikaw mill-azzjoni meħuda mill-pajjiżi konċernati, kemm jekk ikunu qegħdin joperaw bħala hometrader jew bħala cross-trader fil-kummerċ Komunitarju.

Dawn il-kontromiżuri jisgħu jikkonsistu f'dawn li ġejjin, jew separatament jew f'daqqa:

(i) l-impożizzjoni ta' obbligazzjoni biex wieħed jikseb permess biex jgħabbi, iġorr jew iħott tagħbijiet ta' merkanzija; permess bħal dan jista' jkun soġġett għal kundizzjonijiet jew obbligazzjonijiet;

(ii) l-impożizzjoni ta' kwota;

(iii) l-impożizzjoni ta' taxxi jew dazji.

2. Rappreżentanzi diplomatiċi għandhom isiru qabel ma jittieħdu kontromiżuri.

Dawn il-kontramiżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Komunità Ewropea u ta' l-Istati Membri tagħha taħt il-liġi internazzjonali, għandhom jikkunsidraw l-interessi kollha konċernati u m'għandhom la direttament u lanqas indirettament iwasslu għad-devjazzjoni tal-kummerċ ġewwa l-Komunità.

L-Artikolu 5

1. Meta jiddeċiedi dwar waħda jew iżjed mill-kontromiżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) il-Kunsill għandu jispeċifika, skond kif xieraq, dan li ġej:

(a) l-iżviluppi li wasslu biex jittieħdu l-kontromiżuri;

(b) il-kummerċ jew il-marġni ta' portijiet li għalihom japplikaw il-kontromiżuri;

(ċ) il-bandiera jew il-kumpanija marittima tal-pajjiż terz fejn il-miżuri ta' riserva ta' tagħbijiet ta' merkanzija jirrestrinġu l-aċċess ħieles għat-tagħbijiet ta' merkanzija fl-arja ta' tbaħħir konċernata;

(d) il-volum massimu (perċentwal, toqol f'tunnellati, kontenituri) jew il-valur tal-kargo li jista' jitgħabba jew jinħatt fil-portijiet ta' l-Istati Membri;

(e) in-numru massimu ta' vjaġġi marittimi minn u lejn portijiet ta' Stati Membri;

(f) ammont jew perċentwal u bażi tat-taxxi u dazji li jridu jiġu imposti u l-manjiera kif iridu jinġabru;

(g) iż-żmien ta' validità tal-kontromiżuri.

2. Fejn il-kontramiżuri previsti mill-paragrafu 1 ma jinstabux taħt il-leġislazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru jistgħu jittieħdu skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3 mill-Istat Membru konċernat fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 6

1. Jekk il-Kunsill ma jkunx adotta l-proposta dwar azzjoni koordinata fi żmien perjodu ta' xahrejn, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri nazzjonali unilateralment jew bħala grupp, jekk is-sitwazzjoni tirrikjedi li jsir dan.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet ta' urġenza, jieħdu il-miżuri nazzjonali neċessarji fuq bażi proviżorja, unilateralment jew bħala grupp, anki waqt il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.

3. Il-miżuri nazzjonali meħuda taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

L-Artikolu 7

Matul il-perjodu meta l-kontromiżuri għandhom japplikaw, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin skond il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita mid-Deċiżjoni 77/587/KEE kull tliet xhur jew iktar kmieni jekk jinqala' l-bżonn, sabiex jiddiskutu l-effetti tal-kontromiżuri fis-seħħ.

L-Artikolu 8

Il-proċedura stabbilita minn dan ir-Regolanment tista' tiġi applikata meta azzjoni minn pajjiż terz jew mill-aġenti tiegħu tirrestrinġi jew thedded li tirrestrinġi l-aċċess tal-kumpaniji marittimi ta' pajjiż ieħor ta' l-OECD fejn, fuq bażi ta' reċiproċità, ikun ġie miftiehem bejn dak il-pajjiż u l-Komunità li għandhom jirrikorru għal reżistenza koordinata fil-kas ta' restrizzjoni ta' aċċess għal tagħbijiet ta' merkanzija.

Pajjiż bħal dan jista' jagħmel talba għal azzjoni koordinata u jingħaqad f'azzjoni koordinata bħal din skond dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1987.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Shaw

[1] ĠU C 255, tal-15.10.1986, p. 169.

[2] ĠU C 344, tal-31.12.1985, p. 31.

[3] ĠU C 239, tas-17.9.1977, p. 23.

[4] ĠU C 332, tat-28.11.1983, p. 37.

--------------------------------------------------

Top